Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2070

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2070/98 tat-28 ta' Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-titjib tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' l-għasel

    ĠU L 265, 30.9.1998, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R0797

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2070/oj

    31998R2070



    Official Journal L 265 , 30/09/1998 P. 0001 - 0001


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2070/98

    tat-28 ta' Settembru 1998

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-titjib tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' l-għasel

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 1221/97 [4] jistabbilixxi l-iskadenza li fiha għandha ssir in-nefqa fuq il-miżuri meħuda taħt il-programm nazzjonali annwali;

    Billi, sabiex jiġi evitat tnaqqis fit-tul tal-programmi nazzjonali fl-ewwel sena, l-iskadenza biex issir din in-nefqa taħt dawk l-ewwel programmi għandha tiġi posposta,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/97, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "In-nefqa mill-Istati Membri għall-miżuri meħuda taħt il-programmi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 1 għandha ssir sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena. Iżda, għall-ewwel sena, dik id-data għandha tiġi posposta sal-31 ta' Jannar 1999."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 28 ta' Settembru 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    [1] ĠU L 222, ta' l-1. 7. 1998, p. 15.

    [2] L-Opinjoni mogħtija nhar is-16 ta' Settembru 1998 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] L-Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Settembru 1998 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 173, ta' l-4. 7. 1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top