Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1595

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/98 tat-23 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/97 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-pajjiżi ACP jew fil-pajjiżi u territorji ta’ barra (OCT) u li jippreskrivi regoli dettaljati u speċifiċi fuq ir-rifużjonijiet ta’ dazji parzjali ta’ importazzjoni imposti fuq ir-ross li joriġina minn pajjiżi ACP

    ĠU L 208, 24.7.1998, p. 21–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R0638

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1595/oj

    31998R1595



    Official Journal L 208 , 24/07/1998 P. 0021 - 0024


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/98

    tat-23 ta’ Lulju 1998

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/97 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-pajjiżi ACP jew fil-pajjiżi u territorji ta’ barra (OCT) u li jippreskrivi regoli dettaljati u speċifiċi fuq ir-rifużjonijiet ta’ dazji parzjali ta’ importazzjoni imposti fuq ir-ross li joriġina minn pajjiżi ACP

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u prodotti li joħorġu mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Istati Afrikani, Karibei u l-Istati Paċifiċi (Stati ACP) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/97 [2] jippreskrivi r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-pajjiżi ACP jew minn pajjiżi u territorji ta’ barra (OCT); billi, wara l-adozzjoni mill-Kunsill tar-Regolament, li jimplimeta l-emendi għall-arranġamenti li jirregolaw l-importazzjoni minn pajjiżi ACP bħala riżultat tar-reviżjoni ta’ nofs is-sena tar-Raba’ Konvenzjoni Lomé, ir-Regolament (KE) Nru 2603/97 għandu jiġi b’hekk emendat;

    Billi l-Artikolu 13 tar-Regolament jipprovdi għal aktar tnaqqis fid-dazju applikabbli għal ross li joriġina fil-pajjiżi ACP; billi dan it-tnaqqis huwa suġġett għall-impożizzjoni mill-pajjiż esportatur ACP għal ħlas ta’ esportazzjoni għall-ammont ta’ tnaqqis fid-dazju tad-dwana; billi, skond l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament, it-tnaqqis għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 1996;

    Billi r-rimborż parzjali tad-dazji li jirriżulta mit-tnaqqis fid-dazji applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1996 għandu jitwettaq b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 [4], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 75/98 [6];

    Billi, fl-interess taċ-ċarezza u l-konvenjenza amministrattiva, il-metodu għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ rimborż għandu jiġi speċifikat; billi ċ-ċertifikat li għandu jintwera biex jiġi żgurat li l-ħlas ta’ esportazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini ġie impost, sabiex jiġi applikat l-Artikolu 880 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandu wkoll jiġi speċifikat;

    Billi l-esperjenza turi li l-intervalli li bihom l-Istati Membri jwasslu t-tagħrif fuq il-kwantitajiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond dawn l-arranġamenti għall-importazzjoni għandhom jiġu adattati;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2603/97 huwa emendat kif gej:

    1. L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "1. Fir-rigward tal-kwantità ta’ 125000 tunnellata metrika ta’ ross, fl-ekwivalenti ta’ ross bil-qoxra, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 10061021 sa 10061098, 100620 u 100630 preskritti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998, liċenzi ta’ importazzjoni b’rata ta’ dazju tad-dwana mnaqqsa għandhom jinħarġu kull sena taħt dawn il-biċċiet li ġejjin:

    - Jannar: 41668 tunnellata metrika,

    - Mejju: 41666 tunnellata metrika,

    - Settembru: 41666 tunnellata metrika."

    2. L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "1. Fir-rigward tal-kwantità ta’ 20000 tunnella metrika ta’ ross imfarrak li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 10064000 preskritt fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998, liċenzi ta’ importazzjoni b’rata ta’ dazju tad-dwana mnaqqsa għandhom jinħarġu kull sena taħt dawn il-biċċiet li ġejjin:

    - Jannar: 10000 tunnellata metrika,

    - Mejju: 10000 tunnellata metrika,

    - Settembru: -"

    3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    Biex jiġi applikat l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998, l-ammonti ta’ dazji tad-dwana għandhom jiġu kkalkolati kull ġimgħa iżda stabbiliti kull ġimagħtejn mill-Kummissjoni."

    4. L-Artikolu 5(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "5. Id-dazju tad-dwana għandu jkun dak fis-seħħ fil-jum li fih tintbagħat l-applikazzjoni għall-liċenza."

    5. L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 7

    1. Il-kwantitajiet li jinġiebu ’l quddiem, imsemmija fl-Artikolu 2(2), jistgħu jkunu soġġetti għall-applikazzjonijiet ta’ liċenza għall-importazzjoni tar-ross li joriġina fl-Istati ACP li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 10061021 sa 10061098, 100620 u 100630 u ross li joriġina fl-OCTs li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006.

    2. Il-kwantitajiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 li mhumiex koperti b’liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa taħt xi biċċa għandhom jinġiebu ’l quddiem għall-biċċa ta’ wara."

    6. L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 12

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-telex jew fax fil-forma preskritta fl-Anness I:

    - fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta joħorġu, tal-kwantitajiet, imqassma skond il-kodiċi NM ta’ tmien ċifri u l-pajjiż ta’ oriġini, koperti mil-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa, id-data tal-ħruġ, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tad-detentur,

    - mhux aktar tard minn xahrejn wara li tiskadi l-validità ta’ kull liċenza, tal-kwantitajiet, imqassma skond il-kodiċi NM ta’ tmien ċifri u l-pajjiż ta’ oriġini, attwalment rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, id-data tar-rilaxx, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tad-detentur.

    Dan it-tagħrif għandu jingħata wkoll meta ma tkunx inħarġet ebda liċenza u ma tkun seħħet ebda importazzjoni."

    L-Artikolu 2

    1. Skond l-Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, għal ross li joriġina fil-pajjiżi ACP u rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bejn l-1 ta’ Jannar 1996 u d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ammont għal kull tunnellata metrika għandu jitħallas lura ugwali:

    - għal 15 % tad-dazju tad-dwana sħiħ applikabbli lil pajjiżi terżi fid-data li fiha kienet intbagħtet l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ importazzjoni, fil-każ ta’ ross miksur li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 10064000, ross fil-fosdqa li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 00061021 sa 10061098 u ross bil-qoxra li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 100620,

    - għal 15 % tad-differenza bejn id-dazju tad-dwana sħiħ applikabbli għall-pajjiżi terżi fid-data li fiha kienet intbagħtet l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ importazzjoni u l-ammont ta’ ECU 16,78, fil-każ ta’ ross mitħun kollu kemm hu jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 100630.

    2. L-applikazzjonijiet għar-rimborż għandhom jiġu preżentati skond l-Artikolu 236(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 878, 879 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    3. L-applikazzjonijiet għar-rimborż għandu jkollhom magħhom:

    (a) il-liċenza ta’ importazzjoni jew kopja attestata;

    (b) id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, jew kopja attestata, għall-konsenja ta’ importazzjoni msemmija;

    u

    (ċ) ċertifikat magħmul mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenza ta’ importazzjoni, kif provdut fl-Artikolu 880 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, ippreżentat skond ma l-kampjun fl-Anness.

    Dawn iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mal-preżentazzjoni tal-prova li l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż ACP ta’ esportazzjoni ikunu rċevew ħlas ta’ l-imposta komplementari ta’ esportazzjoni ugwali għall-ammont stabbilit skond il-paragrafu 1 għall-kwantitajiet attwalment rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

    Din il-prova għandha tiġi provduta meta l-oriġinali taċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR 1 jiġi preżentat, li juri waħda minn dawn id-daħliet li ġejjin f’Kaxxa 7:

    L-ammont fil-munita nazzjonali:

    - Tasa complementaria percibida a la exportación del arroz;

    Certificado utilizado para la importación: EUR 1 no

    - Særafgift, der opkræves ved eksport af ris;

    Certificat, der anvendes ved import: EUR.1 nr.

    - Bei der Ausfuhr von Reis erhobene ergänzende Abgabe;

    Für die Einfuhr verwendete Bescheinigung: EUR 1

    - Συμπληρωματικός φόρος που εισπράττεται κατά την εξαγωγή του ρυζιού;

    Πιστοποιητικό που χρησιμοποιείται για την εισαγωγή: EUR 1 αριθ.

    - Complementary charge collected on export of rice;

    Certificate used for the import: EUR 1 No

    - Taxe complémentaire perçue à l’exportation du riz;

    Certificat utilisé pour l’importation: EUR 1 no

    - Tassa complementare riscossa all’esportazione del riso;

    Certificato usato per l’importazione: EUR 1 n.

    - Bij uitvoer van de rijst opgelegde bijzondere heffing;

    Voor de invoer gebruikt certificaat: EUR 1 nr.

    - Imposição complementar cobrada na exportação do arroz;

    Certificado utilizado para a importação: EUR 1 no

    - Riisin viennin yhteydessä perittävä täydentävä maksu.

    Tuonnissa käytettävä todistus: EUR-1 N:o

    - Särskild avgift för risexport;

    Certifikat som använts för importen: EUR 1 nr

    (Firma u timbru uffiċjali).

    4. Jekk l-imposta kumplimentari miġbura mill-pajjiż ta’ esportazzjoni tkun anqas mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont imħallas lura għandu jkun dak li attwalment inġabar.

    5. Jekk l-imposta ta’ esportazzjoni miġbura tkun f’munita differenti minn dik ta’ l-Istat Membru importatur, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont attwalment miġbur għandha tkun ir-rata reġistrata fuq wieħed jew aktar mill-kambji tal-munita l-aktar rappreżentattivi f’dak l-Istat Membru fid-data li fiha d-dazju tad-dwana kien ġie stabbilit bil-quddiem.

    L-Artikolu 3

    Il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjonijiet għal-liċenza ta’ importazzjoni jkunu ntbagħtu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jiġu rilaxxati wara dik id-data għandhom jibbenefikaw mid-dazji stabbiliti skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2603/97 b’dan illi l-importaturi jippreżentaw lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istat Membru ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa l-prova li l-imposta kumplimentari ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3)(c) ta’ dan ir-Regolament tkun tħallset.

    L-Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol jseħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] Mhux ippubblikat s’issa fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 22.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

    [5] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [6] ĠU L 7, tat-13.1.1998, p. 3.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Applikazzjoni għal ċertifikat u ċertifkat li jirrigwarda r-rifużjonijiet parzjali ta’ dazji ta’ importazzjoni miġbura fuq ross li joriġina fil-pajjiżi ACP – Ir-Regolament tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1998

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top