This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1563
Commission Regulation (EC) No 1563/98 of 20 July 1998 amending Regulation (EC) No 956/97 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 2201/96 with regard to specific measures applicable to processed asparagus
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1563/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 956/97 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward miżuri speċifiċi li japplikaw għall-ispraġ ipproċessat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1563/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 956/97 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward miżuri speċifiċi li japplikaw għall-ispraġ ipproċessat
ĠU L 203, 21.7.1998, p. 5–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Official Journal L 203 , 21/07/1998 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1563/98 tal-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 956/97 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward miżuri speċifiċi li japplikaw għall-ispraġ ipproċessat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti proċessati mill-frott u l-hxejjex [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/97 [3] jiddisponi illi l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi għandhom jissottomettu programmi ta’ miżuri speċifiċi qabel it-30 ta’ Ġunju 1998; billi ż-żmien meħtieġ biex jiģu stabbiliti dawn l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi kif definit fl-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-Regolament ġie ippruvat illi mhuwiex itwal minn dak previst inizjalment; billi, bħala riżultat ta’ dan, huwa meħtieġ illi l-limitu taż-żmien imsemmi hawn fuq jiġi mtawwal b’sena sabiex jgħin li jiġi implimentat dan ir-Regolament; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ghall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) No 956/97, "30 ta’ Ġunju 1998" jiġu sostitwiti bi "30 ta’ Ġunju 1999". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1. [3] ĠU L 139, tat-30.5.1997, p. 10. --------------------------------------------------