Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1490

    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1490/98 tat-13 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 2200/96 rigward l-arranġamenti ta’ l-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    ĠU L 196, 14.7.1998, p. 7–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/02/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1490/oj

    31998R1490



    Official Journal L 196 , 14/07/1998 P. 0007 - 0010


    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1490/98

    tat-13 ta’ Lulju 1998

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 2200/96 rigward l-arranġamenti ta’ l-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2520/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 30(6) u l-Artikoli 48 u 57 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/97 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1946/97 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 rigward l-arranġamenti ta’ l-intervent fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

    Billi għandhom jiġu stabbiliti l-ħtiġiet minimi sabiex jiġu rtirati prodotti li għalihom il-Komunità ma għandha l-ebda livell stabbilit għall-bejgħ fis-suq;

    Billi t-tadam prodott fil-perjodu taż-żmien bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru jrid jilħaq il-livelli stabbiliti għall-bejgħ fis-suq u għalhekk irid ikun konformi mal-ħtiġiet ta’ l-ippakkjar, meqjusa l-kondizzjonijiet partikolari tal-ġabra u l-produzzjoni ta’ dan il-prodott;

    Billi t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell massimu għas-suppliment tal-kumpens Komunitarju ta’ l-irtirar; billi, b’dankollu, dan l-Artikolu jipprovdi li l-ammont tas-suppliment miżjud mal-kumpens Komunitarju għall-irtirar ma jistax jeċċedi l-livell massimi tal-prezzijiet għall-irtirar li japplikaw għas-sena tas-suq 1995/96; billi għandhom jiġu stabbiliti kriterji li jistabbilixxi li dan is-suppliment jiġi stabbilit sabiex jinżamm l-irtirar tal-prodotti mis-suq bħala strument sabiex jiġi stabbilizzat is-suq fil-prodotti friski u mhux bħala mogħdija li tissostitwixxi s-suq;

    Billi, fil-każ tat-tadam intiż għall-ipproċessar, il-kumpens Komunitarju għall-irtirar flimkien ma’ kull supplement stabbilit mill-Istati Membri ma jistgħux jeċċedu l-prezz minimu ta’ l-ipproċessar stabbilit għas-sena tas-suq involuta sabiex jipprevjieni milli l-irtirar ta’ dawn il-prodotti jiġi wżat bħala alternattiva għall-ipproċessar;

    Billi l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jipprovdi li l-kabbara li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni tal-produtturi jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ l-intervent permezz ta’ dawn l-organizzazzjonijiet; billi għandha ssir disposizzjoni li tippermetti sabiex jiġu stabbiliti miżuri fuq livell nazzjonali meta meħtieġ sabiex ikun assigurat li dawn id-disposizzjonijiet jiġu applikati effettivament;

    Billi, għall-għanijiet tad-distribuzzjoni b’xejn tal-prodotti rtirati mis-suq, l-istituzzjonijiet soċjali, edukattivi u/jew tas-saħħa għandhom jiġu trattati bl-istess manjiera bħall-istituzzjonijiet stabbiliti għal-dan l-iskop fir-Regolament (KE) Nru 2200/96;

    Billi fil-każ ta’ l-operati ta’ distribuzzjoni b’xejn f’pajjiżi terzi l-Istati Membri jridu jippreżentaw pjani għal dawn l-operati lill-Kummissjoni; billi l-pjani jridu ikun fihom partikolarment il-qbil tal-pajjiżi terzi interessati; billi, fil-każ tat-trasport bil-baħar, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,6 % għall-ispejjeż tat-trasport li jista’ jinġarr mill-Kummissjoni;

    Billi l-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 659/97 għandu jiġi estiż sas-sena tas-suq 2000/01;

    Billi l-miżuri li hemm disposizzjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 659/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "2. Meta l-istandards jiġu adotti permezz ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96,il-prodotti rtirati mis-suq jridu jkunu konformi ma’ dawn is-standards, għajr għad-disposizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-bejgħ fis-suq ta’ dawn il-prodotti. Il-prodotti jistgħu jiġu rtirati mingħajr ma jitqies it-tqassim bil-qisien skond il-klassi tal-kwalità, basta iżda li jintlaħaq il-limitu l-iktar baxx għall-klassi II.

    B’dankollu, it-tadam irtirat mis-16 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru irid ikun konformi mal-istandard tal-bejgħ fis-suq stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 778/83."

    2. Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 2:

    "3. ‘3. Meta ma jkunux ġew adottati l-ebda standards għall-bejgħ fis-suq permezz ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, iridu jintlaħqu l-ħtiġiet minimi stabiliti fl-Anness VII. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxi disposizzjonijiet li jissupplimentaw dawn il-ħtiġiet minimi."

    3. L-Artikolu 6 huwa mibdul bi:

    "Artikolu 6

    1. Minkejja l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 411/97 għandu japplika għall-ħlas tal-kumpens ta’ l-irtirar għall-prodottti mhux elenkati fil-lista fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u għall-konċessjoni ta’ kumpens għall-irtirar li hemm disposizzjoni dwaru fl-Artikolu 15(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    2. Il-prezzijiet massimi li japplikaw għas-sena tas-suq 1995/96 u s-supplimenti li l-Istati Membri li japplikaw it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 ma jistgħux jeċċedu dawk stabiliti fl-Anness VIII.

    3. L-Istati Membri li jistabbilixxu livell massimu għas-supplimenti għall-kumpens Komunitarju ta’ l-irtirar skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom iqisu dan li ġej:

    - l-irtirar huwa strument fuq terminu fil-qosor sabiex jistabbilizza l-provvista fis-swieq tal-prodotti friski,

    - fl-ebda każ ma għandu l-irtirar jservi ta’ mogħdija biex jidħol minflok is-suq,

    - l-irtirar ma għandux ifixkel it-tmexxija tas-suq tal-frott u l-ħxejjex intiżi għall-ipproċessar.

    Xahar qabel il-bidu tas-sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-livelli massimi stabbiliti tas-supplimenti għal kull prodott fl-Anness II.

    Fil-każ speċjali tat-tadam intiż għall-ipproċessar, is-suppliment li jrid jintlaħaq irid ikun f’livell tali li s-somma tal-kumpens Komunitarju għall-irtirar u s-suppliment hekk stabbilit ma għandhomxx jeċċedu l-prezz minimu għall-ipproċessar stabilit għas-sena tas-suq involuta skond ir-Regolament (KE) Nru 2201/96."

    4) - It-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ l-Artikolu 8(1) huma mibdula b’dan li ġej:

    "L-organizzazzjonijiet tal-prodtturi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti rtirati jkunu konformi mas-standards fis-seħħ meta dawn l-istandards ikunu ġew adottati b’mod konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew, meta ma jeżistux dawn is-standards, il-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Anness VII.

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bil-miżuri meħuda bi qbil mal-qafas nazzjonali li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 10 bil-ħsieb li jipproteġu l-ambjent waqt l-operazzjonijiet ta’ l-irtirar."

    - L-Artikolu 8(2)(b) huwa mibdul b’dan li ġej:

    - "mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu ta’ kull sena tas-suq, estmi taż-żoni kkultivati skond kull prodott elenkat fil-lista fl-Anness II u, fejn japplika, skond il-varjetà."

    - Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 8:

    "3. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-bdiewa li huma membri ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu mħollija attwalment jibbenefikaw mill-iskema ta’ l-intervent li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96."

    5. Fl-Artikolu 12, il-frażi ‘u (b)’ tiddaħħal wara l-frażi ‘it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 30(1)(a)’ u tiżdied is-sentenza li ġejja:

    "Djar tal-mistrieħ (tax-xjuħ), skejjel tan-nuna, stabbilimenti psikjatriċi u istituzzjonijiet oħra soċjali, edukattivi u/jew tas-saħħa għandhom jiġu trattati fl-istess manjiera bħal dawk l-istituzzjonijiet."

    6. L-Artikolu 14(3) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjani lill-Kummissjoni għal kull operat ta’ distribuzzjoni b’xejn, flimkien ma’:

    - l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw il-prodotti f’dan il-każ,

    - il-kwantità intiża għalbiex titqassam,

    - l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità approvati mill-Istat Membru u responsabbli mill-operat,

    - is-sustanza tal-ftehim kif hemm disposizzjoni dwar dan fl-Artikolu 16(4),

    - l-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-karità responsabbli mid-distribuzzjoni lill-pajjiżi terzi,

    - il-ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati,

    - dettalji dwar il-mezzi tat-trasport li għandhom ikunu wżati.

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kopji tan-notifiki lis-Sub-Kumitat Konsultattiv tal-FAO dwar ir-Rimi taż-Żejjed wara li l-operati jkun ġew awtorizzati mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ każ b’każ jekk tawtorizzax dawn l-operati fid-dawl partikolari tal-garanziji tal-konklużjoni b’suċċess u tas-sitwazzjoni fis-suq.

    Fl-aħħar ta’ kull operat, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif speċifikat fl-Anness VI. Fuq talba, għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operat fil-pajjiżi terzi."

    7. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(1):

    "Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispejjeż tal-ġarr li jistgħu jitħallsu fuq il-bażi tan-nefqa attwali fuq it-trasport u tad-distanza. Il-kumpens hekk stabbilit ma jistax jeċċedi n-nefqa tat-trasport bl-art fuq l-aqsar distanza bejn il-post tat-tagħbija u l-post teoretiku tal-ħruġ. Għandu jiġi applikat fattur korrettiv ta’ 0,6 għall-ammonti li hemm referenza dwarhom fil-punt 1 ta’ l-Anness V."

    8. It-tielet inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(2) huwa mibdul bi:

    "— teħid mill-korpi benefiċjarji,."

    9. Fl-Artikolu 15a il-frażi ‘Għas-sena tas-suq 1997/98:’ hija mibdula bil-frażi "Sa u inkluża s-sena tas-suq 2000/01"

    10. Ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 16(6) huwa mibdul bi:

    "— teħid mill-korpi benefiċjari,."

    11. L-Annessi ġodda VII u VIII li ġejjin huma miżjuda:"

    “ANNESS VII

    ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-PRODOTTI RTIRATI

    1. Il-prodotti rtirati jridu jkunu:

    - intatti,

    - b’saħħithom: jiġu esklużi prodotti affettwati mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li ma jibqgħux tajbin għall-konsum,

    - indaf, prattikament ħielsa minn kull materja barranija li tidher bil-għajn,

    - prattikament ħielsa minn insetti/annimali qerrieda jew attakki minn insetti/annimali qerrieda,

    - ħielsa min-nida fuq barra mhux normali,

    - ħielsa minn kull riħa u/jew togħma barranija.

    2. Il-prodotti jridu jkunu żviluppati suffiċjentement u maturi suffiċjentment billi jingħata każ tat-tip tagħhom.

    3. Il-prodotti għandhom ikollhom il-karatteristiċi tal-varjeta u/jew tat-tip kummerċjali.

    ANNESS VIII

    PREZZIJIET MASSIMI APPLIKABBLI GĦAS-SENA TAS-SUQ 1995/96 U GĦAS-SUPPLEMENTI LI JIRRIŻULTAW FIT-TNEĦĦIJA TAL-KUMPENS TAL-KOMUNITÀ

    (ecu/100 kg) |

    Prodott | Prezz massimu1995/96 | Supplement massimu |

    Senatas-suq 1997/98 | Senatas-suq 1998/99 | Senatas-suq 1999/2000. | Senatas-suq 2000/2001 | Senatas-suq 2001/2002 | Minn2002/03 |

    Tadam | 12,84 | 6,40 | 6,72 | 7,04 | 7,37 | 7,69 | 8,01 |

    Pastard | 13,51 | 4,17 | 4,64 | 5,10 | 5,57 | 6,04 | 6,50 |

    Tuffieħ | 15,04 | 4,35 | 4,73 | 5,10 | 5,48 | 5,86 | 6,23 |

    Għeneb | 15,45 | 4,76 | 5,29 | 5,83 | 6,36 | 6,90 | 7,43 |

    Berquq | 23,36 | 4,46 | 5,41 | 6,35 | 7,30 | 8,24 | 9,19 |

    Nettarini | 25,43 | 8,04 | 8,91 | 9,78 | 10,65 | 11,52 | 12,39 |

    Ħawħ | 22,53 | 7,88 | 8,61 | 9,35 | 10,08 | 10,81 | 11,54 |

    Lanġas | 14,83 | 4,65 | 5,01 | 5,37 | 5,73 | 6,09 | 6,44 |

    Brunġiel | 7,62 | 2,33 | 2,59 | 2,86 | 3,12 | 3,39 | 3,65 |

    Larinġ | 15,85 | 1,52 | 1,59 | 1,65 | 1,72 | 1,78 | 1,85 |

    Mandolini | 17,48 | 1,33 | 1,96 | 2,59 | 3,22 | 3,85 | 4,48 |

    Klementini | 13,70 | 0,96 | 0,91 | 0,86 | 0,80 | 0,75 | 0,70 |

    Satsumi | 10,49 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

    Lumi | 17,26 | 3,89 | 3,96 | 4,04 | 4,11 | 4,19 | 4,26 |

    "

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

    [2] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 41.

    [3] ĠU L 100, tas-17.4.1997, p. 22.

    [4] ĠU L 274, tas-7.10.1997, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top