This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1400
Commission Regulation (EC) No 1400/98 of 30 June 1998 amending Regulation (EEC) No 2235/92 laying down detailed rules for the application of the aid for the consumption of fresh milk products in the Canary Islands
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1400/98 tat-30 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2235/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-għajnuna għal konsum ta’ prodotti tal-ħalib frisk fil-Gżejjer Kanarji.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1400/98 tat-30 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2235/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-għajnuna għal konsum ta’ prodotti tal-ħalib frisk fil-Gżejjer Kanarji.
ĠU L 187, 1.7.1998, p. 54–55
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0793
Official Journal L 187 , 01/07/1998 P. 0054 - 0055
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1400/98 tat-30 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2235/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-għajnuna għal konsum ta’ prodotti tal-ħalib frisk fil-Gżejjer Kanarji. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jirrigwarda miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji rigward ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2348/96 [2], u b’mod partikolari l-Artiklu 11 tiegħu, Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2235/92 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [4], fih disposizzjonijiet għall-għotja ta’ għajnuna għall-konsum tal-bniedem ta’ prodotti mill-ħalib frisk tal-baqar magħmula fil-Gżejjer Kanarji fil-limiti tal-ħtiġijiet ta’ konsum f’dawk il-gżejjer; billi, minħabba t-tibdil fid-drawwiet ta’ konsum lokali ikbar għall-prodotti tal-ħalib xkumat, u bħala riżultat ta’ talba mill-awtoritajiet Spanjoli, l-lista ta’ prodotti friski stipulata fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2235/92 għandu tiġi emendata; Billi l-miżuri li għalihom hemm disposizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2235/92 huwa hawn mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament: Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ mil-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda’ jseħħ mil-1 ta’ Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f’ Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [2] ĠU L 320, tal-11.12.1996, p. 1. [3] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 105. [4] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS Lista ta’ prodotti eliġibbli għall-għajnuna mill-Komunità msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1601/92 1) ħalib għax-xorb; 2) krema; 3) yoghurt; 4) ġobon frisk b’kontenut ta’ grass, miżun xott, ta’ mhux inqas minn 40 %. --------------------------------------------------