This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1008
Commission Regulation (EC) No 1008/98 of 14 May 1998 amending Regulation (EC) No 1371/95 laying down detailed rules for implementing the system of export licences in the egg sector
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1008/98 ta’ l-14 ta’ Mejju 1998 li jemenda Regolament (KE) Nru 1371/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’esportazzjoni fis-settur tal-bajd
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1008/98 ta’ l-14 ta’ Mejju 1998 li jemenda Regolament (KE) Nru 1371/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’esportazzjoni fis-settur tal-bajd
ĠU L 145, 15.5.1998, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2004
Official Journal L 145 , 15/05/1998 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1008/98 ta’ l-14 ta’ Mejju 1998 li jemenda Regolament (KE) Nru 1371/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’esportazzjoni fis-settur tal-bajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-bajd [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1516/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2) u 8(13) mehmuża, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1371/95 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1157/96 [4], li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 604/98 [6], jistabbilxxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli; billi l-Artikolu 3 tiegħu jiddefinixxi l-jum ta’ l-esportazzjoni; billi t-test ta’ Regolament (KE) Nru 1371/95 irid ikun emendat biex jiġi jaqbel ma’ din id-definizzjoni; Billi l-Artikoli 4 u 9 ta’ u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1371/95 fihom xi żbalji li jridu jittranġaw; Billi ż-żmien stipulat biex l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni ‘ex-post’ irid ikun l-istess bħal dak ta’ liċenzji oħra ta’ l-esportazzjoni; Billi huwa meħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1371/95 ikun aġġustat biex jagħti lok għall-emendi tar-rifużjonijiet differenzjati; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 1371/95 huwa hawnhekk emendat skond li ġej: 1. fl-Artikolu 4(3)(a), ir-referenzi għal Sezzjonijiet 17 u 18 huma mibdula b’referenzi għal Sezzjonijiet 15 u 16; 2. fl-Artikolu 9: (a) fl-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 2: - ir-referenza għal Sezzjoni 22 hi mibdula b’referenza għal Sezzjoni 20, - il-frażi ‘id-data li fiha seħħew’ hi mibdula bid-‘ data ta’ l-esportazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87’; (b) fl-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija mibdula b’dan li ġej: "‘L-Istati Membri jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ {imgħa mis-1 p.m. ‘l quddiem, permezz tal-fax, kemm saru applikazzjonijiet jew ma sarux għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni "ex-post", matul dik il-ġimgħa’" (ċ) fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej: "Din il-liċenzja għandha tkun intitolata għall-ħlas ta’ rifużjoni li jgħodd fil-jum ta’ l-esportazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87’" 3. fl-Anness II, Parti A, ‘ECU/100 kg’ hi mibdula b’ ‘ECU/100 kg jew 100 biċċa’; 4. L-Anness III huwa mibdul bl-Anness ħma’ dan ir-Regolament; Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1998 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f’Brussel, fl-14 ta’ Mejju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. [2] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 99. [3] ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 16. [4] ĠU L 153, tas-27.6.1996, p. 19. [5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1 [6] ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS III Ir-Russja Il-Kuwajt Il-Baħrain Qatar Oman L-Emirati Għarab Uniti Ir-Repubblika tal-Jemen Hong Kong SAR Il-Korea t’Isfel Il-Ġappun Il-Malażja It-Tajlandja It-Tajwan Il-Filippini L-Eġittu --------------------------------------------------