This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998L0051
Commission Directive 98/51/EC of 9 July 1998 laying down certain measures for implementing Council Directive 95/69/EC laying down the conditions and arrangements for approving and registering certain establishments and intermediaries operating in the animal feed sector (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE tad-9 ta’ Lulju 1998 li tistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta’ l-għalf ta’l-annimaliTest b’relevanza għall-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE tad-9 ta’ Lulju 1998 li tistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta’ l-għalf ta’l-annimaliTest b’relevanza għall-ŻEE
ĠU L 208, 24.7.1998, p. 43–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32005R0183
Official Journal L 208 , 24/07/1998 P. 0043 - 0048
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/51/KE tad-9 ta’ Lulju 1998 li tistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE li tistabbilixxi il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta’ l-għalf ta’l-annimali (Test b’relevanza għall-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat d- Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tniżżel il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u intermedjarji li joperaw fis-settur ta’ l-għalf tal-bhejjem u li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 79/373/KEE u 82/471/KEE ( [1]) hawnhekk iżjed il-quddiem msejjaħ id-‘Direttiva 95/69/KE’, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 ta’ dan, Billi din id-Direttiva stabbiliet regoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti li jinsabu ġewwa l-Komunità; billi jridu jiġu addottati dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-approvazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi; Billi l-għażla ta’ dawn il-pajjiżi trid tkun ibbażata fuq kriterji ta’ tip ġenerali bħar-regoli fis-seħħ fil-qasam tal-produzzjoni ta’ għalf ta’ l-annimali u l-organizzazzjoni u l-poteri ta’ l-awtorita’ kompetenti responsabbli għall-kontrolli f’dan il-qasam; Billi jrid jiġi żgurat li dawn l-istabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi jissodisfaw ta’ mill-inqas kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati għall-istabbilimenti li jinsabu fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li ġejjin minnhom ma joħolqux riskji għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent; Billi trid tiġi prevista l-possibiltà li esperti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri jivverifikaw f’pajjiżi terzi ir-rispett lejn ir-regoli stipulati mid-Direttiva presenti; Billi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ l-istabbilimenti tagħhom għandha tkun is-soġġett ta’ Deċiżjonijiet implimentattivi ulterjuri; Billi huwa neċessarju, sabiex ma jiġix interrott il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, li jkun hemm arranġamenti transizzjonali għall-bidla mis-sistema qadima ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni għall-ġdida, waqt li l-iffunzjonar sħiħ tar-reġim il-ġdid ikun għadu pendenti; Billi, waqt li l-adozzjoni tal-listi ta’ stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi tkun għadha pendenti, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi awtorizzati biex ipoġġu prodotti f’ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità u li għandhom rappresentant fit-territorju tagħhom; Billi għandhom jiġu addottati arranġamenti uniformi sabiex jiġi definit mudell kemm għar-reġistru ta’ stabbilimenti approvati u intermedjarji kif ukoll għall-lista ta’ stabbilimenti u intermedjarji reġistrati; Billi għandhom jiġu addottati arranġamenti uniformi li jiddefinixxu l-istruttura kemm għan-numru ta’ approvazzjoni kif ukoll għan-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti u intermedjarji; Billi l-miżuri previsti minn din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem, ADOTTAT DIN ID- DIRETTIVA: Il-KAPITOLU I Definizzjonijiet Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva ‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità ta’ l-Istat Membru jew pajjiż terz responsabbli għal kontrolli uffiċjali fil-qasam tan-nutriment ta’ l-annimali. Il-KAPITOLU II Lista ta’ pajjiżi terzi Artikolu 2 1. Il-Kummissjoni, waqt li tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tad- Direttiva 95/69/KE għandha tistabbilixxi il-lista msemmija fl-Artikolu 15(a), l-ewwel inċiż, ta’ l-imsemmija Direttiva. Il-lista tista’ tiġi modifikata jew integrata skond l-istess proċedura. 2. Waqt li tkun qiegħda tiddeċiedi jekk pajjiżi jistax jidher fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1 irid jiġi meqjus jekk: (a) il-leġislazzjoni ta’ dak il-pajjiż fis-settur ta’ l-għalf ta’ l-annimali u b’ mod partikolari r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-manufattura u mat-tqegħid f’ċirkolazzjoni ta’ prodotti u sustanzi intenzjonati biex jintużaw f’nutriment ta’ annimali u r-regoli ta’ kontroll; (b) l-istruttura u l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, kif ukoll il-poteri disponibbli għal dik l-awtorità kompetenti u l-garanziji li hija tista’ tipprovdi fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ regoli Komunitarji; (ċ) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli adegwati fis-settur ta’ għalf ta’ l-annimali; (d) il-garanziji li dak il-pajjiż terz jista’ jagħti dwar il-konformità ma’ standards ta’ mill-inqas ekwivalenti għal dawk mniżżlin fl-Anness tad-Direttiva 95/69/KE. 3. 3.Id-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pubblikati; kull ħames snin għandha tiġi pubblikata lista konsolidata. Il-KAPITOLU III Approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi Artikolu 3 Lista ta’stabbilimenti approvati 1. Il-Kummissjoni, waqt li tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tad- Direttiva 95/69/KE, u fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1), għandha tistabbilixxi il-listi ta’ stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(a), (b), (ċ) u (d) ta’ l-imsemmija Direttiva. Il-lista tista’ tiġi modifikata skond l-istess proċedura: - b’mod konformi mar-risultat ta’ l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5, jew - fuq il-bażi ta’ riżultati mhux favorevoli mwettqa fuq prodotti impurtati, jew - sabiex tiġi meqjusa informazzjoni ġdida li tintbgħat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. 2. Stabbiliment jista’ jidher fuq il-lista biss: - jekk ikun jinsab f’wieħed mill-pajjiżi fuq il lista msemmija fl-Artikolu 2(1), - jekk jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid- Direttiva 95/69/KE. 3. Id-deċisjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pubblikati; kull ħames snin, għandha tiġi pubblikata lista konsolidata. Il-KAPITOLU IV Reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi Artikolu 4 Listi ta’ stabbilimenti reġistrati 1. Il-Kummissjoni, waqt li tiddeċiedi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 95/69/KE, u fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1), għandha tniżżel il-listi ta’stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 7(2)(a), (b), u (ċ) ta’ l-imsemmija Direttiva. Il-lista tista’ tiġi modifikata skond l-istess proċedura: - b’ mod konformi mar-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5, jew - fuq il-bażi ta’ riżultati mhux favorevoli mwettqa fuq prodotti impurtati, jew - sabiex tiġi meqjusa informazzjoni ġdida li tintbgħat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. 2. Stabbiliment jista’ jidher fuq il-lista biss: - jekk ikun jinsab f’wieħed mill-pajjiżi fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 2(1), - jekk jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid- Direttiva 95/69/KE. 3. Id-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pubblikati; kull ħames snin, għandha tiġi pubblikata lista konsolidata. Il-KAPITOLU V Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 5 Kontrolli fuq il-post 1. Jistgħu jsiru kontrolli fuq il-post minn esperti tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri, fejn meħtieġ, sabiex jiġi verifikat jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u b’ mod partikolari dawk ta’ l-Artikoli 2(2), 3(2) it-tieni inċiż u l-Artikolu 4(2) it-tieni inċiż qegħdin attwalment jiġu applikati. L-esperti mill-Istati Membri għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni, li għandha taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri. 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1. Il-KAPITOLU VI Arranġamenti transitorji Artikolu 6 1. Waqt li d- deċisjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) ikunu għadhom pendenti, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 minn stabbilimenti li għandhom rappresentant stabbilit ġewwa l-Komunità. Huma għandhom jesiġu li l-isem u l-indirizz tar-rappresentant stabbilit ġewwa l-Komunità jidher faċċata l-isem u l-indirizz tal-manifattur fuq ir-reġistru u fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 8. 2. Ir-rappresentanti msemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom ħsieb li jeserċitaw għall-ewwel darba l-attività tagħhom għandhom, sa mill-1 ta’ Jannar 1999 jissottomettu dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn huma jinsabu u fejn huma jimpenjaw ruħhom li: - jagħmlu ċert li l-istabbiliment jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) jew it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4(2), skond kif applikabbli, - jżommu reġistru ta’ prodotti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, skond kif applikabbli, li l-istabbilimenti li huma jirrappresentaw qegħdu f’ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet relevanti stabbiliti fl-Anness tad- Direttiva 95/69/KE. 3. Rappresentanti msemmmija fil-paragrafu 1 li, fil-31 ta’ Diċembru 1998, kienu attivi, jistgħu jkomplu l attivitajiet tagħhom fuq kundizzjonijiet li jissottomettu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 qabel l-1 ta’ Mejju 1999. 4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li l-prodotti li jiġu minn stabbiliment jitħallew jiċċirkulaw b’mod ħieles ġewwa l-Komunità: (a) jekk ir-rappresentant tiegħu ġewwa l-Komunità ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-paragrafi 2 jew 3: jew (b) jekk, fl-ewwel lok, l-istabbiliment jew ir-rappresentant ma jissodisfax iktar xi kundizzjoni essenzali applikabbli għall-attivitajiet tagħhom fuq il-bażi tar-riżultati: - tal-kontrolli fuq il-prodotti impurtati, jew - ta’ spezzjoni fuq il-post msemmija fl-Artikolu 5, u jekk, fit-tieni lok, l-istabbiliment jew ir-rappreżentant ma jikkonformawx m’ dik il-kundizzjoni fi żmien raġonevoli. Artikolu 7 1. Waqt li d-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) ikunu għadhom pendenti, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn għall-ewwel darba qabel it-30 ta’ Ġunju 1999 kopja tar-reġistru u tal-lista msemmija fl-Artikolu 8 ta’ l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 6(1). 2. Kull emendi li jsiru fir-reġistru u fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 wara t-30 ta’ Ġunju 1999 għandhom jintbagħtu separatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Il-KAPITOLU VII Reġistru u lista ta’ stabbilimenti u intermedjarji; approvazzjoni u numru ta’ reġistrazzjoni Artikolu 8 Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 5(1) u l-lista msemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 95/69/KE iridu jsiru skond il-mudell stabbilit rispettivament fil-Kapitoli I.1 jew I.2 ta’ l-Anness ta’ din id- Direttiva. Artikolu 9 In- numru ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) u n-numru ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 95/69/KE għandhom ikunu skond il-forma li tinsab f’Kapitolu II ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva. Il-Kapitolu VIII Dispożizzjonijiet finali Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan immedjatament. Huma għandhom japplikaw dawn id- dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1999. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id- Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’ din ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Id-dettalji tar-referenza għandhom jiġu iffissati mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testijiet tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id- Direttiva. Artikolu 11 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta’ Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-KAPITOLU I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Il-KAPITOLU II In-numru t’approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(1) u n-numru ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 95/69/KE irid ikollhom l-istruttura li ġejja: 1. Il-karattru ‘a’ jekk l-istabbiliment jew l-intermedjarju huwa approvat. 2. Il-kodiċi ISO ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinsab l-istabbiliment jew l-intermedjarju, 3. In- numru ta’ referenza nazzjonali b’ massimu ta’ tmien karattri alfanumeriċi. --------------------------------------------------