This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0149
98/149/EC, ECSC, Euratom: Council and Commission Decision of 26 January 1998 on the conclusion of the Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and Ukraine, of the other part
Deċiżjoni tal-kunsill u l-kummissjoni tas-26 ta' Jannar 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-kunsill u l-kummissjoni tas-26 ta' Jannar 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra
ĠU L 49, 19.2.1998, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/149/oj
Official Journal L 049 , 19/02/1998 P. 0001 - 0002
Deċiżjoni tal-kunsill u l-kummissjoni tas-26 ta' Jannar 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra [1] (98/149/KE, KEFA, Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 54(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 57(2), u l-Artikoli 66, 73c(2), 75, 84(2), 99, 100, 113 u 235, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) ta' l-istess, Wara li kkonsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 ta' l-istess, Wara li kkonsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 ta' l-istess, Wara li kkonsidraw l-qbil mill-Parlament Ewropew [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat Konsultattiv tal-KEFA u bil-kunsens tal-Kunsill, Wara li kkonsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Billi l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ukrajna, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fl-14 ta' Ġunju 1994 fil-Lussemburgu, se jikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-iskop ta' dak il-ftehim huwa illi jiġu msaħħa r-rabtiet imwaqqfa b'mod partikolari mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989 u approvat bid-Deċiżjoni 90/116/KEE [3]; Billi ċerti obbligi li jipprovdi għalihom il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ‘l hinn mill-ambitu tal-politika tal-Komunità dwar il-Kummerċ, jaffettwaw jew aktarx li jaffettwaw l-arranġamenti stipulati fl-atti tal-Komunità addottati fl-oqsma tad-dritt ta' twaqqif, it-Trasport u t-trattament ta' intrapriżi; Billi l-imsemmi Ftehim jimponi fuq il-Komunitajiet Ewropej ċerti obbligazzjonijiet rigward iċ-ċaqliq ta' kapital u ħlasijiet bejn il-Komunità u l-Ukrajna; Billi, minbarra dan, sa fejn l-msemmi Ftehim jaffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' taxxa applikabbli għall-mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u bdil ta' ishma li jirrigwardaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' taxxa applikabbli fil-każ ta' kumpanniji parent u sussidjarji ta' Stati Membri differenti [5], li huma bbażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, dak l-Artikolu għandu jintuża bħala bażi legali; Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim jimponu fuq il-Komunità obbligazzjonijiet fil-qasam ta' l-għoti ta' servizzi li jmorru ‘l hinn mill-qafas ta' bejn il-fruntieri; Billi għal ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim li għandhom jiġu implimentati mill-Komunità, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej ma jagħmel ebda disposizzjonijiet għal poteri speċifiċi; billi għalhekk huwa neċessarju li wieħed jirrikorri għall-Artikolu 235 tat-Trattat, IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa u l-Ukrajna fuq in-naħa l-oħra flimkien mal-Protokoll, dikjarazzjonijiet u bdil ta' ittri, huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Europea għall-Enerġija Atomika. It-testi huma annessi ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-posizzjoni li trid tiġi addottata mill-Komunità fil-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, f'kull każ skond id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. 2. Skond l-Artikolu 86 tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, il-President tal-Kunsill għandu jippresjedi fuq il-Kunsill ta' Koperazzjoni u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi fuq il-Kumitat ta' Koperazzjoni skond ir-regoli ta' proċedura tiegħu u għandu jwassal il-posizzjoni tal-Komunità. 3. Id-deċiżjoni li jiġu ppubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed fuq bażi ta' kull każ għalih mill-Kunsill u l-Kummissjoni. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu, jagħti n-notifika li għaliha jipprovdi l-Artikolu 108 tal-Ftehim f'isem il-Komunitajiet Ewropej [6]. Il-President tal-Kummissjoni għandu, jagħti tali notifika f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1998. Għall-Kummissjoni J. Santer Il-President F'isem il-Kunsill Il-President R. Cook [1] Dan il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ġie iffirmat ma' l-Ukrajna fl-14 ta' Ġunju 1994 mill-Komunitajiet Ewropej u t-tnax-il Stat Membru ta' dak iż-żmien. Wara t-tkabbir, Protokoll Addizzjonali ġie ffirmat ma' l-Ukrajna fl-10 ta' April 1997 sabiex jippermetti lill-Awstrija, lill-Fillandja u l-Isvezja li jissieħbu fil-Ftehim flimkien mat-tnax-il Stat Membru l-oħrajn u sabiex jagħmel il-verżjoni Svediża u Fillandiża tal-Ftehim uffiċjali.Wara t-twettiq tal-proċeduri neċessarji, il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom ukoll iddeċidew - wara t-tmiem tal-Ftehim ta' Sħubija - li japplikaw il-fuq imsemmi Protokoll Addizzjonali provviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ, skond l-Artikolu 4 ta' l-istess. Għalhekk, it-test tal-Ftehim ta' Sħubija li kien jinsab fl-edizzjoni Fillandiża u Svediża tal-Ġurnal Uffiċjali huwa dak li jsir uffiċjali bil-Protokoll Addizzjonali.Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni konkluż ma' l-Ukrajna se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998, bin-notifiki rigward it-twettiq tal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 108, it-tieni paragrafu, tal-Ftehim ikunu ġew kompletati mill-partijiet fid-29 ta' Jannar 1998. [2] ĠU C 339, tat-18.12.1995, p. 42 [3] ĠU L 68, tal-15.3.1990, p. 1. [4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1. [5] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6. [6] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim Interim għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------