This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R2320
Council Regulation (EC) No 2320/97 of 17 November 1997 imposing definitive anti-dumping duties on imports of certain seamless pipes and tubes of iron or non-alloy steel originating in Hungary, Poland, Russia, the Czech Republic, Romania and the Slovak Republic, repealing Regulation (EEC) No 1189/93 and terminating the proceeding in respect of such imports originating in the Republic of Croatia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997 li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997 li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja
ĠU L 322, 25.11.1997, p. 1–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2006; Imħassar b' 32006R0954
Official Journal L 322 , 25/11/1997 P. 0001 - 0024
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997 li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 fuq il-protezzjoni kontra importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropeà [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza. Billi: A. PROĊEDURA. (1) Permezz ta' regolament (KEE) Nru 1189/93 [2], il-Kunsill impona taxxi definittivi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika tal-Kroazja. Ir-rata tat-taxxa kienet 21,7 % għall-Ungerija, 10,8 % għall-Polonja u 17,4 % għar-Repubblika tal-Kroazja. Barra dan, il-Kummissjoni aċċettat impriżi [3] offruti mill-esportaturi Ungeriżi, Pollakki u Kroati. (2) Fil-31 t'Awwissu 1996, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [4], il-bidu ta' reviżjoni interim tar-Regolament (KEE) Nru 1189/93 dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika tal-Kroazja u bdew investigazzjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsemmi bħala "ir-Regolament Bażiku"). (3) Din ir-reviżjoni ta' investigazzjoni temporanja kienet bdiet flimkien ma' investigazzjoni li nfetħet fl-istess data [5] dwar dan it-tip ta' importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka wara l-ilment li sar mill-Kumitat ta' Difiża ta' l-industrija Seamless Steel Tube ta' l-Unjoni Ewropea. (4) Permezz ta' Regolament (KE) Nru 981/97 [6] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsemmi bħala r-Regolament proviżorju), il-Kummissjoni imponiet taxxa proviżorja kontra d-damping fuq importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott in kwestjoni li joriġina mir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka. (5) Wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji kontra d-damping, ċertu partijiet interessati resqu il-kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu dan ġew mogħtija l-opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha. (6) Fit-22 ta' Mejju 1997, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli stabbilita taħt il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Membri Stati tagħha, mill-parti waħda, u r-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, rispettivament, fuq il-parti l-oħra, kienu infurmati permezz ta' ittra dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi miżuri proviżorji. L-awtoritajiet Ċeki, Rumeni u Slovakki kollha oġġezzjonaw li l-Kummissjoni aġixxiet kontra l-Ftehim ta' l-Ewropa (u b'mod partikolari l-Artikolu 34(2) tiegħu) billi naqset li jkollha konsultazzjonijiet qabel ma' beda l-proċediment, immedjatament wara l-bidu, jew qabel l-imposizzjoni tat-taxxi proviżorji. Wieħed għandu jiftakar li, meta jsir ilment, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-allegazzjonijiet li hemm fih. Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-ilmentatur pprovda evidenza suffiċjenti biżżejjed biex issir investigazzjoni, huwa mitlub, taħt id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tagħha kontra d-damping, biex tiftaħ proċediment. Dwar l-obligazzjonijiet legali tal-Komunità taħt il-Ftehim ta' l-Ewropa, huwa mifhum li dawn kienu osservati kollha. Il-Ftehim jgħid li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli għandha tkun infurmata dwar kull każ ta' damping malli l-awtoritajiet tal-pajjiż li qed jimporta jibda xi investigazzjoni. Il-Kummissjoni mxiet ma' dan ir-rekwiżit. Barra dan, il-Ftehim ta' l-Ewropa jgħid li jekk ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti fi żmien 30 ġurnata minn meta l-każ ikun riferut lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsill, il-parti li qed timporta tista' tadotta il-miżuri xierqa. Minħabba li ebda soluzzjoni ma nstabet fi żmien stipulat, il-Kummissjoni kellha dritt tieħu passi, kif xieraq; dan għamlitu fil-31 ta' Mejju 1997. Id-deċiżjoni attwali li timponi taxxi proviżorji ma ttieħditx qabel il-21 ta' Mejju, ftit jiem qabel ma t-terminu perentorju skada. Mhux talli hekk, imma il-Kummissjoni infurmat immedjatament lil Assoċjazzjoni tal-Kunsill u tatha l-informazzjoni dwar il-bażi fuq xiex ittieħdet id-deċiżjoni. Il-Konsultazzjonijiet bdew fi ftit jiem, l-ewwel ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż u wara ma' l-esportaturi/produtturi infushom, imbagħad tkomplew matul l-investigazzjoni bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni aċċettabli għaż-żewġ naħat. B'hekk, il-Komunità ħarset kompletament l-obligi tal-Ftehim ta' l-Ewropa, u b'mod partikolari l-Artikolu 34(2) u 34 (3) (b) tiegħu. (7) Fir-reviżjoni ta' l-investigazzjoni temporanja, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi/esportaturi Ungeriżi, Pollakki u Kroati, u l-importaturi konċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi li qed jesportaw u dak li qed jagħmel l-ilment, u tat l-opportunità lil partijiet direttament konċernati illi jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smiegħ tal-kawża. Il-partijiet interessati li ressqu t-talba tagħhom għall-opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni, ingħatatilhom. Għamlu wkoll sottomissjonijiet bil-miktub biex jagħmlu l-ideat tagħhom fuq it-tisjib magħrufa. (8) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet konċernati u rċeviet risposti mill-produtturi tal-Komunità li qed jilmentaw, mingħand ħames kumpanniji fir-Repubblika Ċeka, mingħand sebgħa fir-Rumanija, mingħand wieħed fir-Repubblika Slovakka, sitta mir-Russja, wieħed mill-Ungerija, sitta mill-Polonja u mingħand wieħed fir-Repubblika tal-Kroazja. Il-Kummissjoni rċeviet risposti wkoll mingħand erba' importaturi fil-Komunità li m'għandhomx x'jaqsmu, mingħand importatur tal-Komunità relatat ma' kumpannija Ċeka u minn żewġ importaturi relatati ma' produttur Slovakk, wieħed stazzjonat fil-Komunità u l-ieħor fl-Iżvizzera. Żjarat ta' verifikazzjoni dwar iż-żewġ investigazzjonijiet, saru fil-kumpanniji kif ġej: Produtturi tal-Komunità - Voest Alpine, Kindberg, l-Awstrija, - Vallourec Industries, Boulogne-Billancourt, Franza, - Benteler AG, Paderborn, il-Ġermanja, - Mannesmannröhren-Werke AG, Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja, - Dalmine S.p.A., Dalmine, l-Italja, - Productos Tubulares S.A., Valle de Trapaga, Spanja, - Tubos Reunidos S.A., Amurrio, Spanja, - Ovako Steel AB Tube Division, Hofors, l-Iżvezja, - ESW Röhrenwerke GmbH, Eschweiler, il-Ġermanja, - Rohrwerk Neue Maxhütte GmbH, Sulzbach-Rosenberg, il-Ġermanja. Importaturi li mhumiex relatati ma' esportaturi - Jannone ARM S.p.A., Naples, l-Italja, - Geminvest S.R.L., Limbiate, l-Italja, - Starval, Marly La Ville, Franza, - Voest Alpine Stahlhandel AG, Linz, l-Awstrija. Esportaturi u importaturi/kumpanniji kummerċjali li huma suġġetti għal investigazzjoni ġdida Importatur relatat ma' żewġ produtturi Ċeki: - Topham Eisen und Stahlhandelges.m.b.H., Vienna, l-Awstrija. Importaturi relatati ma' produttur Slovakk: - Pipex International AG, Nidau, l-iżvizzera, - Pipex Italia S.p.A., Milan, l-Italja (sussidjarja mal-kumpannija msemmija fuq). Esportaturi fir-Repubblika Ċeka - Vítkovice a.s. and Vítkovice Export a.s., Ostrava, - Nová Hut a.s., Ostrava, - Válcovny trub Dioss and Dioss Trading, Chomutov a.s., - Ferromet Long Products Ltd, Prague (trading company relatata ma' to Nová Hut), - Incos s.r.o., Prague (kumpannija ta' kummerċ li mhiex relatata). Esportaturi fir-Rumanija - Artrom SA, - Silcotub SA, - Petrotub SA, - Republica SA, - Intertube Ltd., Bucharest (kummerċjant relatat ma' SC Republica SA), - SC Metalexportimport SA, Bucharest (esportatur/kummerċjant li mhux relatat), - Sota Company, Bukarest (esportatur/kummerċjant li mhux relatat). Esportaturi fir-Repubblika Slovakka - OZeleziarne Podbrezová a.s., Podbrezová. Esportaturi suġġġetti għar-reviżjoni ta' l-investigazzjoni Esportatur fl-Ungerija - Csepel Tubes Co. Ltd, Budapest. Esportaturi fil-Polonja - Huta Andrzej SA, Zawadzkie, - Huta Batory SA, Chorzów, - Stalexport SA (related trader), Katowice. Esportatur fir-Repubblika tal-Kroazja - Zeljezara Sisak, Sisak Steel Pipe Works, Sisak. Matul l-investigazzjoni, l-esporatatur Kroat informa lill-Kummissjoni li l-kumpannija bidlet l-isem tagħha għal Zeljezara Sisak - Sisak Tubemills Ltd. Il-Kummissjoni kkonkludiet illi l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma affetwaw l-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni. (9) Għaż-żewġ investigazzjoniet, damping kien eżaminat għal perjodu mill-1 ta' Settembru 1995 sal-31 ta' Awwissu 1996, "il-perjodu ta' investigazzjoni". L-eżaminazzjoni ta' l-inġurja, u l-possibilita' ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' inġurja, kopra l-perjodu minn Jannar 1992 sa l-aħħar tal-perjodu ta' l-investigazzjoni. (10) Il-partijiet kollha konċernati kienu nfurmati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni ta' imposizzjoni ta' miżuri definititivi jew it-tibdil ta' miżuri definittivi eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu ta' żmien fejn jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet u/jew li joffru impriżi wara li jsiru dawn id-dikjarazzjonijiet. B. PRODOTTI TAĦT INVESTIGAZZJONI 1. Prodott ikkonċernat (11) Il-prodott suġġett għaż-żewġ investigazzjonijiet huwa: (a) pajpijiet seamless, tal-ħadid jew non-alloy steel, tat-tip użat fil-pipelines taż-żejt u l-gass, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm; (b) tubi seamless ta' cross-section fit-tond, tal-ħadid jew non-alloy steel, cold-drawn jew cold-rolled, barra minn tubi ta' preċiżjoni; u (ċ) tubi oħra ta' cross-section fit-tond, tal-ħadid jew non-alloy steel, barra minn threaded jew threadable, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm bħalissa klassifikati taħt Kodiċi NM 73041010, 73041030, 73043199, 73043991 u 73043993. Skond il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill f'Regolament (KEE) Nru 1189/93, u kif kkonfermat fil-premessi (10) tar-Regolament proviżorju, il-pajpijiet kollha seamless u tubi li huma definiti taħt il-Kodiċi NM imsemmija iktar ‘il fuq, huma kkunsidrati bħala prodott wieħed (hawnhekk iktar ‘il quddiem riferuti bħala "il-prodott konċernat") għall-iskop kemm ta' l-investigazzjoni ġdida u kif ukoll tar-reviżjoni ta' l-investigazzjoni. 2. Prodott simili (12) Il-pajpijiet seamless u tubi li huma kollha suġġetti għaż-żewġ investigazzjonijiet, nstab li kienu jixxiebħu fil-karetteristiċi essenzali fiżiċi u tekniċi tagħhom u l-użu aħħari tagħhom, irrispettivament jekk humiex maniftturati fil-Komunità jew fil-pajjiżi suġġetti għall-investigazzjonijiet. Xi esportaturi argumentaw li l-prodotti tagħhom ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala prodotti l-istess ma' dawk tal-produtturi tal-Komunità jew bħal ta' produtturi li jesportaw fuq il-bażi li hemm differenzi fil-kwalità u t-teknika kif ukoll differenzi fil-kanali ta' distribuzzjoni, użu u perċezzjoni mis-suq. Instab, iżda, li l-prodott konċernat huwa mqassam f'kanali simili. Applikazzjoni bażika u użu in ġenerali huma l-istess. Hemm livell għoli ta' interchangeability, u konsegwentament ta' kompetizzjoni, bejn il-prodotti importati kollha suġġetti għaż-żewġ investigazzjonijiet u dawk immanifatturati minn produtturi tal-Komunità. Kien stabbilit ukoll li l-karetteristiċi bażiċi kemm dawk tekniċi u fiżiċi ta' dawn il-prodotti kollha impurtati, minkejja differenzi żgħar, huma identiċi għal, jew jixbħu ferm, dawk tal-prodotti manifatturati minn produtturi tal-Komunità. Bħala konklużjoni, il-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi diversi li huma koperti mill-investigazzjoni u dawk magħmula u mibjugħin fil-Komunità huma kkunsidrati bħala prodotti l-istess fil-kuntest ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. C. DAMPING INVESTIGAZZJONI KONTRA D-DAMPING 1. Repubblika Ċeka (a) Koperazzjoni (13) Il-kumpannija meqjusa li mhiex qed tikkopera, wara kitbet lil Kummissjoni biex toġġezzjona għal dan it-trattament, billi qalet illi d-dosposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma kienux applikabbli għaliha. Din saħqet li ma kien hemm l-ebda intenzjoni li tqarraq u argumentat illi l-kumpannija aġixxiet mill-aħjar li setgħet; dan ifisser illi anke jekk l-informazzjoni dwar il-listi ta' bejgħ domestiku u dak għall-esportazzjoni, listi ta' noti ta' kreditu, figuri ta' bejgħ lill-konsumaturi u l-prezz tal-produzzjoni, ma kienetx l-idejali, il-Kummissjoni kienet marbuta bl-obligu illi ma twarrabiex. Din ikkritikat ukoll lill-Kummissjoni talli ma kkunsidratx biżżejjed id-diffikultajiet ta' privatizazzjoni li din il-kumpannija esperjenzat u l-problemi speċjali tar-Repubblika Ċeka fil-proċess ta' transizzjoni tagħha għal status ta' "market economy". Fl-aħħarnett, din argumentat illi, billi l-kumpannija bidlet is-sidien f'April tal-1997 (wara li waqqfet tipproduċi x-xahar ta' qabel), ma kienitx se tkun ġusta li timponi sanzjonijiet lis-sidien ġodda. Ir-raġunijiet li wasslu lil Kummissjoni li tqies waħda mill-kumpanniji tar-Repubblika Ċeka li mhiex qed tikkopera ma' l-investigazzjoni huma stipulati fil-premessi 14 tar-Regolament proviżorju. Ta' min jiftakar illi l-listi mressqa lill-Kummissjoni fir-risposta tal-kumpannija għall-kwestjonarju nstab wara verifikazzjoni illi għandhom diversi mijiet ta' operazzjonijiet domestiċi u għall-esportazzjoni li qatt ma saru. Dan mhux talli fixkel bil-bosta imma fisser li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi b'ċertezza, jew il-valur normali jew il-prezz ta' l-esportazzjoni b'mod affidabli. Kienu x'kienu r-raġunijiet għal dan, (u f'dan l-istadju il-Kummissjoni tfakkar illi l-ispjegazzjoni li l-kumpannija tat oriġinarjament kienet totalment insodisfaċenti u kompletament differenti mill-ispjegazzjoni mressqa iktar tard bil-miktub), ma jistax jingħad illi kienet f'konformità ma' prinċipji ġenerali u aċċettabli ta' kontabilità. Fiċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tirrifjuta t-tweġiba u li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jekk xejn għaliex li kieku hi aġixxiet mod ieħor, kienet tkun qed tagħmel diskriminazzjoni kontra l-kumpanniji l-oħrajn, li jikkoperaw kompletament fl-investigazzjoni. Dwar il-fatt ta' tibdil ta' sidien, minħabba li dan ġara fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni, dan ma huwiex fattur li jista' jiġi kkunsidrat relevanti għal dan il-proċediment (ara l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku). (b) Valur normali (14) Wieħed mill-produtturi Ċeki staqsa l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni biex jiddetermina l-valur normali ta' grupp wieħed ta' prodotti (ara premessi (16) tar-Regolament proviżorju); u b'mod partikolari, dan ikklejmja li ma kien hemm xejn fir-Regolament bażiku illi ġġustifika l-mod kif il-kummissjoni kkalkulat il-valur normali fuq il-bażi tal-medja tal-bejgħ bi profit biss, minflok fuq bażi tal-medja tal-bejgħ kollu fil-grupp. L-istess produttur oġġezzjona għall-użu tal-Kummissjoni, kif waslet għall-valur normali ta' ċertu gruppi, ta' marġinu ta' profit milħuq fuq bejgħ domestiku bi profit fi gruppi ta' prodotti oħra. Din it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata, minħabba li din tmur kontra kemm ir-Regolament bażiku u l-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità. Dwar l-ewwel punt, fejn il-volum tal-bejgħ domestiku taħt il-prezz unitarju jirrapreżenta iktar minn 20 % tal-bejgħ, il-valur normali huwa bbażat fuq il-bejgħ bi profit biss, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dwar it-tieni punt, il-Kummissjoni aġixxiet skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku billi tapplika marġinu ta' profit fuq bejgħ (fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Produttur wieħed oġġezzjona wkoll għas-sostituzzjoni tal-bejgħ tiegħu stess, spejjeż ġenerali u amministrattivi (hawnhekk iktar ‘il quddiem riferuti bħala SG&A) ma dawk tal-kumpannija relatata tiegħu (ara premessi (16) tar-Regolament proviżorju) fuq il-bażi li spejjeż bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq "informazzjoni attwali" li tirrelata mal-produttur taħt investigazzjoni, skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dokumenti ta' kontabilità relevanti mressqa mill-produttur ma jsostnux b'suffiċjenza l-figuri mressqa fit-tweġiba tiegħu għal kwestjonarju. Wara li kien innotifikat bl-intenzjoni tal-Kummissjoni, il-kumpannija provdiet aktar spjegazzjonijiet u tabelli imma billi dawn jikkonstitwixxu f'informazzjoni addizzjonali li ma kinitx verifikata, l-informazzjoni ma setgħetx tiġi kkunsidrata. Iż-żewġ produtturi li kkoperaw staqsew dwar it-tneħħija mill-listi ta' transazzjoni ta' bejgħ wieħed lil ieħor fuq il-bażi li ma kienux relatati u li, anke li kieku kienu, il-Kummissjoni naqset milli turi li l-prezzijiet kienu affetwati mir-relazzjoni. Dan ma setax jiġi aċċettat. Minħabba li ż-żewġ kumpanniji għandhom shareholder komuni (ara premessi (22) tar-Regolament proviżorju u premessi (17) hawn taħt), huma relatati. Barra dan, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku jgħid ċar illi "prezzijiet bejn partijiet li jidhru li huma assoċjati (…) jistgħu ma jkunux ikkunsidrati li jkunu fil-korss ordinarju tal-kummerċ (…) sakemm ma jkunx determinat li huma mhumiex affetwati mir-relazzjoni." Minħabba li ma kienx stabbilit li dan kien il-każ, l-operazzjonijiet mistħarrġa ma reġgħux saru. L-ebda kummenti oħra ma ġew imressqa dwar il-valur normali u l-Kunsill u b'hekk dan jikkonferma t-tisjib kif stabbilit fir-Regolament proviżorju. (ċ) Prezz ta' l-esportazzjoni (15) L-ebda kummenti ma ġew imressqa li jikkonċernaw id-determinazzjoni fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni. Mhux hekk biss, imma dwar l-importatur relatat Awstrijak, sar aġġustamet żgħir fuq it-tnaqqis tal-marġinu ta' profit (ara premesi (18) tar-Regolament proviżorju) wara reviżjoni tal-marġini ta' profit milħuqa minn importaturi li ma għandhomx x'jaqsmu waqt il-kors ta' l-investigazzjoni. (d) Paragun (16) L-ebda kummenti ma ġew imressqa taħt dan it-titolu u li t-tisjib tal-Kummissjoni huma b'hekk ikkonfermati. (e) Marġinu ta' damping. (17) Il-kumpanniji li kkoperaw oġġezzjonaw għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-marġinu ta' damping fuq il-bażi ta' paragun tal-valuri normali bil-weighted average mal-prezzijiet individwali ta' l-esportazzjoni (milli l-"weighted average" tal-prezzijiet ta' esportazzjoni), bl-argument illi l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-interpretazzjoni tagħha tal-premessi (21) tar-Regolament proviżorju. F'dak ir-Regolament, il-Kummissjoni stqarret li l-interpretazzjoni tagħha kienet ġustifikata mill-ħtieġa li tirrifletti l-livell kollu ta' damping li qed jsir u minħabba li kien hemm patern ta' prezzijiet ta' esportazzjoni li kienu differenti sostanzjalment bejn Stati Membri bejn perjodi ta' żmien. Il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli tagħha u kkonkludiet li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet ta' esportazzjoni bejn il-pajjiżi ma weriex patern ċar. Madankollu, il-Kummisjoni tikkonferma t-tisjib tagħha li kien hemm patern ta' prezzijiet ta' esportazzjoni perjodi ta' żmien li wasslu għal żieda sostanzjali fid-damping (li jikkonstitwixxi patern ċar) wara l-iskadenza ta' restrizzjonijiet kwantitativi nhar il-31 ta' Diċembru 1995, u l-investigazzjoni addottata fir-Regolament proviżorju huwa b'hekk ikkonfermat. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittratta ż-żewġ produtturi li jikkoperaw bħala relatati, u l-istabbilizzazzjoni konsegwenti ta' marġinu wieħed ta' damping, kien oġġezzjonat ferm fuq il-bażi li ż-żewġ kumpanniji kienu mmexxija indipendentament wieħed mill-ieħor u li kellhom strutturi differenti ta' kost u pricing. Kien argumentat ukoll li x-shareholder b'maġġoranza (Il-fond tal-Propjeta) Nazzjonali aġixxew purament bħala trustee u ma kellu ebda influenza fuq il-ġestazzjoni kummerċjali tal-kumpanniji. Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li f'pajjiż fejn hemm ekonomija tas-suq hija d-deċiżjoni tal-majority shareholder li jiddeċiedi f'liema forma legali jorganizza l-interessi kummerċjali tiegħu fil-pajiż li qed jesporta. Il-kontroll tiegħu, jew kontroll potenzali, fuq dawn l-interessi huwa normalment l-istess jekk huma parti minn entità legali waħda jew li jekk huma organizzati f'entitajiet legali differenti. Iktar speċifiku, biex jistabilixxi marġini differenti ta' damping għal kumpanniji relatati ikun hemm riskju li esportazzjonijiet jistgħu ikunu channeled mill-kumpannija li għandha l-inqas marġinu ta' damping. Għal din ir-raġuni kien konkluż li produtturi differenti fil-pajjiż li qed jesporta għandhom fuq kollox jiġu trattati bħala entità waħda għal għanijiet ta' dan il-proċediment, fejn il-kontroll ta' dawk il-kumpanniji kollha qiegħed f'idejn l-istess shareholder. (18) Fuq il-bażi tat-tisjib proviżorju tal-Kummissjoni, deskritti f'premessi (14)-(23) tar-Regolament proviżorju, u wara li tikkonsidra l-aġġustament deskritt fi premessi (15) hawn fuq, il-marġini definittiv ta' damping espress bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet taċ-CIF free Community frontier stabbiliti għaż-żewġ kumpanniji li kkoperaw huma: – Nová Hut a.s. | 5,1 % | – Vítkovice a.s. | 5,1 % | Il-kalkoli tal-marġinu ta' residual damping kien rivedut. Minflok jittieħdu l-ogħla valuri normali kif kien deċiż għaż-żewġ produtturi Ċeki, il-weighted average tal-valuri normali kien użat fid-determinazzjoni aħħarija. Fuq din il-bażi, il-marġinu ta' residual damping espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet taċ-CIF Community frontier free stabbilit għaż-żewġ kumpanniji li qed jikkoperaw huwa issa 28,6 % 2. Rumanija (a) Valur normali (19) Kumpannija waħda kklejmjat li l-cost provisions inklużi fl-ispejjeż SG&A tal-kumpannija għandhom jiġu mneħħija minħabba l-fatt li unused provisions kienu kkanċellati fl-aħħar tas-sena. Fejn il-provisions kienu tabilħaqq ikkanċellati u li l-ebda spiża oħra ma bidlet dawn il-provisions, u minn kemm jidher ċar minn informazzjoni misjuba fir-rispons tal-kwestjonarju jew provduta waqt verifikazzjoni on-spot li l-provisions ma kienux jirrapreżentaw l-ispiża rejali, il-kalkoli ta' l-ispejjeż SG&A kienu aġġustati. Kumpannija waħda kklejmjat li l-ispiża tal-produzzjoni għandha tkun aġġustata biex tirrifletti l-assenza ta' prezzijiet tal-bejgħ, prinċipalment għal pakkeġġ, li seħħew minħabba bejgħ li sar fis-suq domestiku. Kien argumentat li dwar dawn il-prezzijiet ta' bejgħ, inklużi fil-kalkoli tal-valur normali mill-Kummissjoni, il-kumpannija kienet fil-fatt rimborsata mix-xerrejja tagħha. Il-Kummissjoni aċċettat dan u għamlet reviżjoni xierqa tal-kalkoli ta' l-ispiża tal-produzzjoni ta' din il-kumpannija. Kumpannija waħda kklejmjat li meta l-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur normali, għandha tuża l-bejgħ kollu inkluż dak li ma jsirx fil-kors ordinarju tal-kummerċ, i.e. bejgħ li jsir b'telf. Il-Kummissjoni, fir-rigward ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, kkunsidrat li l-bejgħ li sar b'telf għandu jiġi mnaqqas mill-istabbilizzazzjoni tal-valur normali fejn dan il-bejgħ jikkonstitwixxi iktar minn 20 % tal-bejgħ domestiku kollu. Għaldaqstant, il-klejm minn din il-kumpannija ma setgħetx tiġi aċċettata, skond it-termini tar-Regolament bażiku u l-prattika konsisitenti ta' l-istituzzjonijiet fl-istabbilizzazzjoni tal-valur normali. Żewġ kumpanniji argumentaw illi sabiex tirrispetta l-Ftehim ta' l-Ewropa, il-Kummissjoni għandha, waqt li tistabbilixxi l-valuri normali, dejjem tagħżel il-metodu l-iktar vantaġġjuż għall-kumpanniji, skond l-Artikolu 34(2) tal-Ftehim. Dan l-argument kien rifjutat, fuq il-bażi li l-Artikolu 34(2) tal-Ftehim jirreferi biss għall-għażla ta' miżuri li se jiġu imposti mill-Kummissjoni la darba d-damping, inġurja, każwalità u l-interess tal-Komunità jiġu stabbiliti, u mhux għal kalkulazzjoni attwali tal-metodoliġiji wżati fid-determinazzjoni. Kumpannija waħda kklejmjat fi stadju avanzat tal-proċediment (waqt is-smiegħ tal-kummenti fuq kif proviżorju) li l-bejgħ minn stokk għandu jiġi eskluż mill-kalkulazzjoni tal-valur normali bħala li ma jipposediex ċertifikati ta' kwalità u għaldaqstant li ma jikkonstitwiex prodott simili, u li l-bejgħ kollu li sar b'kumpens bħala mezz ta' pagament għandu l-istess jiġi eskluż bħala li mhuwiex fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Dawn il-klejms ma sarux fi żmien opportun, minħabba li ma sarux la bħala risposta għall-kwestjonarju, lanqas on-the-spot u lanqas fi stadju ieħor tal-proċediment meta l-kumpannija kienet mistiedna tagħmel il-kummenti. Mill-ebda dokument mressaq mill-kumpannija, il-Kummissjoni ma setgħet tagħmel differenza bejn bejgħ li sar minn stokk jew mod ieħor, jew bejn bejgħ li sar bi jew mingħajr ċertifikati ta' kwalità. Barra dan, waqt il-kors ta' l-investigazzjoni, instab li l-bejgħ li sar bħala kumpens sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ. B'hekk iż-żewġ klejms ġew miċħuda. L-ebda kummenti oħra ma ġew imressqa. Meta tikkonsidra t-tibdil riferut hawn fuq, it-tisjib dwar il-valur normali kif muri fir-Regolament proviżorju huwa kkonfermat. (b) Il-prezz ta' esportazzjoni (20) L-ebda tibdil ma sar lil metodoloġija wżata biex tikkalkula prezzijiet ta' l-esportazzjoni. It-tisjib dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni kif muri fir-Rgolament proviżorju huwa b'hekk ikkonfermat. (ċ) Paragun (21) Għat-tisjib proviżorju, il-Kummissjoni ċaħdet talba li saret minn żewġ kumpanniji Rumeni għall-aġġustament lil valur normali għall-termini ta' kreditu. Iż-żewġ kumpanniji tennew it-talba tagħhom. Madankollu, kien stabbilit li waqt l-investigazzjoni, fil-maġġoranza tal-każi fir-Ruamnija, l-ebda flus attwalment bidlu l-idejn fis-sistemazzjoni ta' l-operazzjonijiet. Fil-fatt, il-ħlas kien ġeneralment effetwat b'kumpens, li jikkonsisti jew bħala negozju bi tpartit jew l-iskambju ta' trade bills. L-Artikolu 2 (10) (g) tar-Regolament bażiku jispeċifika li għandu jsir aġġustament għall-kreditu, jekk kemm-il darba dan huwa fattur meħud in konsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-prezzijiet miżmuma. Barra minn hekk l-investigazzjoni wriet li spejjes ta' dan it-tip ma kienux fattur ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-prezzijiet miżmuma. Fil-fatt, fejn il-kumpens kien mezz ta' pagament, l-ebda flus ma bidlu l-idejn u għaldaqstant ma kienx hemm impatt fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanniji. Barra dan, l-investigazzjoni wriet li għal kull mezz ta' pagament, normalment ma kienx hemm rispett lejn id-dati ta' sistemazzjoni. Il-klejms għal aġġustament ta' kreditu kienu għaldaqstant miċħuda għal darb'oħra. Kumpannija waħda kklejmjat li għal bejgħ ta' esportazzjoni li sar lil ċertu konsumaturi fil-Komunità, l-ebda kommissjoni ma tħallset u li ma għandux isir l-ebda aġġustament għall-prezzijiet ta' esportazzjoni li saru lil dawk il-konsumaturi. B'hekk il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli tagħha. Kumpannija waħda kklejmjat aġġustament fuq il-valur normali għal differenzi fil-livell ta' kummerċ. Fir-realtà ma saret l-ebda klejm fl-istadju ta' l-investigazzjoni qabel ma saru il-kummenti tal-kumpannija fuq it-tisjib proviżorju tal-Kummissjoni, b'hekk ma setgħetx tiġi kkunsidrata valida. Barra dan, il-klejm ma kienetx sustanzjata minn evidenza u kienet tikkontradixxi l-informazzjoni li l-kumpannija rrapurtat fir-risposta tagħha għal kwestjonarju u li tat waqt il-verifikazzjoni on-the-spot. L-ebda kummenti ma ġew imressqa dwar il-paragun. It-tisjib proviżorju huwa b'hekk ikkonfermat. (d) Marġinu ta' damping (22) Kumpannijia waħda kklejmjat li l-kalkoli tal-marġinu tad-damping ma għandux isir fuq il-bażi ta' paragun tal-valuri normali bil-weighted average mal-prezz aġġustat ta' l-esportazzjoni ta' kull grupp ekwivalenti fuq bażi ta' operazzjoni ma operazzjoni, imma fuq il-bażi ta' weighted average ma' weighted average. Din il-klejm kienet miċħuda wara li l-metodoloġija wżata għall-kumpanniji Rumeni kollha kienet rikunsidrata u nstab li: - għal kumpannija waħda, ma kien hemm l-ebda differenza fil-marġinu ta' damping bejn iż-żewġ metodi minħabba operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni saru kollha taħt il-prezz; - għal tliet kumpanniji, instab patern ta' prezzijiet għal esportazzjoni li huwa differenti sostanzjalment minn destiinazzjoni u perjodu ta' żmien. Minħabba dan ta' hawn fuq u skond l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku, il-metodu li jqabbel il-weighted average tal-valur normali mal-perjodu ta' żmien lil prezzijiet ta' esportazzjoni aġġustati individwalment fuq il-bażi ta' operazzjoni ma operazzjoni kien miżmum għal għanijiet ta' determinazzjoni definitiva. Il-produtturi/esportaturi Rumeni kollha li qed jikkoperaw ikkontestaw il-fatt li l-Kummissjoni kellha – fuq il-baċi ta' majority shareholding komuni – timponi marġinu waħdieni ta' damping, u b'hekk huma kklejmjaw trattament individwali. Għar-raġunijiet stipulati fi premessi (17), din it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata. Żewġ kumpanniji argumentaw li l-Kummissjoni kellha turihom l-elementi kollha tal-kalkoli tad-damping għal kumpanniji kollha, minħabba li dawn kienu wżati biex jistabbilixxu l-marġinu globali tad-damping; jekk tonqos li tagħmel dan, il-Kummissjoni tkun qed tikser id-dritijiet tagħhom ta' difiża. Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, spjegat fid-dettal lil kull kumpannija, illi l-fatti essenzali u l-kunsiderazzjonijiet fuq xiex hi tkun ikkalkulat il-marġinu ta' damping ta' dik il-kumpannija individwali u barra minn dan għandha tispjega l-metodoloġija wżata biex tistabbilixxi l-marġinu ta' damping singulari. Minħabba li l-kumpanniji kollha għandhom l-istess majority shareholder, dawn jistgħu faċilment jiskambjaw l-informazzjoni kollha permezz ta' dak il-common shareholder u b'hekk jeżerċitaw kompletament id-drittijiet tagħhom ta' difiża. L-ebda kummenti ma ġew imressqa. It-tisjib kif muri fir-Regolament proviżorju huwa b'hekk ikkonfermat. (23) Il-weighted average tal-marġini ta' damping stabbiliti fiż-żgur għal erba' produtturi li qed jikkoperaw u li huwa espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet CIF free Community frontier, huwa: – SCArtromSA: | 9,8 % | – SCPetrotubSA: | 9,8 % | – SCRepublica SA rade Company: | 9,8 % | – SCSilcotubSA: | 9,8 % | Il-marġinu ta' damping residwu espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet CIF free Community frontier jibqa' mhux mibdul bħala 38,2 % 3. Slovak Republic…Repubblika ta' l-Islovakkja (a) Valur normali (24) Il-produttur Slovakk staqsa dwar il-metodoloġija mħaddma mill-Kummissjoni biex tiddetermina il-valur normali għaż-żewġ gruppi ta' prodott (ara premessi (31) tar-Regolament proviżorju); b'mod partikolari, dan ikklejmja illi l-Kummissjoni ma ħadmitx il-valur normali tajjeb fuq il-bażi tal-medja tal-bejgħ bi qliegħ biss, u li missa ħadet il-medja tal-bejgħ kollu tal-gruppi minnflok. Ir-raġuni li tat kienet li l-gruppi kienu ġeneralment profitabbli u għaldaqstant l-ispejjeż kollha kienu miġbura waqt il-perjodu ta' investigazzjoni fuq il-bażi weighted average. Barra dan, kien argumentat, illi meta tqis l-Artikolu 34(2) tal-Ftehim ta' l-Ewropa, il-Kummissjoni kien imissa wżat id-deskrizzjoni tagħha biex tadotta metodu li jfixkel l-inqas l-iffunzjonar ta' (dak) il-Ftehim. Dawn iż-żewġ argumenti kienu t-tnejn miċħuda għall-istess reġunijiet li inagħataw f'premessi (19) hawn fuq L-ebda kummenti dwar il-valur normali ma ġew imressqa u t-tisjib tal-Kummissjoni kif muri fir-Regolament proviżorju huwa b'hekk ikkonfermat. (b) Prezz ta' l-esportazzjoni (25) Il-kumpannija oġġezzjonat li l-mod kif il-Kummissjoni waslet għall-prezz ta' esportazzjoni (ara premessi (32) tar-Regolament proviżorju), u b'mod partikolari għad-deċiżjoni tagħha li tnaqqas marġinu ta' profit ta' 4 % mill-prezziiet miżmuma mis-sussidjarja Taljana tagħha. Hi argumentat li dan il-marġinu kien eċċessiv u li l-Kummissjoni kien imissa wżat il-figuri tal-Kumpannija Taljana stess. Hi kklejmjat ukoll li l-Kummissjoni ma interpretatx sew il-figuri SG&A mressqa mill-kumpannija, u li l-effet ta' dan kien li jiżdied ir-rata ta' l-ispejjeż SG & A u konsegwentament il-marġinu ta' damping ukoll. Hi ssuġeriet ukoll illi mod iktar korrett kif tittratta dan is-suġġett kien illi tikkonsolida l-ispejjez SG&A taż-żewġ kumpanniji u tapplika rata waħda. Il-Kummissjoni bbażat il-marġinu ta' 4 % fuq il-medja ta' marġini ta' profit milħuqa minn erba' importaturi mhux relatati mniżżla f'premessi (6) (c) tar-Regolament proviżorju. Madankollu, din rrevediet il-figuri tagħha u kkonkludiet illi, għal għanijiet tad-determinazzjoni definittiva, figura aġġustata ta' 3,8 % għandha tiġi applikata. Għalkemm kien oġġezzjonat il-fatt li tnejn mill-erba' importaturi kienu jirreletaw ma produtturi tal-komunità, il-Kummissjoni kienet sodisfatta illi l-marġini ta' profit magħmula għal dawn il-kumpanniji jirriflettu l-profit fuq il-bejgħ tagħhom lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Dwar ir-rata SG&A, il-Kummissjoni rrevediet il-figuri u kkonkludiet illi mhux biss li l-ispejjeż ntqal li kienu iktar milli fil-verità, imma wkoll li kien ikun iktar xieraq li tikkonsolida l-figuri tal-kumapniji ta' kummerċ Żvediżi u Taljani, minħabba li dawn kellhom relazzjoni simili ma' l-esportatur Slovakk u operaw ħafna drabi mill-istess bini. Għaldaqstant ġiet applikata rata golbali ta' SG&A. (ċ) Paragun (26) Il-kumpannija kienet ikklejmjat xi distribution channel allowance li l-Kummisjoni, qalet, naqset li tieħdu in kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni proviżorja tagħha. Hi argumentat li din l-allowance kienet ġustifikata sabiex tirrifletti l-fatt li l-kumpannija biegħet direttament lil grossisti fuq suq domestiku tagħha billi hi biegħet lil kumapniji Taljani u Żvediżi relatati magħha fis-suq tal-Komunità; hi argumentat ukoll li l-allowance kienet neċessarja biex tiżgura paragun xieraq ma kif intlaħaq il-prezz ta' bejgħ għal esportazzjoni. Din il-klejm hi koperta taħt l-allowance ta' l-iskonti u kwantitajiet li diġa' inagħataw lil kumpannija. L-Artikolu 2 (10) tar-Regolament bażiku jgħid li kull duplikazzjoni għandha tiġi evitata meta jsiru l-aġġustamenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' skonti, ribassi, kwantitajiet u livell ta' kummerċ. Minħabba li l-valur normali kien diġà aġġustat l-isfel biex jirrifletti l-fatt li l-bejgħ fil-Komunità sar maġġorment lill-konsumaturi kbar, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex tingħata allowance oħra. L-ebda kummenti ma ġew imressqa, u t-tisjib tal-Komunità huwa b'hekk ikkonfermat. (d) Marġinu ta' damping (27) Il-kumpannija oġġezzjonat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabilixxi l-marġini ta' damping fuq il-bażi ta' paragun tal-valuri normali aġġustati b'weighted average ma' prezzijiet ta' esportazzjoni aġġustati individwalment (milli prezzijiet ta' esportazzjoni maħduma bil-weighted average), bl-argument li l-Kummisjoni naqset li tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għal metodu tagħha f'premessi (34) tar-Regolament proviżorju. Filwaqt li l-kummissjoni toqgħod fuq ir-raġunament tagħha kif stipulat fl-imsemmi premessi (34), il-modifiki li għamlet sa issa lil figuri wżati biex tikkalkula l-marġinu ta' damping irriżultaw f'differenza bejn iż-żewġ metodi li m'humiex iktar ta' daqshekk importanza biex tiġġustifika l-metodu oriġinali. Hi b'hekk iddeċidiet, għal għanijiet tad-determinazzjoni definittiva, li terġa lura għal metodu li tqabbel il-valur normali bil-weighted average mal-prezz ta' esportazzjoni bil-weighted average. Għaldaqstant it-tisjib proviżorju kien emendat. (28) Fuq il-bażi tat-tisjib proviżorju ta' qabel, kif deskritt f'premessi (31)-(35) tar-Regolament proviżorju, u meta tieħu in kunsiderazzjoni t-tibdil riferut ‘il fuq, il-marġinu ta' damping espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonni CIF free Community frontier stabbilit għal produttur li jikkopera huwa: –Železiarne Podbrezováa.s.: | 7,5 % | Il-marġinu ta' damping residwu hu magħmul ta' l-istess livell 4. Russja (a) Koperazzjoni (29) Ħamsa mis-sitt kumpanniji Russi kitbu lil Kummisjoni biex joġġezzjonaw għad-deċiżjoni tagħha li tittrathom bħala li mhux qed jikkoperaw. Ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni huma stipulati fi premessi (36) tar-Regolament proviżorju. Il-kumpanniji argumentaw illi, minkejja xi defiċjenzi li seta' kellhom t-tweġibiet, huma nfushom kienu lesti li jikkoperaw ma' l-investigazzjoni u kienu lesti li jissuplixxu xi informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni seta' kellha bżonn. Ċertu kumpanniji talbu trattament individwali, jew offrew li li jissotoskrivu għal xi intrapriża individwali, jew mistoqsija għal vantaġġi komparativi tagħhom biex jittieħdu in kunsiderazzjoni. Il-kummissjoni, iżda, tibqa ta' l-ideja li, billi naqsu li jipprovdu informazzjoni li hi eżatta, kompleta, u fil-forma mitluba, il-kumpanniji Russi tilfu d-dritt tagħhom li jkunu ikkunsidrati bħala partijiet li qed jikkoperaw fl-investigazzjoni. Għalkemm m'huwiex diskuss li xi risposti kienu iktar fid-dettal minn oħrajn, kienu kollha nieqsa minn ħaġa, l-iktar importanti r-rispett: huma ma ħallewx lil Kummissjoni tasal għal determinazzjoni eżatta jew tal-valur normali jew tal-prezz ta' l-esportazzjoni minħabba il-metodu ta' kif prodotti u operazzjonijiet individwali kienu grupjati flimkien. Xi kumpanniji ssotomettew iktar informazzjoni wara li l-Kummissjoni infurmathom bid-deċiżjoni tagħha sabiex tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u xi wħud komplew jissotomettu informazzjoni ġdida jew irranġata anke wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju. Il-fatt jibqa, imma, illi l-informazzjoni fil-pussess tal-Kummissjoni fil-ħin meta skada ż-żmien biex jiġu ssotometti r-risposti kien insuffiċjenti dwar is-sitt kumpanniji kollha. Kien ikun diskriminitarju lejn il-partijiet interessati oħra li qed jikkoperaw fl-investigazzjoni li kieku l-informazzjoni ġiet meħuda in kunsiderazzjoni anke jekk din ġiet mressqa ġranet, ġimgħat u kif ukoll xhur wara li jkun għalaq iż-żmien li fih din kellha tingħata. It-tisjib tal-Kummissjoni huwa b'hekk ikkonfermat. (b) Marġinu ta' damping (30) Il-Kummissjoni reġgħet ikkalkulat il-marġinu ta' damping Russu billi wżat l-istess valuri normali kif kienu wżati fir-reviżjoni tal-marġinu residwu Ċek (ara premessi (18)). Fuq din il-bażi marġinu ta' damping espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet CIF free Community frontier ta' 26,8 % kien stabbilit. REVIŻŻJONI TA' L-INVESTIGAZZJONI 1. Ġenerali (31) Il-produtturi/esportaturi fil-Polonja u l-Ungerija naqsu li jipprovdu informazzjoni dettaljata fuq prodotti individwali kif mitlub mill-Kummissjoni fit-tabella tad-deskrizzjoni tal-prodott inkluża fil-kwestjonarju li ntbgħat, imma ippreżentawha maqsuma fi gruppi ta' prodott, li tkopri range ta' prodotti, klassifikati flimkien b'riferenza għal ċertu kriteri, per eżempju l-ħxuna tal-ħajt. F'xi każi, għaldaqstant, il-gruppi kienu jikkontjenu prodotti klassiffikati taħt Kodiċi NM differenti. Għal din ir-raġuni u minħabba l-impossibilità li tinġabar informazzjoni iktar dettaljata on-the-spot, il-Kummissjoni setgħet biss tagħmel il-kalkoli tagħha fuq gruppi ta' prodott, mill fuq prodotti individwali. 2. L-Ungerija (a) Valur Normali (32) Waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, l-uniku produttur/esportatur Ungeriż biegħ erba' gruppi ta' prodott fil-Komunità Ewropea. Gruppi 1, 2 u 3 kienu jaqgħu kompletament taħt Kodiċi NM 73043991, filwaqt li grupp 4 inkluda taħlita ta' mudelli li jaqgħu parzjalment taħt Kodiċi NM 73043991, u parti taħt Kodiċi NM 73043993. L-informazzjoni teknika provduta u vverifikata ma kienitx dettaljata biżżejjed biex il-Kummissjoni taqsam il-grupp ta' prodott 4 f'żewġ Kodiċi NM. Meta tikkonsidra l-istatistiċi ta' l-Eurostat dan wera konsiderevolment kwantitajiet imputati li jaqgħu taħt Kodiċi NM 73043993 għal perjodu ta' investigazzjoni, u li produttur/esportatur Ungeriż wieħed biss kien biegħ il-prodott ikkonċernat lill-Komunità waqt l-istess perjodu, il-Kummissjoni kkunsidrat il-grupp ta' prodott 4 bħala li jaqa' kompletament taħt Kodiċi NM 73043993. Instab on-the-spot illi l-figuri dettaljati ta' l-esportazzjoni pprovduti mill-kumpannija ma kienx ta' min joqgħod fuqhom hekk kif konsumatur wieħed fil-Komunità, li jammonta għal 7 % tal-bejgħ rapurtat lill-Komunità tal-prodott konċernat, ma ġewx imdaħħla u li l-fajl fil-kompjuter ta' l-operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni instab ukoll li ma kienx korrett f'materji oħra, defiċjenza li l-kumpannija ma setgħetx tirranġa. It-test globali ta' rappreżentanza ta' 5 % imbagħad sar billi tqabblu l-kwantitajiet mibjugħa domestikament ma' statisticċi ta' importazzjoni ta' l-Eurostat mill-Ungerija, li l-Kummissjoni għażlet bħala sors indipendenti ta' informazzjoni, skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi kien determinat li fil-każijiet kollha l-bejgħ domestiku seta' ġie ikkunsidrat bħala li jirrapreżenta l-istabbilizzazzjoni tal-valur normali, kemm globalment kif ukoll bħala livell ta' grupp ta' prodott, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Għal kull wieħed mill-erba' gruppi msemmija il fuq, kien imbagħad determinat jekk il-bejgħ domestiku seta' jiġi ikkunsidrat bħala li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ. Għal gruppi 2 u 3, bejgħ bi qliegħ kien jikkonstitwixxi inqas minn 10 % tal-bejgħ domestiku fuq dawn il-gruppi ta' prodott. Għaldaqstant, għal dawn il-gruppi, il-valur normali kellu jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Dan sar fuq il-bażi ta' l-ispiża tal-manifattura plus ammont għall-ispejjeż SG&A u l-profit. Għal dan il-għan, l-informazzjoni attwali tal-produttur/esportatur li għandha x'taqsam mal-produzzjoni u bejgħ fil-kors ordinarju tal-kummerċ, kienu ikkunsidrati. Minn gruppi 1 u 4 kienu konċernati, bejn 10 % u 80 % tal-bejgħ domestiku kien bi qliegħ. Għaldaqstant, għal dawn iż-żewġ gruppi, il-valuri normali kienu stabbiliti fuq il-bażi ta' bejgħ bi qliegħ biss, skond l-Atikolu 2 (4) tar-Regolament bażiku. Minħabba li l-erba' gruppi ta' prodott definiti mill-kumpannija kkorispondew għal Kodiċi NM 73043991 u 73043993, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddetermina valur normali wieħed kull Kodiċi NM. Minħabba li l-listi ta' operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni instabet li ma kienx ta' min joqgħod fuqha u ma segħetx tintuża bħala bażi biex jintiżnu l-ewwel tlett gruppi ta' prodott, kien impossibli li tiddetermina il-weighted average tal-valuri normali li sar għat-tlett gruppi. Għaldaqstant, l-average aritmetiku tal-valuri normali kkalkulati għat-tlett gruppi ta' prodott korrispondenti kien ikkunsidrat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għal Kodiċi NM 73043991. Kif spjegat il fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat il-Kodiċi NM 73043993 bħala li jikkorispondi mal-grupp ta' prodott 4. B'hekk, il-valur normali għal Kodiċi NM 73043993 kien dak determinat għal grupp ta' prodott 4. (b) Prezz ta' esportazzjoni (33) Kif spjegat fil-premessi ta' qabel, waqt iż-żjara ta' verifikazzjoni fil-bini ta' l-esportatur Ungeriż uniku konċernat, beda jidher li l-informazzjoni sottomessa fir-risposta tal-kwestjonarju dwar l-esportazzjonijiet ntwerew diverġenzi sostanzjali mir-rekords interni tal-kumpannija. Wara l-visita ta' verifikazzjoni, il-kumpannija kienet infurmata bil-miktub illi, minħabba l-anomaliji sostanzjali li nstabu on-the-spot u l-impossibilità li jiġu stabbiliti kif suppost il-figuri rejali ta' l-esportazzjoni., kien impossibli li tintuża l-informazzjoni sottomessa għad-determinazzjoni tal-prezz ta' l-esportazzjoni lill-Komunità u li t-tisjib li jikkoċerna l-prezz ta' l-esportazzjoni se jkollu jkun ibbażat fuq il-fatti li hemm skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fl-istess żmien il-kumpannija kienet ingħatat l-opportunità li tressaq kummenti. F'dak l-istadju, fajl kompletament ġdid ġie sottomess, li kien allegatament il-verżjoni korretta tal-listi ta' operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni. Dan il-fajl kien miċħud mill-Kummissjoni, minħabba li l-informazzjoni ġdida ma setgħetx tiġi verifikata. Sabiex tistabbilixxi l-prezzijiet ta' l-esportazzjzoni Ungeriżi, il-Kummissjoni għażlet bħala sors ta' informazzjoni l-istatistika offiċjali ta' importazzjonijiet ippublikata mill-Eurostat, skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku. Iżda, il-kwantitajiet biss irrapurtati hemmhekk għaż-żewġ Kodiċi NM li kienu esportati minn dan il-produttur lill-Komunità Ewropea ttiteħdu in kunsiderazzjoni. (ċ) Paragun (34) Għall-għanijiet ta' paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni ex-works, saret allowance dovuta fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li kienu kklejmjati u murija li jaffetwaw il-possibiltà li tqabbel il-prezz. L-aġġustamenti saru, skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament bażiku, dwar transport, insurance, handling u spejjes anċillari u spejjes ta' kreditu. Mill-lat ta' talbiet għal aġġustamenti għal - Piżijiet ta' l-imporatzzjoni u taxxi indiretti, - Skonti, ribassi u kwantitajiet, - Livell ta' kummerċ, - Tibdil tal-munita. huma konċernati, dan li ġej għandu jkun magħruf: Piżijiet ta' l-importazzjoni u taxxi indiretti Il-kumpannija kklejmjat allowance ta' 8 % għal dazji doganali extra mħallsa fuq materja prima impurtata, skond l-Artikolu 2 (10) (b) tar-Regolament bażiku. Iżda, waqt il-verifikazzjoni on-the-spot, l-uffiċjali tal-Kummissjoni sabu li l-ebda dazji ma ġew rifużi fuq il-prodotti esportati. Għaldaqstant, il-klejm kienet ikkunsidrata bla bażi. Skonti, ribassi u kwantitajiet Il-kumpannija tablet aġġustament ta' 4 % għad-differenzi f'volumi mixtrija minn konsumaturi domestiċi u mill-Komunità skond l-Artikolu 2 (10) (c) tar-Regolament bażiku, billi qed tikklejmja li prezzijiet baxxi kienu mħallsa għal ordnijiet ikbar. Minħabba li l-ebda evidenza ma ngħatatx biex tissostanzja din il-klejm, din kienet miċħuda. Livell ta' kummerċ Il-kumpannija kklejmjat allowance ta' 12 % għad-differenzi fil-kanali ta' distribuzzjoni bejn il-Komunità u s-swieq domestiċi skond l-Artikolu 2 (10) (d) tar-Regolament bażiku. Kien allegat li l-konsumaturi kollha tal-Komunità kienu kummerċjanti indipendenti, filwaq li 49 % tal-konsumaturi domestiċi kienu end-users. Din il-figura, rrapurtata fit-tabella tiddeskrivi l-kanali ta' distribuzzjoni fis-sezzjoni ta' bejgħ domestiku tal-kwestjonarju, ma kienetx konsistenti ma' l-informazzjoni mdaħħla fil-lista ta' konsumaturi domestiċi fejn il-konsumaturi domestiċi kienu mniżżla bħala "kummerċjanti indipendenti", sitwazzjoni ekwivalenti li tiddomina fis-suq tal-Komunità. L-esportatur ikklejmja li din l-inkonsistenza saret minħabba xi żball fil-lingwa'. Huwa irrelavanti jekk kienx jew le "żball tal-lingwa" minħabba li barra din l-inkonsistenza fir-risposta tal-kumpannija, l-uffiċjali tal-Kummissjoni sabu wkoll li l-prezzijiet domestiċi applikati mill-kumpannija kienu suġġetti għall-istess politika ta' prezzijiet/lista ta' prezzijiet, bla ebda każ lit-tip ta' konsumatur. Għaldaqstant, din il-klejm ma setgħetx tittieħed investigazzjoni kunsiderazzjoni. Konverżjoni tal-munita Minn kemm hi konċernata l-konverżjoni tal-prezz ta' esportazzjoni, l-esporatatur argumenta li r-rati tal-kambju mensili kellhom jiġu wżati iktar milli r-rata annwali. Iżda, għandu jiġi mfakkar illi d-determinazzjoni tal-prezz ta' esportazzjoni kien bbażat fuq informazzjoni ta' l-Eurostat minħabba li l-lista operazzjoni-ma'-operazzjoni ma ġietx mressqa mill-esportatur u ma setgħetx tiġi wżata. Minħabba li l-informazzjoni ta' l-Eurostat ma tiffokax fuq id-data tal-bejgħ, imma fuq id-data tad-dikjarazzjoni fid-dwana mill-importatur, l-użu ta' informazzjoni mensili ma kienetx se tirrifletti tajjeb it-termini tal-bejgħ. Il-klejm li saret mill-esportatur ma setgħetx għaldaqstant tiġi aċċettata. (d) Il-marġinu tad-damping (35) Il-paragun, fuq il-bażi tal-Kodiċi NM, tal-valuri normali bil-weighted average u prezzijiet tal-esportazzjoni bil-weighted average, wera l-eżistenza tad-damping, il-marġinu tad-damping jikkorispondu ma' l-ammont minn kemm il-valur normali jaqbeż il-prezz ta' l-esportazzjoni. Espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet CIF free at Community frontier, il-marġinu ta' damping għal uniku produttur/esportatur Ungeriż huwa: –CsepelTubesCo.Ltd: | 36,5 %. | Minħabba li l-uniku produttur magħruf kien risponsabbli għall-esportazzjonijiet Ungeriżi kważi kollha tal-prodott kkonċernat lill-Komunità, il-marġinu ta' damping residwu kien stipulat għall-istess livell. 3. Polonja (a) Koperazzjoni (36) Risposti għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni kienu irċevuti min sitt kumpanniji, tlieta minnhom (sottomessi minn żewġ produtturi/esportaturi u kumpannija waħda ta' kummerċ relatata) kienu ġġudikati bħala insuffiċjenti. Kien għalhekk konkluż li dawn it-tliet kumpanniji naqsu li jipprovdu, fiż-żmien stipulat, l-informazzjoni meħtieġa fl-investigazzjoni u l-kumpanniji kienu infurmati dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u li tibbaża t-tisjib tagħha fuq il-fatti a dispożizzjoni. It-tliet kumapniji l-oħra, li r-risposti tagħhom kienu kkunsidrati suffiċjenti (żewġ produtturi/esportaturi u kumpannija waħda ta' kummerċ relatata ma' produttur/esportatur), kienu iktar tard ikkunsidrati verifikati on-the-spot. Miż-żewġ produtturi/esportaturi, wieħed irrifjuta, iżda, li jipprovdi lill-uffiċjali tal-Kummissjoni b'kopji tad-dokumenti bażiċi bħal bejgħ domestiku, listi tal-konsumaturi u prezzijiet, l-invoices oriġinali tal-bejgħ domestiku, u l-lista tal-konsumaturi ta' l-esportazzjoni li jikkorispondu mal-kodiċi fil-listi tagħhom ta' bejgħ ta' l-esportazzjoni. Il-verifikazzjoni wriet ukoll illi l-kumpannija naqset li tirraporta l-bejgħ tagħha lill-Komunità fir–risposta tagħha waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni effetwati permezz ta' kumpannija relatata. Minħabba dawn id-defiċjenzi u l-impossibilità li tivverifika partijiet essenzali ta' l-informazzjoni pprovduta mill-kumpannija, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-informazzjoni sottomessa għad-determinazzjoni tal-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni lill-Komunità. B'hekk, il-kumpannija kienet iktar tard infurmata illi, bħala riżultat tan-nuqqas ta' koperazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kienet se tibbaża t-tisjib tagħha fuq il-fatti a dispożizzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. (b) Il-valur normali Partijiet koperaturi (37) Kif imsemmi f'premessi (36), produttur/esportatur Pollakk wieħed biss u kumpannija tal-kummerċ Pollakka setgħu jiġu kkunsidrati bħala partijiet koperaturi fir-reviżjoni preżenti ta' l-investigazzjoni. Minħabba li kalkulazzjoni ta' damping individwali ma tfisser xejn fil-każ ta' kumpannija tal-kummerċ, kien stabbilit valur normali wieħed għal produttur/esportatur wieħed koperatur. Waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-produttur/esportatur wieħed koperatur biegħ sitt gruppi ta' prodott kemm fis-suq domestiku u fil-Komunità. It-test globali ta' rappreżentanza wera illi, fl-istess żmien, il-kwantità totali tal-prodott konċernat mibjugħ domestikament kien ikbar id-doppju mill-kwantità esportata lill-Komunità. It-test ta' 5 % kien imbagħad sar fuq il-bażi ta' grupp ta' prodott, minn xiex irriżulta li s-sitt gruppi ta' prodott kienu mibjugħha fi kwantitajiet suffiċjenti fis-suq domestiku, u li b'hekk seta jiġi kkunsidrat bħala rappreżentattiv għad-determinazzjoni tal-valur normali, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-test ta' profitabilità wera li mis-sitt gruppi ta' prodott, il-prezzijiet domestiċi mħallsa fil-kors ordinarju tal-kummerċ seta jintuża bħala bażi għall-valur normali għal ħamsa minnhom, skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Il-grupp ta' prodott li jibqa' kellu bejgħ profitabbli insuffiċjenti u l-valur normali ntagħmel fuq il-bażi ta' l-ispiża tal-manifattura plus ammont għall-ispejjeż SG&A u l-profit, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstantħal dan il-għan, l-inofrmazzjoni attwali tal-produttur/esportatur li tippartjeni għall-produzzjoni u bejgħ ta' l-istess prodott fis-suq domestiku u fil-kors ordinarju tal-kummerċ ittieħdu in kunsiderazzjoni. Partijiet mhux koperaturi Għal erba' partijiet mhux koperaturi, skond l-Artikolu 18(6) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat fuq il-bażi tal-grupp ta' prodott tal-produttur koperatur li kkorisponda għall-ogħla valur normali, minħabba li kull għażla oħra kienet tirriżulta f'nuqqas ta' koperazzjoni. Iżda, dan kien mitigat mill-fatt li l-prodotti kollha mibjugħa mill-produttur koperatur fis-suq domestiku tiegħu jippartjeni għall-gruppi ta' prodott ikbar koperti minn din l-investigazzjoni, li huma relativament irħas mill-gruppi ta' prodott iżgħar, esportati esklussivament mill-partijiet mhux koperaturi. (ċ) Prezz ta' l-esportazzjoni Partijiet koperaturi (38) Waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-produttur koperatur biegħ il-prodott konċernat fil-Komunità kemm direttament u kif ukoll permezz ta' intermedjarja Pollakka relatata. Il-prezz ta' l-esportazzjoni kien determinat billi tieħu in kusiderazzjoni l-operazzjonijiet diretti kif ukoll l-operazzjonijiet konklużi permezz tal-kumpanniji tal-kummerċ relatati. Għaldaqstant għall-operazzjonijiet li jsiru permezz tal-kumpannija tal-kummerċ, il-prezz ta' l-esportazzjoni kien stabbilit b'referenza għall-prezzijiet mħallsa attwalment jew li jridu jitħallsu lilha. Minħabba li l-funzjonijiet tal-kummerċjant relatat jistgħu jkunu kkunsidrati simili għal dawk tal-kummerċjant li jaġixxi fuq bażi ta' kummissjoni, il-kummissjoni kienet stmata fuq il-bażi tal-mark-up tal-kumpannija tal-kummerċ verifikata fil-bini tagħha. Dan il-mark-up kien imnaqqas mill-prezzijiet addebidati mill-kumpannija relatata lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Partijiet mhux koperaturi Skond l-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet bħala sors indipendenti ta' informazzjoni l-istatistiċi ta' l-importazzjonijiet Eurostat għall-Kodiċi NM tat-tliett produtturi/esportaturi mhux koperaturi. Il-prezz ta' l-esportazzjoni kien imbagħad stabbilit fuq din il-bażi, wara li tnaqqas mit-total ta' l-importazzjonijiet il-kwantità u l-valur ta' l-oġġetti mibjugħa mill-produttur koperatur fil-Komunità kemm direttament u kif ukoll permezz tal-kumpannija tal-kummerċ koperatura relatata. (d) Paragun (39) Għall-għan ta' paragunar ġust bejn il-valur normali u l-prezz ex-works ta' l-esportazzjoni, saret allowance dovuta fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li kienu kklejmjati u murija li jaffetwaw il-komparabilità tal-prezz. L-aġġustamenti saru, skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament bażiku, dwar il-karetteristiċi fiżiċi, transport, assigurazzjoni, handling u spejjeż anċillari, kommissjonijiet u spejjeż ta' kreditu. (e) Il-marġinu ta' damping (40) Il-marġinu ta' damping għal produttur koperatur kien stabbilit, fuq il-bażi ta' grupp ta' prodott, skond l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku. Espremit bħala persentaġġ tat-total tal-valur ta' importazzjonijiet CIF Community frontier, il-marġinu ta' damping għal produttur uniku koperatur huwa: –Huta BatorySA: | 7,1 % | Għall-partijiet mhux koperaturi marġinu ta' damping residwu kien kalkulat billi tikkompara il-valur normali kif stabbilit fil-paragrafu ta' l-aħħar tal-premessi (37) mal-prezz ta' l-esportzzjoni kif determinat fil-paragrafu ta' l-aħħar tal-premessi (38). Il-marġinu residwu, espremit bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjonijiet CIF Community frontier huwa 33,2 %. 4. Repubblika tal-Kroazja (41) Minħabba t-tisjib ta' l-inġurja dwar ir-Repubblika tal-Kroazja (ara premessi (51) u (69), ma kienx ikkunsidrat neċessarju li titkompla l-investigazzjoni dwar damping. D. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (42) L-istess produtturi tal-Komunità ikkoperaw fiż-żewġ investigazzjonijiet (ara premessi (8)). Dawn il-kumpanniji irrapreżentaw iktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Komuità tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni, u li kkonstitwixxa, b'hekk, proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-prodott konċernat fil-Komunità. (43) Numru ta' esportaturi allegaw li l-prodotti tagħhom kienu mixtrija u impurtati minn ċertu produtturi tal-Komunità li qed jilmentaw. Huma kklejmjaw li dawn il-produtturi għandhom ikunu esklużi mid-determinazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità għal għan ta' l-assessjar ta' l-inġurja skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku. L-ebda evidenza sostanzjali ma ġiet ipprovduta biex tissaportja din l-asserzjoni. Barra dan, l-investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni wriet li l-ebda produttur tal-Komunità importaw il-prodotti konċernati u li ċertu importaturi, relatati ma' dan it-tip ta' produtturi tal-Komunità, importaw kwantitajiet żgħar tal-prodotti konċernati waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Dawn l-importazzjonijiet kienu reġgħu nbiegħu fis-suq tal-komunità b'mod esklussiv minn dawn l-importaturi relatati, li nstabu li aġixxew indipendentament u li wkoll operaw f'kompetizzjoni mad-dipartimenti tal-bejgħ tal-produtturi relatati tagħhom. F'kull każ, l-eżaminazzjoni tal-fatti wriet li l-volum ta' dawn l-importazzjonjiet ammontaw għal inqas minn 3 % tal-volum totali ta' bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq tal-Komunità għal kull produttur tal-Komunità. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li livell daqshekk baxx ta' importazzjonijiet ma setgħax wassal għal xi investigazzjoni ġurja lill-produtturi tal-Komunità u li b'konsegwwenza ma hemmx bażi biex teskludi dawn il-produtturi. Konsegwentament il-produtturi msemmija f'premessi (8) se jkunu riferuti hawnhekk iktar "il quddiem bħala" l-industrija tal-Komunità' fil-kuntest ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. E. INĠURJA 1. Rimarka preliminari (44) Għandu jiġi msemmi li l-miżuri kontra d-damping li huma fis-seħħ fil-preżent fir-rigward ta' l-Ungerija, Polonja u r-Repubblika tal-Kroazja, huma impriżi, li jikkombinaw ceilings kwantitativi u ċertu irbit ta' ipprezzar, b'taxxi residwi ad valorem. Barra dan, għandu jiġi notifikat li importazzjonijiet ta' pajpijiet seamless u tubi (inkluż għalhekk il-prodott konċernat), li joriġina mir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka kienu, bejn l-1993 u l-1995, suġġetti għal sistema ta' tariffa kwota, i.e. ħielsa mid-dazji fil-limiti tal-quantitative ceiling; hekk kif il-limitu ntlaħaq, saret taxxa ta' 30 %. (45) Għandu jiġi mfakkar li r-Regolament preżenti jikkombina r-riżultat ta' żewġ investigazzjonjiet, waħda minnhom wasslet għal pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju. It-tisjib kollu fir-rigward ta' inġurja, kawżazzjoni u l-interess tal-Komunità għandhom jinqraw flimkien mat-tisjib deskritt fir-Regolament proviżorju. 2. Konsum (46) F'premessi (48) tar-Regolament proviżorju, intqal li l-konsum tal-Komunità f'tunnellati fix-xahar ammontaw għal 89900 tunnellati fl-1992, 69700 fl-1993, 84070 fl-1994, 92730 fl-1995 u 92130 waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Dan it-tisjib ma kienx ikkuntestat u kien ikkonfermat. 3. Importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz. (a) Kumulazzjoni (47) Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz mir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, Rumanija u r-Repubblika Slovakka għandhom jiġu assessjati b'mod kumulattiv għall-iskop ta' analisi ta' l-inġurja fuq il-bażi li l-prodotti kkonċernati kienu impurtati minn kull pajjiż li jesporta f'kwantitajiet sostanzjali, kellhom sehem importanti tas-suq u kkompetew bejniethom u ma' dawk immanifatturati mill-industrija tal-Komunità. (48) Xi esportaturi kklejmjaw li minħabba differenzi fil-volum u r-rati ta' tkabbir ta' importazzjonijiet, kif ukoll f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni, l-impatt ta' dawn l-esportazzjonjiet lill-Komunità għandhom jiġu eżaminati fuq bażi individwali. (49) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-kriterja stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku nstabu li jridu jintlaħqu sabiex l-importazzjonijiet jakkumulaw mill-erba' pajjiżi konċernati, b'isimhom: - il-marġinu ta' damping stabbilit u li jirrelata għal kull pajjiż kien iktar minn de minimis (i.e. bejn 5,1 % u 38,2 %); - il-volum ta' importazzjonijiet minn kull kull pajjiż ma kienx negliġibli; l-ebda pajjiżi li jesportaw kellhom sehem tas-suq de minimis, bażikament inqas minn 1 %, minħabba li l-ishma tas-swieq tagħhom kienu jvarjaw minn 3 % sa 8,3 %; - fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni kemm bejn prodotti impurtati u prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità, il-prodotti impurtati nstabu li kienu interchangeable, li jsegwu trends ta' prezzijiet simili, li għandhom kanali ta' distribuzzjoni simili u politika simili ta' prezzijiet baxxi li jirriżultaw fl-livell għoli ta' tnaqqis fil-prezz (bejn 17,5 % u 43,2 %), li jkunu preżenti fl-istess ħin f'żoni ġeografiċi l-istess u li jikkompetu għaldaqstant ma' xulxin u ma' dawk manifatturati mill-industrija tal-Komunità. Il-fatt li importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka kienu suġġetti għal sistema ta' tariffa-kwota li tapplika sal-31 ta' Diċembru 1995 ma tbiddilx il-konklużjoni li dawn l-importazzjonijiet jirrispettaw il-kriteri stipulat fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant għandu jkun innotat, f'kull każ, illi, wara li din is-sistema tiskadi, l-ishma tas-suq ta' l-importazzjoniiet konċernati żdiedu minn 6,7 % fl-1995 għal 9,6 % fl-ewwel tmien xhur ta' l-1996 għall-importazzjonijiet Ċeki u minn 2,1 % sa 3,4 % fuq l-istess perjodu għall-importazzjonijiet Slovakki. Għar-raġunijiet kollha ta' hawn fuq, huwa konkluż illi l-konklużjonijiet milħuqa f'premessi (49) tar-Regolament proviżorju għandhom ikunu miżmuma. (50) Jekk tieħu in kunsiderazzjoni ż-żewġ investigazzjonijiet fl-istess ħin, kien eżaminat ukoll jekk l-effetti ta' importazzjonijiet mill-Ungerija, Polonja u Kroazja għandhomx jiġu assessjati b'mod kumulativ ma' dawk ta' l-investigazzjoni ġdida. (51) Fir-rigward ta' importazzjonijiet mill-Kroazja, kien stabbilit li s-sehem tagħha fis-suq tal-Komunità niżel minn 1,8 % fl-1992 għal 0,7 % fil-perjodu ta' l-investigazzjoni. Minħabba l-livel dejjem nieżel ta' dawn l-importazzjonijiet, sitwazzjoni kuntrarja għal waħda li kien hemm dwar importazzjonijiet oħra, ma kienx ikkonsidrat xieraq li dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu analizzati b'mod akkumulativ. Fid-dwal ta' dan il-fatt li importazzjonijiet mill-Kroazja huma suġġetti għall-miżuri kontra d-damping, din il-konklużjoni ttieħdet meta tieħu in kunsiderazzjoni wkoll it-tisjib f'premessi (70) hwan taħt fuq l-assenza tal-probabilità ta' rikorrenza ta' inġurja. (52) Dwar l-importazzjonijiet mill-Ungerija u l-Polonja, nstab illi, hekk bħala l-importazzjonijiet ta' l-investigazzjoni ġdida, kwantitajiet impurtati u larġini ta' damping kienu ta' importanza. Kien ikklejmjat li importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ungerija huma negliġibli u għandhom għaldaqstant jiġu mwarrba għal għanijiet ta' kumulazzjoni skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Iżda, l-investigazzjoni ma wrietx li dawn l-importazzjonijiet kienu fil-fatt negliġibli. Barra dan, għaż-żewġ investigazzjonijiet, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni misjuba bejn il-prodotti impurtati u bejn il-prodotti tal-Komunità kienu jixxiebħu, b'mod partikolari, minħabba li l-prodotti kollha kienu kkunsidrati bħala prodotti l-istess u kienu mibjugħa bi prezzijiet li sostanzjalment huma ħafna inqas min dawk ta' l-industrija tal-Komunità (minn 17 % għal 21,3 % għal Polonja, 25,4 % għal Ungerija). Il-fatt li dawn l-importazzjonijiet kienu suġġetti għal intrapriżi kwantitativi waqt il-perjodu kkunsidra ma għandu l-ebda piż fuq il-konklużjoni li huma jistgħu jkunu kumulativi ma importazzjonijiet oħra taħt investigazzjoni għal għanijiet ta' eżminazzjoni ta' inġurja. Anke jekk kien hemm limitazzjonijiet għall-kwantitajiet esportati lill-Komunità u li ċertu żieda fil-livell tal-prezz tagħhom kif imqabbel mal-prezzijiet ta' l-esportaturi fil-pajjiżi suġġetti għall-investigazzjoni ġdida, importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ungerija u l-Polonja kellhom jibqgħu jsiru bi prezzijiet suġġetti għad-damping u li huma taħt il-prezz sew minn dawk ta' produtturi tal-Komunità. (53) Il-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq dwar kumulazzjoni waslet għalhekk għal konklużjoni li assessjar kumulattiv ta' l-effett ta' importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz mill-pajjiżi suġġetti għaż-żewġ investigazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, kien warranted (hawnhekk iktar "il quddiem" il-pajjiżi li jesportaw') (b) Volum ikkumulat u sehem tas-suq ta' importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz. (54) It-tisjib proviżorju skond fuq xiex, fuq bażi kumulattiva, importazzjonijiet naqsu minn 2101920 tunnellati fl-1992 għal 96080 tunnellati fl-1993, u wara żdied għal 195220 tunnellati fl-1994, 230810 tunnellati fl-1995 u 268670 tunnellati fil-perjodu ta' investigazzjoni ma kienux ikkuntestati u għalhekk huma kkonfermati. L-istess japplika għall-ishma tas-suq korrispondenti li jammontaw għal 18,7 % fl-1992, 11,5 % fl-1993, 19,4 % fl-1994, 20,7 % fl-1995 u 24,3 % fil-perjodu ta' l-investigazzjoni. (ċ) Prezzijiet ta' importazzjonijiet suġġetti għad-damping (55) Għad-determinazzjoni ta' tnaqqis fil-prezz fir-rigward ta' pajjiżi li jesportaw, l-informazzjoni analizzata riferuta għal perjodu ta' l-investigazzjoni. Għal dan il-għan, sar paragun bejn prezzijiet ta' bejgħ bil-weighted average tal-pajjiżi li jesportaw għat-tubi seamless steel konċernati. Sar paragon fil-prezz fuq il-bażi ta' bejgħ lil ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità. Sabiex tiġi żgurata l-komparabilità, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità u dawk tal-prodotti impurtati kienu, fejn xieraq, aġġustati f'termini ta' spiża trasparenti għal ex-works jew livell CIF Community frontier. Barra dan, il-prezzijiet ta' importazzjoni kienu aġġustati minn marġinu ta' importatur, inkluża clearance mid-dwana, piżijiet għall-handling, kommissjoni, finanzjar ta' l-ispiża u l-profit bbażati fuq informazzjoni a dispożizzjoni. Ir-riżultati tal-paragun urew marġini ta' tnaqqis fil-prezzijiet għal pajjiżi kollha u esportaturi konċernati. Il-prezz bil-weighted average irħas minn marġini espremiti bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità kienu kif ġej: — Repubblika Ċeka: | minn 21,2 % għal 43,2 % | — Ungerija: | 25,7 % | — Polonja: | minn 17 % għal 21,3 % | — Rumanija: | 25,8 % | — Russja: | 41,5 % | — Repubblika Slovakka: | 17,5 % | 4. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità (56) Għal faċilità ta' referenza, ir-riżultati diġà preżentati fir-Regolament proviżorju fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità huma murija mill-ġdid hawn taħt u kkonfermati għal għan ta' determinazzjoni definittiva minħabba li ma kienux disputati mill-partijiet. (a) Rata ta' kapaċità, produzzjoni u utilizzazzjoni (57) Bejn l-1992 u l-perjodu ta' investigazzjoni, ħdax-il-impjant ta' produzzjoni u faċilitajiet waqfu l-produzzjoni, li jirrapreżentaw tnaqqis ta' madwar wieħed minn kull erbgħa tat-total tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' tubi seamless steel li kienu jeżistu fil-Komunità fil-bidu tal-perjodu. Il-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità naqset minn 1136640 tunnellati fl-1992 għal 996036 tunnellati fl-1995 u għal 938184 tunnellati waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Mat-tnaqqis sostanzjali ta' kapaċità, ir-rati korrispondenti ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità telgħet minn 63,5 % għal 75,9 %, u reġgħet niżlet għal 71,3 % fuq l-istess żmien. (b) Volum ta' bejgħ u sehem tas-suq (58) Bejgħ tal-produtturi tal-Komunità niżel minn 781770 tunnellati fl-1992 għal 775721 tunnellati fl-1995 u għal 722042 tunnellati waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Komunità naqas minn 75,2 % fl-1992 għal 72,1 % fl-1995, u niżel b'4,8 % iktar għal 67,3 % waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. (ċ) Prezzijiet tal-bejgħ (59) Bħala medja, prezzijiet unitarji tal-prodott konċernat mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, espremit b'eku kull tunnellata, kienu 576 fl-1992, 578 fl-1995 u 593 waqt il-perjodu ta' investigazzjoni 576 in 1992, 578 in 1995 and 593 waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, li jikkorispondi għal żieda ġenerali ta' 3 %. (d) Profitabilità (60) L-industrija tal-Komunità kellha telf finanzjarju fuq il-bejgħ tagħha tal-prodott simili waqt il-perjodu in kunsiderazzjoni. Bejn l-1992 u l-1994, dan it-telf kien ta' medja 8 %. Wara kien hemm titjib fil-bejgħ fl-1995 (-2,1 %), u waqt il-perjodu ta' investigazzjoni mingħajr ma ntlaħaq il-break-even. Il-livelli ta' persentaġġ ta' profitibiltà kienu kif ġej: 1992 | 1993 | 1994 | 1995 | Perjodu ta' investigazzjoni | – 7,0 | – 12,2 | – 7,9 | – 2,2 | – 0,7 | Dan it-tnaqqis fit-telf kien sa ċertu punt possibli minħabba l-miżuri kontra d-damping fis-seħħ f'dan is-settur. Barra dan, l-irkuprar seħħ waqt il-perjodu meta saru sforzi sostanzjali ta' irristritturar, li waslu, inter alia, għall-egħluq ta' l-impjanti kif imsemmi hawn fuq. Dawn l-iżviluppi ma kienux, iżda, biżżejjed biex jiġġeneraw il-livell ta' qliegħ meħtieġ mill-industrija tal-Komunità biex tkopri l-ispejjeż dejjem telgħin tal-produzzjoni u l-investiment għoli fl-irristritturar, tagmel profit raġonevoli, tirkupra mit-telf tas-snin ta' qabel u tassigura viabilità fit-tul. (e) Xogħol (61) Ix-xogħol fl-industrija tal-Komunità naqas kostantament b'madwar 35 % bejnn l-1992 u l-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni, li jammonta għal termini assoluti ta' telf ta' madwar 2800 impjieg. 5. Konklużjoni ta' l-aħħar fuq inġurja (62) L-eżaminazzjoni ta' kif marret l-ekonomija ta' l-industrija tal-Komunità waqt il-perjodu in kunsiderazzjoni wera illi, bejn l-1992 u Awwissu 1996, kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni, volum fil-bejgħ u sehem tas-suq kif ukoll tnaqqis fix-xogħol, minkejja l-isforzi kbar ta' irristritturar intenzjonati li jnaqqsu l-ispiża tal-produzzjoni. Dawn l-isforzi ta' irristritturar u l-miżuri fis-seħħ għenu lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-kapaċità ta' utilizzazzjoni u li ttejjeb ir-riżultati finanzjarji tagħha, li, iżda, baqgħu negattivi waqt il-perjodu ta' investigazzjoni (-0,7 %), u dan hu taħt il-punt ta' break-even, u ma kienux biżżejjed sabiex l-industrija tal-Komunità tassigura l-viabilità tagħha fit-tul. B'hekk huwa konkluż li waqt il-perjodu in konsiderazzjoni, l-industrija tal-komunità soffriet inġurja materjali fl-isfond ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, fil-forma ta' inqas bejgħ u telf tas-sehem mis-suq, inqas xogħol u telf finanzjarju. F. KAWŻAZZJONI 1. Effett ta' importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz (a) Effett kumulattiv ta' importazzjonijet mir-Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja, Russja, u r-Repubblika Slovakka (63) Waqt li l-konsum fil-Komunità baqa' relativament stabbli, importazzjonijiet mir-Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja, Rumanija, Russja, u r-Repubblika Slovakka żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b'madwar 5,6 punti perċentwali, minn 18,7 % fl-1992 sa 24,3 % waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. B'kuntrast, l-industrija tal-Komunità tilfet sehem mis-suq b'madwar 7,9 punti perċentwali minn 75,2 % għal 67,3 % fuq l-istess żmien. Meta wieħed iqies li tnaqqis sostanzjali fil-prezz instab għal kull pajjiż li jesporta u meta tikkonsidra illi ż-żieda fis-sehem tas-suq miżmum minn importazzjonijiet konċernati mixtrija taħt il-prezz sar flimkien ma' deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, huwa konkluż, li meta teħodhom flimkien, importazzjonijiet mis-sitt pajjiżi konċernati kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. (b) Effetti ta' importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja Meta tikkusidrahom waħidhom, l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Kroaza ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li kkawżaw inġurja materjali ta' importanza lil industrija tal-Komunità minħabba l-volum nieżel tagħhom u s-sehem tas-suq. 2. Effetti ta' fatturi oħra (a) Importazzjonijiet oħra (64) Ċertu esportaturi kklejmjaw li importazzjonijet minn pajjiżi oħra, per eżempju l-Arġentina, saru fi kwantitajiet u bi prezzijiet li nġurjaw l-industrija tal-Komunità. L-eżaminazzjoni wriet li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, mhux koperti miż-żewġ investigazzjonijiet, żiedu s-sehem tas-suq tagħhom minn 4,3 % fl-1992 għal 6,5 % fl-1995 u għal 7,7 % waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalkemm kienu qed jiżdiedu fil-volum, nstab li l-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet, fuq il-bażi ta' informazzjoni ta' statistika a dispożizzjoni, kienu ferm ogħla minn dawk ta' importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz, u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux suġġetti għaż-żewġ investigazzjonijiet kienu mixtrija taħt il-prezz. Huwa b'hekk konkluż li l-importazzjonijiet l-oħra in kwestjoni kellhom ftit, jew xejn, impatt fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. (b) Sitwazzjoni ekonomika ġenerali (65) Kif intqal mir-Regolament proviżorju, il-konsum tal-Komunità niżel fl-1993 minħabba riċesjoni ekonomika dinjija, li affetwa b'mod partikolari dawk li jużaw il-prodott konċernat (industrija tal-karozzi, kostruzzjoni, eċċ.). F'dik is-sena, il-volum ta' importazzjonijiet, u li s-sehem tas-suq korrispondenti miżmum mill-pajjiżi li jesportaw konċernati, laħqu wkoll livell baxx, u l-industrija tal-Komunità esperjenzat riżultati l-iktar ħżiena f'temini ta' bejgħ fis-suq tal-Komunità, prezzijiet u profitibilità. Fuq din il-bażi, huwa evidenti li d-deterjorazzjoni tas-suq fl-1993 kellha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Iżda, ħlief għas-sitwazzjoni eċċezzjonali ta' l-1993, il-konsum baqa' ġeneralment stabbli matul is-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat (1992, u 1994 għal perjodu ta' investigazzjoni). Din l-istabilità, iżda, kien prinċipalment ta' benefiċċju għall-importazzjonjiet mixtrija taħt il-prezz mill-pajjiżi konċernati li s-sehem tas-suq tagħhom żdied waqt li s-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità niżel kontinwament. Is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ma tistax b'hekk tkun ikkunsidrata bħala fattur kontinwament responsabbli għas-sitwazzjoni prekarja li l-industrija tal-Komunità kienet għadha qed tiffaċċja. Fil-kuntest ta' l-isforzi konsiderevoli ta' razzjonalizzazzjoni u rristritturar minn produtturi tal-Komunità, u l-miżuri ta' difiża tal-kummerċ fis-seħħ tul dan il-perjodu, l-industrija tal-Komunità kellha tirkupra bis-sħiħ u tilħaq riżultati sodisfaċenti fl-1995 u l-1996. (ċ) L-irristritturar ta' l-industrija tal-Komunità (66) Kien allegat minn ċertu esportaturi li l-eżekuzzjonijiet insodisfaċenti ta' l-industrija tal-Komunità fil-perjodu eżaminat ma sarux minġabba l-effett ta' l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz imma minħabba l-irristritturar li sar mill-industrija f'dak iż-żmien. Mingħajr dubju, il-proċess ta' l-irristritturara li għaddiet minnu l-industrija tal-komunità meta iffaċjata minn kappaċitajiet eċċessivi kienet tkun responsabbli għal ftit mit-tnaqqis fil-produzzjoni, bejgħ u xogħol. Iżda, ladarba l-volum u s-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz mill-pajjiżi konċernati u l-marġinu ta' tnaqqis fil-prezzijiet ikun stabbilit, ikun ċar li l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz waħidhom kellhom rwol ta' importanza fl-inġurja materjali li soffriet l-industrija tal-Komunità. 3. Konklużjoni (67) Għalkemm ir-riċessjoni ekonomika dinjija ta' l-1993, kif ukoll l-irristritturar ta' l-industrija tal-Komunità, seta' kellha xi impatt negattiv fuq l-eżekuzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat, irid jiġi konkluż, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, li l-effett kumulattiv ta' l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz mir-Repubblika Ċeka, Ungerija, Polonja, Rumanija, Russja, u r-Repubblika Slovakka, kkunsidrati waħidhom, permezz ta' tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet u kwantitajiet kbar ta' importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz, ikkawża inġurja materjali lill-industrija tal-Komunità u li permezz tal-miżuri eżistenti kontra d-damping għadu ma ntlaħaqx l-effett mixtieq. Importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja, kkunsidrati separatament, ma jistgħux jiġu kkunsidrati li kkawżaw inġurja materjali lill-industrija tal-Komunità. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li l-inġurja kkawżata minn damping soffrut mill-industrija tal-Komunità seta kien biss agħar li kieku l-miżuri li japplikaw lil ċertu importazzjonjiet akkumulati kellhom jitħassru. Intant, fl-Ungerija u l-Polonja volumi kbar ta' kapaċità huma lesti għall-esportazzjoni lil Komunità, meta tikkonsidra li l-konsum intern jew esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi ma setgħux jassorbu output addizzjonali. Barra dan, għandu jiġi nnotat li l-kapaċità fil-Polonja żdiedet waqt il-perjodu ta' investigazzjoni b'madwar 15 %. G. PROBABILITÀ TA' KONTINWAZZWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' INĠURJA - KROAZJA (68) L-investigazzjoni fir-rigward ta' l-Ungerija, Polonja, u r-Repubblika tal-Kroazja kienet reviżjoni temporanja li nbdiet fl-istess żmien ta' l-investigazzjoni ġdida sabiex teżamina s-sitwazzjoni globalment dwar l-importazzjonijiet kollha ta' pajpijiet seamless u tubi fil-Komunità. Inġurja attwali, ikkawżata minn importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz assessjati b'mod kumulativ bil-għan li teżmina l-effett tagħhom, kien stabbilit. Għalhekk ma kienx hemm bżonn li teżamina iktar dwar il-probabilità ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' inġurja materjali jekk il-miżuri eżistenti kontra d-damping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ungerija u l-Polonja kienu mneħħija jew mibdula. Iżda, fil-każ ta' importazzjonijiet ta' oriġini Kroata, li ma kienux akkumulati ma' importazzjonjiet oħrat aħt investigazzjoni, eżaminazzjoni ta' dan it-tip trid issir. (69) Wara l-imposizzjoni ta' miżuri kontra d-damping, importazzjonijiet mill-Kroazja niżlu ferm minn 19201 tunnellati fl-1992 għal 8077 tunnelati waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, li jirrapreżenta tnaqqis fis-sehem tas-suq minn 1,8 % għal 0,7 % kif imsemmi fi premessi 51. Waqt il-perjodu in konsiderazzjoni, esportazzjonijiet tal-produttur Kroat lill-Komunità baqgħu l-isfel ħafna mill-livell ta' l-impriża kwantitativa aċċettata fl-1993. Minħabba s-sitwazzjoni li tixbah lil gwerra fil-Kroazja fl-aħħar snin, il-faċilitajiet tal-produzzjoni ta' tubi seamless kienu parzjalment iddemiġjati u l-ħaddiema tnaqqsu kosiderevolment. Bħala riżultat ta' dan, wieħed minn kull erbgħa biss, bejn wieħed u ieħor 35000 tunnellati fis-sena ta' kapaċità ta' produzzjoni teoretika kienet operattiva. L-output tal-prodott konċernat waqa' minn madwar 34000 fl-1992 għal 10515 tunnellati waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, u b'hekk titnaqqas il-kapaċità ta' utilizzazzjoni minn 97 % għal 37 %. Il-bejgħ domestiku niżel minn 8000 tunnellata għal 2100 tunnellata fuq l-istess żmien, waqt li esportazzjonijiet lil pajjiżi mhux tal-Komunità kienu negliġibli. Mhux mistennija l-ebda żieda kbira fil-volumi ta' esportazzjoni lill-Komunità, u kull tnaqqis fil-prezzijiet għandu jkollu effett limitat fuq il-price depression jew prevenzjoni ta' żieda fil-prezzijiet għall-produtturi tal-Komunità. Barra dan, attivitajiet ta' rikostruzzjoni li qiegħda tikber fl-ex-Jugoslavja għandha żżid il-bejgħ domestiku u tikkonċentra esportazzjonijiet Kroati fis-swieq f'din iż-żona. Jekk il-miżuri fis-seħħ għal Kroazja jiġu mħassra, ma jidhirx li se jkun hemm xi theddida li jiżdiedu volum ta' importazzjonijiet mill-Kroazja. Għaldaqstant ma hemm l-ebda probabilità ta' rikorrenza ta' l-inġurja materjali. Konklużjoni (70) Dwar il-Kroazja, huwa kkunsidrat li wisq probabli mhux se jkun hemm rikorrenza ta' inġurja, jekk il-miżuri eżistenti kontra d-damping jiġu mħassra, u li fiċ-ċirkustanzi stabbiliti dawn il-miżuri ma humiex iktar neċessarji. H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ 1. Introduzzjoni (71) Meta tikkonsidra li kemm l-investigazzjoni ġdida kontra d-damping u r-reviżjoni temporanja jirreferu għall-istess suq, u dan hu s-suq tal-Komunità tal-pajpijiet seamless u tubi in kwestjoni,l-eżaminazzjoni ta' l-interess tal-Komunità sar flimkien għaż-żewġ investigazzjonijiet. L-iskop ta' din l-analiżi kien li tiddetermina l-impatt possibli tal-miżuri u l-konsegwenzi jekk ma jittieħdux miżuri għall-partijiet kollha involuti fiż-żewġ proċeduri. (72) Għandu jiġi mfakkar f'dan ir-rigward illi premessi (68) et seq. tar-Regolament proviżorju kien jinkludi apprezzament ta' l-interessi varji, inklużi dawk ta' l-industrija tal-Komunità, tal-importaturii/kummerċjanti u ta' l-industriji tad-"downstream" user. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni a dispożizzjoni fiż-żmien tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma tirremediex għal effetti ħżiena fuq il-kummerċ ta' damping inġurjuż. (73) Wara l-publikazzjoni tar-Regolament proviżorju, l-ebda mill-partijiet konċernati ma għamel kummenti fuq il-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni dwar l-interess tal-Komunità. Iżda, għalkemm l-ebda user industry ma kkopera fil-kors ta' l-eżaminazzjoni proviżorju, il-Kummissjoni kompliet bl-investigazzjoni tagħha biex titkompla l-analiżi tagħha fuq l-effett possibli tal-miżuri fuq dawk l-industriji. Dwar dan hi kellmet lil min għamel l-ilment, importaturi u federazzjoni ta' industriji differenti ta' ipproċessar, li jużaw inter alia, il-prodott konċernat. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni addizzjonali minn dawn ir-risposti, u meta tieħu in kunsiderazzjoni in-nuqqas ta' kummenti fuq it-tisjib misjuba fir-Regolament proviżorju, il-konklużżjoni tista tintlaħaq kif ġej. 2. Impatt fuq l-industrija tal-Komunità (a) L-effett mistenni ta' l-imposizzjoni ta' miżuri kontra d-damping (74) Wara l-adozzjoni tal-miżuri kontra d-damping, il-prezzijiet tal-prodott impurtat huwa mistenni li jogħla. Dan jkun rifless fi tnaqqis tal-volumi impurtati u tnaqqis fis-supply tas-suq, li tagħmel possibli illi l-industrija tal-Komunità żżid l-output u l-bejgħ. Hemm possibilità li l-prezzjiet ta' l-industrija tal-Komunità jiżdiedu sa ċertu punt, imma żgur mhux daqs id-dazju, minħabba l-kapaċità iktar milli suppost deskritta fuq u t-trasparenza tas-suq. Iż-żieda fil-produzzjoni tal-volum ta' l-industrija tal-Komunità jista' jirriżulta f'rata ogħla ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità u b'hekk tnaqqis ta' l-isejjeż unitarji tal-prodott konċernat li jista' jirriżulta fl-industrija tal-Komunità li tasal għal sitwazzjoni finanzjarja sodisfaċenti. (b) L-effett probabli tan-nuqqas ta' imposizzjoni ta' miżuri. (75) Għalkemm is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet xi ftit waqt il-perjodu in konsiderazzjoni, din tibqa' mhux sodisfaċenti. F'dawn iċ-ċirkustanzi, jekk miżuri kontra d-damping ma jiġux adottati jew miżmuma, is-sitwazzjoni tkun mistennija li teħżien mill-ġdid f'termini ta' livelli ta' depressed production u rati ta' kapaċità ta' utilizzazzjoni li tipproduċi r-range kollha ta' prodotti bi spejjeż kompetitivi. Kif innotat f'premessi (73) tar-Regolament proviżorju, is-setur in kwestjoni huwa dipendenti fuq rata ta' kapaċità ta' utilizzazzjoni raġonevoli. Dan jista' jintlaħaq biss b'livell sodisfaċenti ta' produzzjoni ta' standardised commercial jew żejt, tubi li huma f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti mixtrija taħt il-prezz. It-tnaqqis tal-produzzjoni ta' dawn il-pajpijiet standard tista' tfixkel il-produzzjoni ta' kategoriji ta' prodott ta' kwalità ogħla u li b'hekk il-viabilità tas-settur kollu tat-tubi seamless. 3. L-impatt tal-miżuri fuq importaturi/kummerċjanti (76) F'premessi (74) tar-Regolament proviorju, il-Kummissjoni kkonkludiet illi, minħabba li importaturi tal-Komunità huma magħrufa in ġenerali li jmexxu l-prodotti kollha ta' l-isteel u li persentaġġ żgħir biss tal-bejgħ jikkonsisti f'tubi seamless in kwestjoni, il-miżuri huma mistennija li jkollhom effett minimu fuq is-sitwazzjoni in ġenerali, minħabba d-diversità wiesgħa tal-prodotti li jikkumerċjaw. Minħabba li ma tressqux iktar kummenti f'dan ir-rigward, huwa raġonevoli li tikkonkludi li miżuri kontra d-damping se jkollhom tassew effett minimu, jekk mhux xejn, fuq is-sitwazzjoni ta' importaturi/kummerċjanti tal-prodott konċernat. 4. L-impatt fuq downstream industrial users (77) Kif imsemmi f'premessi (71) tar-Regolament proviżorju, hemm diversi industriji ta' downstream user tal-prodott konċernat, u dan hu l-industrija tal-makkinarju, transport tal-fluwids (żejt, gass, ilma, eċċ.), l-industriji kimiċi u petro-kimiċi, power stations (inklużi dawk nuklejari), l-industriji tal-karozzi u kostruzzjoni. Mill-analiżi tal-kummenti jew risposti rċevuti kif imsemmi fuq (premessi (73)), huwa konkluż li l-impatt fuq l-ispejjeż ta' l-industriji tad-downstream user ta' xi żidiet fil-prezzijiet u li jirriżulta minn adozzjoni jew kontinwazzjoni ta' miżuri kontra d-damping, ikunu bla importanza. Barra dan, għandu jiġi nnotat illi mill-inqas 85 % ta' l-importazzjonijiet mixtrija taħt il-prezz minn pajjiżi suġġetti kemm għal investigazzjoni ġdida kontra d-damping u r-reviżjoni temporanja, huma mibjugħha lil kummerċjanti kbar, li jidher li kienu qed jieħdu vantaġġ fuq il-prezzijiet dumped biex itejbu l-marġini ta' profit. Minn kemm il-kummerċjanti jaġġustaw il-marġini meta tikkonsidra ftit jew l-effetti kollha tal-miżuri, dawn ma jistgħux ikunu riflessi fil-prezzijiet ta' bejgħ tagħhom. Meta tqis li ntqal hawn fuq, huwa konkluż illi kwalunkwe effett fuq prezzijiet li jirriżulta minn miżuri kontra d-damping ikun negliġibli fir-rigward ta' downstream users industrijali. 5. Konklużjoni (78) Fuq il-bażi ta' l-elementi imsemmija fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġuni soda illi ma tirrimedjax għal effetti ħżiena fuq il-kummerċ ta' damping inġurjuż u li l-adozzjoni jew kontinwazzjoni rispettiva ta' miżuri protettivi huma fl-interess tal-Komunità. I. TAXXA DEFINITIVA 1. Pajjiżi taħt l-investigazzjoni ġdida (79) Għaldaqstant għandu jiġi mfakkar minn premessi (78) et seq. tar-Regolament proviżorju illi biex ma titkomplix inġurja kkawżata mill-importazzjonijiet dumped konċernati qabel ma tispiċċa l-proċedura, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadotta miżuri kontra d-damping fil-forma ta' taxxi proviżorji. (a) Marġini ta' inġurja (80) Għall-iskop li tiddetermina x'livell ta' taxxa tkun xierqa biex tneħħi l-inġurja lill-industrija tal-Komunità kkawżata minn damping, kien ikkunsidrat li livell ta' prezz għall-produtturi tal-Komunità bbażat fuq l-ispiża tal-produzzjoni u marġinu ta' profit raġonevoli, għandu jiġi ikkalkulat. Marġinu ta' profit ta' 5 % kien meqjus bħala minimu xieraq, meta tikkonsidra l-ħtieġa ta' investiment fit-tul u r-ritorn li l-industrija tal-Komunità tista' tistenna raġonevolment fin-nuqqas ta' damping inġurjuż. Il-livell ta' eliminazzjoni ta' inġurja kien kalkulat billi tqabbel il-prezzijiet ta' imporatzzjoni CIF bil-weighted average, aġġustati kif xieraq għall-marġinu ta' xi impurtatur indipendenti, għall-prezz mhux inġurjuż tal-produtturi tal-Komunità, stabbilit kif imsemmi fuq fl-istess livell ta' kummerċ. L-ammonti li jirriżultaw minn din il-kalkulazzjoni kienu espremiti bħala persentaġġ tal-valur ta' l-oġġetti impurtati bil-weighted average, free-at-Community-frontiers. Il-marġini ta' l-inġurja kkalkulati fuq dik il-bażi jidhru hawn taħt: — Repubblika Ċeka: | Minn 37,4 % għal 97,9 % | — Rumanija: | 48,3 % | — Russja: | 87,8 % | — Repubblika Slovakka: | 31 %. | Minħabba li ma tresqux iktar ilmenti f'dan ir-rigward, id-determinazzjoni kif imsemmi fuq tal-livell ta' eliminazzjoni ta' inġurja huwa kkonfermat. (b) Taxxa definitiva (81) Hekk kif il-marġini ta' eliminazzjoni ta' inġurja msemmija hawn fuq huma ogħla mill-marġini ta' damping li kienu kkalkulati, taxxi definiti kontra d-damping għandhom jiġu stabbiliti għal livell ta' dan ta' l-aħħar, skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Dawn it-taxxi, espremiti bħala persentaġġ tal-prezzijiet free-at-Community-frontier, jammontaw għal: — | Repubblika Ċeka: | | Vítkovice a.s.: | 5,1 % | Nová Hut a.s. | 5,1 % | Importazzjonijiet oħra: | 28,6 % | — | Rumanija: | | SC Artrom SA: | 9,8 % | SC Silcotub SA: | 9,8 % | SC Petrotub SA: | 9,8 % | SC Republica SA Trade | 9,8 % | Company: | 38,2 % | — | Repubblika Slovakka: | | Železiarne Podbrezová a.s.: | 7,5 % | Importazzjonijiet oħra: | 7,5 % | — | Russja: | | L-importazzjonijiet kollha: | 26,8 % | 2. Pajjiżi suġġetti għar-reviżjoni ta' l-investigazzjoni (a) L-Ungerija u l-Polonja (82) Bħala riżultat tat-tisjib li jikkonċerna l-Ungerija u l-Polonja, li jikkonferma illi, minkejja l-miżuri eżistenti, id-damping kkawża danni, u meta tikkonsidra illi huwa fl-interess tal-Komunità illi miżuri kontra d-damping dwar dawn iż-żewġ pajjiżi huma miżmuma, kien determinat li jkun hemm reviżjoni tat-taxxa. Il-marġini ta' inġurja meħtieġa biex titneħħa l-inġurja kkawżata minn importazzjonijiet ta' oriġini Ungeriża u Pollakka u kkalkulati fuq il-bażi ta' l-istess metodoloġija bħal dik użata għall-pajjiżi ta l-investigazzjoni ġdida, kif spjegat fuq f'premessi (80), huma: — | Għall-Ungerija: | | (Csepel Tubes Co. Ltd., uniku produttur Ungeriż) | 45,9 % | — | Għall-Polonja: | | Huta Batory SA: | 37,2 % | Oħrajn: | 30,1 %. | Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, ir-rati tat-taxxa għandhom ikunu bbażati fuq l-inqas ta' jew il-marġinu ta' eliminazzjoni ta' inġurja jew il-marġinu ta' damping stabbilit. Il-marġini ta' damping dwar il-produttur Pollakk Huta Batory u l-uniku produttur Ungeriż li huma inqas mill-marġinu ta' inġurja misjub, it-taxxa għandha tkun ibbażata fuq dan l-inqas livell. Għall-produtturi Pollakki oħra, it-taxxa hija limitata għal marġinu ta' inġurja stabbilit. (83) Fuq din il-bażi, it-taxxi eżistenti kontra d-damping li jammontaw għal 10,8 % għal Polonja u 21,7 % għal Ungerija għandhom jidbidlu b'taxxi kif ġej: — | Għall-Ungerija: | | Csepel Tubes Co. Ltd.,: | 36,5 % | Oħrajn: | 36,5 % | — | Għall-Polonja: | | Huta Batory SA: | 7,1 % | Oħrajn: | 30,1 %. | (b) Repubblika tal-Kroazja (84) Fuq il-bażi ta' konklużjonijiet milħuqa f'premessi (51) u meta tikkonsidra li ma hemmx theddida żgura ta' żieda fil-volumi ta' importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Kroazja (ara premessi (69)) u li, taħt dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenza ta' l-inġurja materjali mhiex fil-qrib, l-ebda determinazzjoni ta' taxxa definitiva ma saret dwar ir-Repubblika tal-Kroazja. J. MIŻURI DEFINITIVI (85) Il-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq dwar id-damping, inġurja, kawżazzjoni u l-interess tal-Komunità juru l-ħtieġa ta' miżuri definitittivi, kemm għall-pajjiżi taħt l-investigazzjoi ġdida u għal dawk taħt ir-reviżjoni ta' l-investigazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, li għalihom il-proċediment kontra d-damping għandu jiġi mwaqqaf. Dawn il-miżuri għandhom ikunu fil-forma ta' taxxi ad valorem li r-rati tagħhom inħaddmu individwalment għal kumpanniji koperaturi. Pajjiżi mhux koperaturi, minn naħa l-oħra, għandhom ikunu suġġetti għal taxxi residwi. (86) Barra dan, fir-rigward ta' l-Ungerija, Polonja, ir-Repubblika Ċeka, Rumanija u r-Repubblika Slovakka, instab li jkun xieraq, meta tikkonsidra l-istorja speċifika tal-proċedimenti ta' qabel kontra d-damping u li jikkonċernaw dan il-prodott, fejn dawk il-pajjiżi kienu suġġetti jew għal restrizzjonijiet kwantitativi jew tariffa kwotas, li jiġu aċċettati impriżi ta' prezzijiet li kienu offruti sa ċertu limitu ta' kwantità fuq bażi ta' kumpannija ma' kumpannija. Fi kliem ieħor, l-eliminazzjoni ta' l-inġurja hi milħuqa b'żewġ mezzi: l-ewwel, impriża ta' prezzijiet sa xi volum massimu annwali eżenti mit-taxxa, u imbagħad taxxa ad valorem fuq li jibqa'. Biex ikun żgurat illi l-kwantità ta' importazzjonijiet eżentata mit-taxxa as valorem ma taqbiżx il-kwantità dwar xhiex l-impriża kienet offruta, l-eżenzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' servizzi doganali ta' Stati Membri b'ċertifikat validu ta' produzzjoni jidentifika ċar lil produttur, il-prodott konċernat u d-dettalji mniżżla fl-Anness. F'każijiet ta' dubju, il-Kummissjoni għandha tagħmel determinazzjoni dwar il-validità taċ-ċertifikat u tieħu miżuri kif ikun xieraq. (87) Dwar ir-Russja, il-Kummissjoni eżaminat offerta minn tlieta mis-sitt kumpanniji li ġew magħrufa waqt l-investigazzjoni ta' impriża flimkien, u kkunsidrat il-possibilità ta' dawn il-produtturi Russi li jibbenefikaw minn forma ta' impriża simili għal dik tal-produtturi fil-pajjiżi assoċjati. Iżda, din l-offerta ma kienetx aċċettabli minħaba li ma kellhiex il-garanziji neċessarji min-naħa ta' l-awtoritajiet Russi li tippermetti monitoraġġ xieraq, b'mod partikolari dwar id-duty-free threshold. F'dawn iċ-ċirkustanzi, taxxa ad valorem għandha tiġi imposta għal livell stabbilit definittivament. Il-Kunsill jinnota, iżda, li l-miżura dwar ir-Russja tista' tiġi mibdula, jekk xi darba jkun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi bħal ngħidu aħna l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' xi impriża ġew rispettati. K. ĠBIR TA' TAXXA PROVIŻORJA DWAR IL-PAJJIŻI TAĦT L-INVESTIGAZZJONI ĠDIDA (88) Minħabba ċ-ċirkustanzi ta' l-investigazzjoni preżenti, ud an hu il-bidla fil-forma u natura tal-miżuri definittivi, kif imqabbla ma' taxxi proviżorji ad valorem imposti fuq importazzjonijiet mir-Repubblika Ċeka, Rumanija u r-Repubblika tal-Kroazja, u permezz ta' l-impriżi eżistenti dwar importazzjonijiet mill-Ungerija, Polonja u r-Repubblika tal-Kroazja, il-Kunsill jikkonsidra xieraq li jinġabru t-taxxi proviżorji. Il-Kunsill għalhekk iddeċieda, skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku, li l-ammonti żgurati permezz tat-taxxa proviżorja imposta skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 981/97 fuq importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw mir-Russja, Repubblika Ċeka, Rumanija u r-Repubblika Slovakka, għandhom ikunu mħollija. L. PROVIŻJONI FINALI (89) Il-Kummissjoni kkonsultat mal-Kumitat ta' Konsulenza fuq l-aċċettazzjoni ta' dawn l-impriżi u li minħabba li kien hemm xi oġġezzjonijiet, hi batgħet rapport ta' dawn il-konsultazzjonijiet lill-Kunsill. Minħabba li l-Kunsill ma ddeċidiex kontra l-aċċettazzjoni ta' dawn l-impriżi, l-impriżi ofruti kienu aċċettati skond l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku tad-Deciżjoni tal-Kummissjoni 97/790/KE [7], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Taxxi definittivvi kontra d-damping huma għalhekk imposti fuq l-importazzjonijiet kif ġej u li joriġinaw mill-Ungerija, Polonja, Russja, Repubblika Ċeka, Rumanija u Repubblika Slovakka. (a) pajpijiet seamless, tal-ħadid jew stil non-alloy, tat-tip użat għaż-żejt u pipelines tal-gas, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm (bħalissa deskritti taħt Kodiċi NM 73041010 u 73041030); (b) tubi seamless ta' cross-section ċirkulari, tal-ħadid jew stil non-alloy, cold-drawn jew cold-rolled, barra minn tubi ta' preċiżjoni (bħalissa deskritti taħt Kodiċi NM 73043199); (ċ) Tubi oħra ta' cross-section ċirkulari, tal-ħadid jew stil non-alloy, barra minn dawk threaded jew threadable, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm (bħalissa deskritti taħt Kodiċi NM 73043991 u 73043993). 2. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d-dampinggħal prezzijiet net free-at-Community-frontier qabel id-dazju hi kif ġej: Pajjiż | Manifattur | Rata tat-taxxa (%) | Kodiċi addizzjonali Tanc | Ungerija | Csepel Tubes Co. Ltd (f'likwidazzjoni) | 36,5 % | 8717 | Oħrajn | 36,5 % | 8900 | Polonja | Huta Batory SA | 7,1 % | 8476 | Huta Andrzej SA | 30,1 % | 8719 | Huta Czestochowa | 30,1 % | 8482 | Huta Jednosc SA | 30,1 % | 8493 | Oħrajn | 30,1 % | 8900 | Russja | Kumpanniji kollha | 26,8 % | | Repubblika Ċeka | Vítkovice a.s. | 5,1 % | 8058 | Nová Hut a.s. | 5,1 % | 8463 | Válcovny trub Chomutov a.s. | 28,6 % | 8464 | Oħrajn | 28,6 % | 8900 | Rumanija | Artrom SA | 9,8 % | 8059 | Silcotub SA | 9,8 % | 8467 | Petrotub SA | 9,8 % | 8468 | Republica SA | 9,8 % | 8469 | Oħrajn | 38,2 % | 8900 | Repubblika Slovakka | Železiarne Podbrezová a.s. | 7,5 % | 8060 | Oħrajn | 7,5 % | 8900 | 3. Jekk mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw taxxi doganali għandhom japplikaw. Artikolu 2 1. Importazzjonijiet għandhom ikunu eżenti mit-taxxi kontra d-damping imposti permezz ta' l-Artikolu 1(1) sakemm dawn huma magħmula u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità minn kumpanniji mniżżla fil-paragrafu 4 u li offrew impriżi aċċetti mill-Kummissjoni u jekk il-kondizzjonijiet ta' paragrafi 2, 3 u 4 huma rispettati. 2. Meta d-dikjarazzjoni għar-rilaxximent ta' ċirkulazzjoni ħielsa tkun preżentata, l-eżenzjoni mit-taxxa għandha tkun kondizzjonali fuq preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' produzzjoni oriġinali, validu, maħruġ minn waħda mill-kumpanji mniżżla fil-paragrafu 4 lis-servizzi doganali ta' l-Istati Membri kompetenti. Il-ċertifikat ta' produzzjoni għandu jkun konformi mar-rekwisiti ta' dawn it-tip ta' ċertifikati kif stipulat fl-impriża aċċettat mill-Kummissjoni u li l-elementi essenzali tiegħu huma mniżżla fl-Anness. 3. Iċ-ċertifikat ta' produzzzjoni riferut fil-paragrafu 2 għandu jiġi preżentat fi żmien tliet xhur mid-data tal-ħruġ. Il-kwantitajiet preżentati lis-servizzi doganali ta' l-Istati Membri għal importazzjoni fil-Komunità ħielsa mit-taxxa kontra d-damping ma għandhomx jaqbżu dawk stipulat fuq iċ-ċertifikat. Meta l-kwantitajiet stipulati fuq iċ-ċertifikat ikunu maqbuża, iż-żejjed għandu jkun suġġett għat-taxxa u għandu jkun dikjarat taħt il-kodiċi addizzjonali Taric relevanti ta' l-Atikolu 1 (2) 4. Importazzjonijiet akkompanjati b'ċertifikat ta' produzzjoni għandhom ikunu dikjarati taħt il-kodiċi addizzjonali Taric kif ġej: Pajjiż | Manifattur tal-prodott | Kodiċi addizzjonali Taric | Ungerija | Csepel Tubes Co. Ltd (f'likwidazzjoni) | 8521 | Polonja | Huta Batory SA | 8517 | Huta Andrzej SA | 8518 | Huta Czestochowa | 8519 | Huta Jednosc SA | 8520 | Repubblika Ċeka | Válcovny trub Chomutov a.s. | 8507 | Rumanija | Artrom SA | 8508 | Silcotub SA | 8509 | Petrotub SA | 8514 | Republica SA | 8515 | Repubblika Slovakka | Železiarne Podbrezová a.s. | 8516 | Artikolu 3 Ir-rapporti ta' Stati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, għandu jindika għal kull rilaxximent għal ċirkulazzjoni ħielsa, is-sena u xahar ta' importazzjoni, l-NM, Tari u kodiċi addizzjonali Taric, tip ta' qies, pajjiż ta' oriġinu, il-kwantità, il-valur, it-taxxa kontra d-damping, l-Istat Membru ta' importazzjoni u fejn xieraq, in-numru serial taċ-ċertifikat ta' produzzjoni. Artikolu 4 Regolament (KEE) Nru 1189/93 huwa hawnhekk imħasar Artikolu 5 Il-proċeduri għal kontra d-damping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Kroazja hu hawn hekk mitmum. Artikolu 6 L-ammonti żgurati permezz ta' taxxi proviżorji kontra d-damping imposti skond ir-Regolament (KE) Nr 981/97 fuq importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw mir-Russja, Repubblika Ċeka, Rumanija u r-Repubblika Slovakka għandhom ikunu mħollija. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-17 ta' Novembru 1997. Għall-Kunsill Il-President J.-C. Juncker [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2331/96 (ĠU L 317, tas-6.12.1996, p. 1). [2] ĠU L 120, tal-15.5.1993, p. 34. [3] ĠU L 120, tal-15.5.1993, p. 42. [4] ĠU C 253, tal-31.8.1996, p. 25. [5] ĠU C 253, tal-31.8.1996, p. 26. [6] ĠU L 141, tal-31.5.1997, p. 36. [7] Ara paġna 63 ta' dan-il-ĠU. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-elementi essenzali taċ-ċertifikat ta' produzzjoni [1] riferut fl-Artikol 2 (2) (a) In-numru taċ-ċertifikat (b) Identifikazzjoni li turi jekk iċ-ċertifikat huwiex oriġinali. (ċ) Id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat (d) It-test li jmiss "Iċ-ċertifikat ta' produzjoni maħruġ mill-kumpannija skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 għall-esportazzjoni għall-Komunità Ewropea taħt il-Kodiċi addizzjonali Taric ta' ċertu pajpijiet seamless ta' l-istil u tubi." (e) L-isem u l-indirizz sħieħ tal-Kumpannija, u numru ta' identifikazzjoni possibli bħal numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali għal kumpanniji inkorporati. (f) L-isem u l-indirizz sħiħ tal-client tal-Kumpannija fuk-Komunità li qed jimporta l-oġġetti jew l-isem u l-indirizz tal-kummerċjant mhux relatat barra mill-Komunità li qed jesporta l-oġġetti. (g) In-numru ta' l-invoice tal-Kumpannija li għalija qed jirrelata ċ-ċertifikat ta' produzzjoni. (h) Id-deskrizzjoni eżatta ta' l-oġġetti, inklużi: - deskrizzjoni tal-prodott biżżejjed biex tidentifika l-prodotti, li jkunu identiċi għad-deskrizzjoni tal-prodott fuq l-invoice, - Kodiċi NM - kwantità (f'tunnellati metriċi) (i) L-isem ta' l-uffiċjal tal-Kumpannija responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata kif ġej: "Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea ta' l-oġġetti koperti minn dan iċ-ċertifikat qed isir fl-ambitu u taħt it-termini ta' l-impriża mill-(il-kumpannija), u bil-volum permissibli għall-importazzjonijiet duty-free u kontra d-damping fil-Komunità kif stipulat fl-impriża aċċettata mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni 97/790/KE. Jiena niddikjara li l-informazzjoni provduta f'dan iċ-ċertifikat hija kompleta u korretta.'" (j) Spazju għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità. [1] Taħt l-impriża offruta u aċċettata mill-Kummissjoni, kull kaxxa fiċ-ċertifikat se tkun b'erba' lingwi, il-lingwa tal-pajjiż tal-produttur, Ingliż, Franċiż u Ġermaniż. --------------------------------------------------