Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1365

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1365/97 tas-16 ta’ Lulju 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/96 li jadotta miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga fir-Renju Unit

    ĠU L 188, 17.7.1997, p. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1365/oj

    31997R1365



    Official Journal L 188 , 17/07/1997 P. 0006 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1365/97

    tas-16 ta’ Lulju 1997

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/96 li jadotta miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga fir-Renju Unit

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2423/96 [4], li jipprovdi għall-miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali għas-suq taċ-ċanga fir-Renju Unit, partikolarment billi jħallu li produtturi jitħallsu ECU 0,9 kull kilogramm ta’ piż meta l-annimal ikun ħaj għall-annimali maqtula taħt il-programm introdott bir-Regolament; u fejn, fid-dawl ta’ bidliet ta’ prezzijiet fis-suq tar-Renju Unit, dak l-ammont irid ikun aġġustat għall-baqar, u piż massimu irid ikun stabbilit għall-annimali li jikkwalifikaw għall-arrangamenti kkonċernati; u fejn il-piż massimu jrid jiġi stabbilit fid-dawl tal-piż medju tal-baqar; u fejn, għalhekk, il-kontribuzzjoni tal-Komunità f’ecu għal kull annimal irid ikun aġġustat;

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 716/96 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 2

    1. Il-prezz li jrid jitħallas lill-produtturi jew lill-aġenti mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit skond l-Artikolu 1(1) għandu jkun:

    - ECU 0,8 kull kilogramma piż kull annimal ħaj għall-baqar,

    - ECU 0,9 kull kilogramma piż kull annimal ħaj għall-annimali oħrajn.

    L-ebda pagament ma jingħata għall-piż iżjed minn 560 kilogrammi ta’ piż kull annimal ħaj, ikkalkulat fejn neċessarju billi jintuzaw il-koeffiċjenti msemmijin fil-paragrafu 2.

    2. Billi huwa neċessarju li l-annimal kkonċernat jintiżen wara li jinqatel, biex b’hekk jiġi kkalkulat x’kien se jkun il-piż ta’ l-annimal ħaj, il-piż ta’ l-annimal mejjet wara li jitneħħew id-demm u l-ġilda, ir-ras, is-saqajn u l-interjuri għandu jiġi mmultiplikat b’ koefficjent ta’:

    - 2 fil-każ tal-baqar,

    - 1,70 fil-każ ta’ kull annimal ieħor.

    3. Il-Komunità se tħallas parti milli ntefaq mir-Renju Unit għax-xiri msemmijin taħt l-Artikolu 1(1) b’rata ta’ ECU 291 kull ras fil-każ tal-baqar u ECU 328 kull ras fil-każ ta’ annimal ieħor li mhux baqra għal kull annimal li jinxtara li jiġi distrutt skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1.

    Iżda ammont ekwivalenti għal 80 % tal-kontribut tal-Komunità se jiġi avvanzat u dan jitħallas wara li l-annimal ikkonċernat ikun ġie meqrud b’mod konformi ma’ l-Artikolu 1(2).

    4. Jekk ix-xiri msemmi fl-Artikolu 1(1) jinvolvi annimal ta’ l-ifrat maskil ikkastrat, il-pagament tal-prezz sħiħ imsemmi fil-‘paragrafu 1 għandu jittieħed bil-kondizzjoni li ebda applikazzjoni għall-primjum ta’ deseasonalization kif imsemmi fl-Artikolu 4ċ tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 ma jkun sar għall-annimal li kien mibjugħ.

    Il-produttur jew l-aġent irid jara li jkun ċert li dan il-primjum ma jkunx mitlub għall-annimal imsemmi.

    Jekk din l-obbligazzjoni ma tkunx mogħtija, l-ammont tal-prezz li jrid jkun imħallas skond il-paragrafu 1 għall-annimal imsemmi għandu jkun imnaqqas b’ammont ekwivalenti għall-ammont applikabbli tal-primjum ta’ deseasonalization. Jekk applikazzjoni għal dan il-primjum hi ppreżentata għal dan l-annimal, il-produttur ikkonċernat huwa obbligat jirrifondi mill-prezz li rrċieva għall-annimal ammont ekwivalenti għall-primjum applikabbli ta’ deseasonalization. F’dawn iż-żewġ każi, ir-rata tal-kontribut tal-Komunità li hemm ipprovdut fil-paragrafu 3 għandu jitnaqqas b’ammont ekwivalenti għall-primjum applikabbli ta’ deseasonalization.

    5. Ir-rata ta’ tisrif li trid tapplika se tkun ir-rata ta’ agrikoltura valida fl-ewwel jum tax-xahar li fih l-annimal imsemmi ġie mixtri."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Ikun japplika għall-annimali li nxtraw mill-4 ta’ Awissu 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 50.

    [3] ĠU L 99, ta’ l-20.4.1996, p. 14.

    [4] ĠU L 329, tad-19.12.1996, p. 43.

    --------------------------------------------------

    Top