This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R1239
Commission Regulation (EC) No 1239/97 of 30 June 1997 amending Regulation (EEC) No 700/88 laying down detailed rules for the application of the arrangements for the import into the Community of certain floricultural products originating in Cyprus, Israel, Jordan and Morocco
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/97 tat-30 ta’ Ġunju 1997 li jemenda Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti florikulturali ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan u l-Marokk
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/97 tat-30 ta’ Ġunju 1997 li jemenda Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti florikulturali ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan u l-Marokk
ĠU L 173, 1.7.1997, p. 71–73
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Official Journal L 173 , 01/07/1997 P. 0071 - 0073
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/97 tat-30 ta’ Ġunju 1997 li jemenda Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti florikulturali ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan u l-Marokk IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta’ Diċembru 1987 li jagħmel kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji tad-dwana preferenzjali fuq importazzjoni ta’ ċerti fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’Gaża [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 539/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 5(1) tiegħu, Billi r-Regolament (KE) Nru 539/96 jestendi t-trattament preferenzjali stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 4088/87 biex jaqtgħu l-fjuri li ġejjin mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża; billi r-regoli dettaljati li adotta bir- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 700/88 tas-17 ta’ Marzu 1988 [3], kif emendat bir- Regolament (KEE) Nru 2917/93 [4], li għandu jkun emendat skond dan; Billi l-Ġermanja żviluppat swieq ta’ importazzjoni li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala rappreżentattivi biex tapplika l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87, transazzjonijiet sinifikanti tal-kummerċ li jiġu minn dawn is-swieq u kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet u kwantitajiet li hemm disponibbli kuljum; billi dawk is-swieq iridu jiżdiedu mal-lista fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 700/88; Billi l-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità huma kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ kuljum irreġistrati fuq kull suq ta’ produtturi rappreżentattivi għal kull varjetà pilota, i.e. il-varjetajiet li huma negozjati l-aktar; billi xi wħud mill-varjetajiet tilfu s-sinifikat ta’ kummerċ ta’ qabel u ġew mibdula b’oħrajn; billi l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 700/88 irid jiġi aġġornat; billi l-Anness II hu għall-informazzjoni biss; għalhekk m’hemmx bżonn li jinżamm fir-Regolament; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pjanti Ħajjin, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 700/88 huwa emendat b’dan li ġej: 1. It-titolu huwa mibdul bi: "Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 700/88 tas-17 ta’ Marzu 1988 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-florikultura li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża." 2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 Għal kull wieħed mill-erba’ prodotti, qronfol uniflorous (bloom) u qronfol multiflorous (spray), ward bil-fjuri kbar u ward bil-fjuri żgħar, imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità jiġu stabbiliti għall-perjodi ta’ ġimagħtejn konsekuttivi b’riferenza għall-prezzijiet ta’ kuljum irreġistrati f’kull suq ta’ produtturi rappreżentattivi ta’ kull wieħed mill-varjetà pilota li hemm fl-Anness. Varjetajiet pilota għandhom jittieħdu bħala dawk il-varjetajiet li huma mibjugħa fl-akbar kwantitajiet fis-swieq imsemmijin hawn fuq. Rigward qronfol uniflorous (bloom) u qronfol multiflorous (spray), il-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità jridu jiġu stabbiliti għat-tipi ta’ bloom u spray, rispettivament. Il-prezzijiet ta’ kuljum għall-varjetajiet pilota msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu rreġistrati għall-prodotti ta’ kwalità Klassi I, iddefinit wara l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 (2), mingħajr ma jingħata każ tal-kodiċi tat-tul; l-ispejjeż għal dak li għandu x’jaqsam mal-preżentazzjoni tal-prodotti għandhom ikunu inklużi fil-prezz irreġistrat. Biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Komunità, ma għandux jingħata każ tal-prezzijiet ta’ kuljum jekk fuq suq rappreżentattiv ikunu 40 % jew aktar jew inqas mill-prezz medju rreġistrat fl-istess perjodu fuq l-istess suq fuq it-tliet snin ta’ qabel. It-tisrif f’ecus tal-prezzijiet kkommunikati mill-Istati Membri għandu jsir bir-rata ta’ tisrif agrikolu applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu kkonċernat ta’ ġimagħtejn." 3. L-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 2 Is-swieq tal-produttur rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87 għandu jkun bħal li ġej: —Il-Ġermanja: | Neuss, | —Franza: | Hyeres, Rungis, Regjun Val-de-Loire-Bretagne, | —Spanja: | Barċellona, Murica, | —L-Italja: | Pescia, San Remo, | —In-Nederlands: | Alsmeer, Veiling Olanda." | 4. L-Artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 3 Is-swieq ta’ importazzjoni rappreżentattivi msemmijin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87 ġħandhom ikunu: —Il- Ġermanja: | Koln, Neuss, Frankfurt-am-Main, Straelen, | —Franza: | Rungis, | —In-Nederlands: | Aalsmeer, Veiling Olanda, | —Ir-Renju Unit: | Covent Garden. | Swieq ta’ importazzjoni li fihom isiru transazzjonijiet sinifikanti li jinvolvu wieħed mill-prodotti u hemm irreġistrat wieħed mill-postijiet ta’ oriġini msemmi huma kkunsidrati bħala rappreżentattivi." 5. L-Artikolu 4 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 4 Kull suq ta’ importazzjoni rappreżentattiv ta’ kull wieħed mill-erba’ prodotti msemmijin fl-Artikolu 1, u għal kull wieħed mill-postijiet ta’ origini li ġejjin: Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’Gaża, prezzijiet għall-prodotti importati għandhom ikunu rreġistrati għal kull fjura kull jum ta’ suq fl-istat ta’ importazzjoni bl-ingrossa, u l-prezz għandu jinkludi d-dazju ta’ dwana." 6. L-Anness I u II huma mibdula b’dan l-Anness li ġej. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fis-seba’ jum minn wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 382, tal-31.12.1987, p. 22. [2] ĠU L 79, tad-29.3.1996, p. 6. [3] ĠU L 72, tat-18.3.1988, p. 16. [4] ĠU L 264, tat-23.10.1993, p. 33. -------------------------------------------------- ANNESS VARJETÀ PILOTA Ward bil-fjur kbir Il-Ġermanja: | First Red, Papillon, Konfetti | Franza: | Royal Red, First Red, Anna, Noblesse, Greta, Vivaldi, Texas | Spanja: | Dallas | L-Italja: | Dallas, Anna, Texas | l-Olanda: | First Red, Prophyta, Madelon, Red Velvet, Bianca | Ward bil-fjuri żgħar Il-Ġermanja; | Jazz, Frisco | Franza: | Mercedes, Lambada, Candia | Spanja: | Mercedes, Golden Times | L-Italja: | Mercedes, Monella | l-Olanda: | Frisco, Escimo, Lambada, Kiss, Gabrielle, Sacha | --------------------------------------------------