Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0896

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/97 ta' l-20 ta' Mejju 1997 li jemenda u jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1663/95 li jistabbilixi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 729/70 fejn għandha x'taqsam il-proċedura għall-clearance tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG

    ĠU L 128, 21.5.1997, p. 8–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0885

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/896/oj

    31997R0896



    Official Journal L 128 , 21/05/1997 P. 0008 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/97

    ta' l-20 ta' Mejju 1997

    li jemenda u jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1663/95 li jistabbilixi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 729/70 fejn għandha x'taqsam il-proċedura għall-clearance tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEI,

    Wara l-kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 (3) tiegħu,

    Billi, skond l-Artikolu 5 (2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, il-Kummissjoni għandha tikklerja l-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament qabel it-30 ta' April tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja interessata;

    Billi d-deċiżjonijiet dwar il-clearance tal-kontijiet riferiti fl-Artikolu 5 (2)(b) tar-Regolament 94/729/KE [3] irid ikollhom x'jaqsmu biss ma' l-integralità, il-korrettezza u l-veraċità tal-kontijiet trasmessi; billi l-impożizzjoni ta' imposti u r-riġettazzjoni definittiva tan-nefqa, l-avvanzi li kontra tagħhom kienu ġew imnaqqsa jew sospiżi, b'mod partikolari skond l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/729/KE dwar id-dixxiplina ta' l-estimi finanzjarji u/jew l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta' Frar 1996 dwar l-informazzjoni li trid tiġi mibgħuta mill-Istati Membri u l-prenotament ta' kull xahar tan-nefqa ffinanjzata skond it-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu dwar Gwida u Garanziji (FAEGG) u li jħassru r-Regolament (KEE) Nru 2776/88 [4] u/jew imnaqqsa skond l-Artikolu 4 (3) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu deċiżi biss sossegwentement skond l-Artikolu 5 (2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70; billi sabiex tiġi pprevenuta n-nefqa li tkun ġiet imnaqqsa jew sospiża milli tiġi ffinanzjata qabel iż-żmien jew proviżorjament bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 [5], dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu addattati;

    Billi huwa meħtieġ illi jiġi kkorreġut żball sostanzjali fil-verżjoni fl-ilsien Franċiż dwar ir-Regolament (KE) Nru 1663/95;

    Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 7 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 huwa hawnhekk mibdul b'li ġej:

    "1. Id-deċiżjonijiet dwar il-clearance tal-kontijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 (2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 għandhom, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda sossegwentement skond il-paragrafu 2 (ċ) ta' dan l-Artikolu, jistabbilixxu l-ammont tan-nefqa effettwat f'kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja fil-kwistjoni li għandha tiġi magħrufa bħala li hija għall-karigu tal-FAEGG fuq il-bażi tal-kontijiet riferiti fl-Artikolu 5 (1)(b) ta' dan ir-Regolament u r-riduzzjonijiet fl-avvanzi u s-sospensjonijiet tagħhom fejn għandha x'taqsam is-sena finanzjarja interessata, inklużi r-riduzzjonijiet riferiti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [6].

    L-ammonti illi, skond id-deċiżjonijiet dwar il-clearance tal-kontijiet riferiti fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jiġu rkuprati minn, jew pagabbli lil kull Stat Membru, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-avvanzi mħallsa matul is-sena finanzjarja fil-kwistjoni min-nefqa magħrufa għal din is-sena skond l-ewwel subparagrafu. Dawk l-ammonti għandhom jiġu mnaqqsa minn, jew miżjuda ma', l-avvanzi dwar in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tittieħed id-deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet."

    L-Artikolu 2

    (jirrigwarda biss il-verżjoni fl-ilsien Franċiż)

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-20 ta' Mejju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 94, tat-28. 4. 1970, p. 13.

    [2] ĠU L 125, tat-8. 6. 1995, p. 1.

    [3] ĠU L 293, tat-12. 11. 1994, p. 14.

    [4] ĠU L 39, tas-17. 2. 1996, p. 5.

    [5] ĠU L 158, tat-8. 7. 1995, p. 6.

    [6] ĠU L 39, tas-17. 2. 1996, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top