Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0613

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/97 tat-8 ta' April 1997 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 f'dak li għandu x' jaqsam mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' pagamenti ta' kumpens permezz ta' l-iskema ta' l-għajnuna għall-produtturi tar-ross

    ĠU L 94, 9.4.1997, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2003; Imħassar b' 32003R2237

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/613/oj

    31997R0613



    Official Journal L 094 , 09/04/1997 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/97

    tat-8 ta' April 1997

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 f'dak li għandu x' jaqsam mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta' pagamenti ta' kumpens permezz ta' l-iskema ta' l-għajnuna għall-produtturi tar-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], u partikolarment l-Artikoli 8, 21 u 25 (5) tiegħu,

    Billi r-Regolament (KE) Nru 3072/95 jistabbilixxi li l-produtturi tar-ross tal-Komunità jistgħu jitolbu pagament ta' kumpens taħt ċertu kondizzjonijiet; billi r-regoli dettaljati għall-applikar ta' din l-iskema jridu jkunu stabbiliti, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-sistema ta’ l-amministrazzjoni integrata u l-kontroll għal ċerti skemi ta' l-għajnuna tal-Komunità [2], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2466/96 [3], u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' l-amministrazzjoni integrata u l-kontroll għal ċerti skemi ta' l-għajnuna tal-Komunità [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2015/95 [5];

    Billi l-miżuri speċifiċi għall-Guiana Franċiza u l-Portugall għandhom ikunu stabbiliti sabiex jittieħed konsiderazzjoni tal-perjodi differenti taż-żriegħ;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 ma fih l-ebda regola speċifika dwar id-data finali sa meta l-għajnuna taż-żona trid tiġi mitluba fis-settur tar-ross; billi skadenzi transitorji għandhom għalhekk ikunu stabbiliti għas-sena tas-suq 1997/98;

    Billi l-Kummissjoni għandu jkollha l-informazzjoni statistika meħtieġa fi żmien suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-iskala tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat; billi l-Istati Membri għandhom din l-informazzjoni permess ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati mill-produtturi; billi għandha għalhekk issir disposizzjoni għan-notifika standardizzata u perjodika i tal-Kummissjoni mill-Istati Membri li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa; billi kull tnaqqis fil-pagament ta' kumpens għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri;

    Billil-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkoreġu n-notifiki tagħhom b'mod li r-rati tat-tnaqqis stabbiliti mill-Kummissjoni jikkorrispondu mal-pożizzjoni attwali; billi l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi wkoll li tirranġa, jekk meħtieġ, ir-rati inizjalment adottati in vista tal-korrezzjoni mibgħuta mill-Istati Membri; billi, b'danakollu, minħabba ċ-ċertezza legali, l-applikazzjoni ta' dan il-mekkanizmu ta' korrezzjoni għandu jkun soġġett għar-restrizzjonijiet taż-żmien;

    Billi hija parti essenzjali mill-iskema li ż-żoni mhux inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni ma jistgħux jikkwalifikaw għall-pagamenti ta' kumpens;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-pagamenti ta' kumpens li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet stabbiliti bħala parti mis-sistema ta' l-amministrazjoni u l-kontroll integrat kif previst mir-Regolamenti (KEE) Nru 3508/92 u (KEE) Nru 3887/92.

    L- Artikolu 2

    Kull qatgħa kkoltivata m'għandhiex tkun soġġetta għal aktar minn applikazzjoni waħda għall-pagament ta' kumpens permezz tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u m'għandhiex tkun soġġetta għall-ebda applikazzjoni għall-għajnuna oħra.

    Fil-Guiana Franċiza, il-pagament ta' kumpens għandu jingħata fuq il-bażi ta' żona medja miżrugħa f' kull waħda minn żewġ ċikli taż-żriegħ.

    L- Artikolu 3

    Il-pagament ta' kumpens għandu jingħata għal żoni:

    - li ġew utilizzati interament, li fuqhom sar ix-xogħol ta' koltivazzjoni normali kollu u li fuqhom ir-ross fjorixxa,

    - li kienu soġġetti ta' l-applikazzjoni għal mill-inqas 0,3 ha, meta kull qagħta ikkoltivata teċċedi d-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membru.

    L- Artikolu 4

    1. Sabiex tikkwalifika għall-pagament, iż-żona għandha tinżergħa mill-anqas sal-31 ta' Mejju ta' qabel il-ħsadin kwistjoni, minbarra fil-Portugall, meta d-data finali għandha tkun it-30 ta' Ġunju.

    Fil-Guiana Franċiza, iż-żoni jridu jinżergħu għal kull wieħed miż-żewġ ċikli taż-żriegħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru u t-30 ta' Ġunju ta' qabel il-ħsadin kwistjoni. Franza għandha tagħmel kontroll sħiħ taż-żoni miżrugħa fiċ-ċiklu ta' Diċembru.

    2. Għas-sena tas-suq 1997/98, id-dati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala addizzjonali għall-iskadenzi msemmija fl-:

    - Artikolu 6 (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92,

    - Artikolu 4 (2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92.

    L- Artikolu 5

    B'żieda mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92, l-applikazzjoni għall-pagament ta' kumpens għandha tispeċifika l-varjetà miżrugħa.

    L- Artikolu 6

    1. l-Istati Membri għandhom jibagħtu lejn il-Kummissjoni sal-15 ta' Settembru l-aktar tard l-informazzjoni għal kull żona fuq il-bażi indikata fit-tabella annessa hawnhekk.

    Id-daqs ta' kull tnaqqis permezz ta' l-Artikolu 6 (5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandu jkun stabbilit qabel is-16 ta' Ottubru skond dik id-disposizzjoni u wara l-ivverifikar ta' l-informazzjoni t'hawn fuq.

    2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu korretti mill-Istati Membri wara l-15 ta' Settembru, sakemm in-notifiki li jkun fihom il-korrezzjonijiet jilħqu l-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur minn dik id-data. Mhux aktar tard mit-tmiem ta' dak il-perjodu ta' erba’ xhur, u skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, terġa’ tikkalkula d-daqs tat-tnaqqis stabbilit permezz ta' l-Artikolu 6 (5) ta' dak ir-Regolament, bl-użu ta’ data korretta u vverifikata.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jimplimentaw ir-rati tat-tnaqqis emendati, kif xieraq, billi jħallsu l-produtturi konċernati jew li jirkupraw minn għandhom id-differenza bejn il-pagament ta' kumpens tal-bidu u l-pagament li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata emendata tat-tnaqqis. L-irkupru għandu jsir skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92.

    Jekk pagament ta' kumpens addizzjonali jsir dovut b'riżultat tan-notifika kkoreġuta minn Stat Membru, dan għandu jitħallas qabel il-31 ta' Marzu segwenti.

    3. Iż-żoni miżrugħa bir-ross li ġew inkluzi mill-Istat Membru fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-korrezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 biss jistgħu jikkwalifikaw għall-pagamenti ta' kumpens.

    4. Qabel il-15 ta' Marzu jew, meta jkunu saru l-korrezzjonijiet, il-15 ta' Mejju wara l-bidu ta' kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw iż-żoni li fir-rigward tagħhomikun sar pagament ta' kumpens.

    L- Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Mejju 1997 bil-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    L- Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 8 ta' April 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

    [2] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 1.

    [4] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36.

    [5] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 2.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top