Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0476

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 476/97 tat-13 Marzu 1997 li jemenda, għal dak li għandu x’jaqsam mat-territorju statistiku, Regolament (KE) Nru 1172/95 dwar l-istatistika tal-kummerċ tal-Komunità u l-Istati Membri ma’ pajjiżi li mhumiex membri.

    ĠU L 75, 15.3.1997, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0471

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/476/oj

    31997R0476



    Official Journal L 075 , 15/03/1997 P. 0001 - 0001


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 476/97

    tat-13 Marzu 1997

    li jemenda, għal dak li għandu x’jaqsam mat-territorju statistiku, Regolament (KE) Nru 1172/95 dwar l-istatistika tal-kummerċ tal-Komunità u l-Istati Membri ma’ pajjiżi li mhumiex membri.

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi r-Repubblika Franċiża ddeċidiet li tinkludi d-dipartimenti barranin fit-territorju statistiku ta' Franza mill-1 ta' Jannar 1997;

    Billi r-Renju ta' Spanja ddeċieda li jinkludi l-Gżejjer Kanarji fit-territorju statistiku ta' Spanja mill-istess data;

    Billi d-definizzjoni ta' territorju statistiku tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1172/95 [1] u l-isfera ta' applikazzjoni tal-istatistika li għandha x’taqsam mal-kummerċ tal-Komunità u l-Istati Membri ma’ pajjiżi li mhumiex membri kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi jeħtieġ jinbidel,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1172/95 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikolu 3(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "2. B'deroga mill-paragrafu 1, it-territorju statistiku tal-Komunità għandu jinkludi Helgoland.";

    2. it-tieni paragrafu ta' Artikolu 4(1) huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ser jiġi fis-seħħ fis-seba’ jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1997.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Marzu 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Patijn

    [1] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top