Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0788

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 1997 dwar l-ekwivalenza tal-kontrolli rigward il-prattiċi għaż-żamma tal-varjetajiet imwettqa f’pajjiżi terzi

    ĠU L 322, 25.11.1997, p. 39–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/788/oj

    31997D0788



    Official Journal L 322 , 25/11/1997 P. 0039 - 0043


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta’ Novembru 1997

    dwar l-ekwivalenza tal-kontrolli rigward il-prattiċi għaż-żamma tal-varjetajiet imwettqa f’pajjiżi terzi

    (97/788/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1)(b) tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex ta’ l-ikel [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1)(b) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi, bid-Deċiżjoni 92/420/KEE [3], il-Kunsill innota illi l-kontrolli uffiċjali dwar il-prattiċi għaż-żamma tal-varjetajiet imwettqa f’ċerti pajjiżi terzi offrew l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri; billi d-Deċiżjoni msemmija skadiet fit-30 Ġunju 1997;

    Billi jidher illi l-kontrolli msemmija hawn fuq imwettqa fil-pajjiżi terzi riferiti fid-Deċiżjoni 92/420/KEE, mingħajr preġudizzju għall-fatt illi dik li qabel kienet ir-"Repubblika Federali Ċeka u Slovakka" ġiet sostitwita bir-"Repubblika Ċeka" u r-"Repubblika Slovakka", jissoktaw ikunu kapaċi joffru l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri;

    Billi, fil-każ tar-Repubblika tal-Korea, koperta bid-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, ġie mitlub iktar tagħrif; billi kien mitlub ukoll iktar tagħrif mingħand ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja;

    Billi huwa għalhekk approprjat, fil-każ ta’ dawn il-pajjiżi, li jiġi konċess perjodu iqsar taż-żmien ta’ ekwivalenza sabiex jingħata ż-żmien għalbiex dan it-tagħrif jiġi fornit u stmat;

    Billi, fil-każ ta’ ċerti pajjiżi, eżami tal-kondizzjonijiet li fuqhom il-kontrolli uffiċjali dwar il-prattiċi għaż-żamma ta’ varjetajiet ta’ speċi addizzjonali wera illi dawn il-kontrolli jagħtu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri;

    Billi l-ekwivalenza mogħtija lil dawn il-pajjiżi għandha tiġi estiża għal dawn l-ispeċi addizzjonali;

    Billi jidher mingħajr skop li tissokta l-ekwivalenza konċessa rigward ir-Repubblika tal-Bosnia-Herzegovina billi l-ebda varjetà ta’ interess Komunitarju ma hija miżmuma hawnhekk;

    Billi din id-Deċiżjoni bl-ebda mod ma tipprevieni milli jiġu rrevokati s-sejbiet Komunitarji dwar l-ekwivalenza jew li tiġi rrifjutata l-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-validità meta l-kondizzjonijiet li fuqhom huma bbażati ma jkunux, jew ma jibqgħux, sodisfatti; billi, għal dan il-għan, għandu wkoll jinkiseb iktar tagħrif prattiku dwar iż-żerriegħa tal-varjetajiet li jkunu qegħdin jinżammu fil-pajjiż terz interessat meta jitwettqu t-testijiet komparattivi Komunitarji;

    Billi wħud mid-dispożizzjonijiet tekniċi u amministrattivi fl-Anness jistgħu jkunu bla ħsara għal aġġustament ta’ spiss; billi, sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura li fil-preżent tirregola l-emendi għall-Anness, għandu jkun hemm rikors għall-proċedura tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Il-kontrolli uffiċjali dwar il-prattiċi għaż-żamma tal-varjetajiet imwettqa fil-pajjiżi mill-awtoritajiet elenkati fl-Anness għall-ispeċi koperti bid-Direttivi elenkati fiha u li jirrigwardaw il-pajjiżi msemmija għandhom ikunu kapaċi joffru l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 2

    L-aġġustamenti tekniċi u amministrattivi li jridu jsiru għall-Anness, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirrigwardaw l-ewwel kolonna tat-tabella, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 70/457/KEE u fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 70/458/KEE.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 1997 sat-30 ta’ Ġunju 1999 fil-każ tar-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u mill-1 ta’ Lulju 1997 sat-30 ta’ Ġunju 2002 fil-każ tal-pajjiżi l-oħra elenkati fl-Anness.

    L-Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 Novembru 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Boden

    [1] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    [2] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10).

    [3] ĠU L 231, tat-13.8.1992, p. 22.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Country | Authority responsible for carrying out checks | EEC Directives |

    AR | Ministerio de Economía y Obras y Servicios Públicos Secretaría de Agricultura, Ganadería y Pesca Instituto Nacional de Semillas Buenos Aires | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    AU | Commonwealth Department of Primary Industries and Energy Canberra | 66/401 69/208 70/458 |

    BG | Semena i Possadchen Material Sofia | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    CA | Plant Products Division Division des Produits végétaux Nepean Ontario | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    CH | Eidgenössische Forschungsanstalt für Landwirtschaftlichen Pflanzenbau Reckenholz Zürich Station fédérale de recherches en production végétale de | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    CL | Servicio Agrícola y Ganadero Departamento de Semillas Santiago | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    CZ | Ustredni kontrolni a zkusebni ustav zemedelsky v Brne Odbor osiva a sadby Praha Central Institute for Supervising and Testing in Agriculture Department of seed testing | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    HR | Bc Institute for Breeding and Production of Field Crops Zagreb | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    HU | Orszagos Mezogazdasagi Minosito Intézet National Institute for Agricultural Quality Control | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    IL | Ministry of Agriculture Plant Protection Services and Inspection PO Box 78 Bet-Dagan 50250 Israël | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    JP | Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries 1-2-1 Kasumigaseki Chiyodaku Tokyo | 70/458 |

    KR | Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries Vegetables Division Seoul | 70/458 |

    MA | Ministère de l'agriculture et de la mise en valeur agricole Direction de la protection des végétaux des contrôles techniques et e la répression des fraudes | 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    NZ | Ministry of Agriculture Te Manatu Ahuwhenua Aotearoa MAF Regulatory Authority Wellington | 66/401 |

    PL | Inspekcja Nasienna Centralny Inspektorat Seed Inspection Service General Inspectorate Warszawa | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    RO | Ministry of Agriculture and Food Control and Inspections Department Bucharest | 69/208 |

    SI | Kmetijski Institut Slovenije Agricultural Institute of Slovenia Ljubljana | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    SK | Ustredny Kontrolny a Skusobny Ustav Polnohospodarsky Bratislava | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    TW | Council of Agriculture, Food and Agriculture Department Taipei | 70/458 |

    US | United States Department of Agriculture Agricultural Research Service Beltsville, Maryland | 66/400 66/401 66/402 69/208 70/458 |

    UY | Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca Dirección General de Servicios Agronómicos Dirección Granos Unidad Ejecutora de Semillas Montevideo | 66/400 66/401 66/402 69/208 |

    YU | Savezno Ministarstvo za Poljoprivredu Federal Ministry of Agriculture Beograd | 66/402 |

    ZA | Department of Agriculture Directorate of Plant and Quality Control Pretoria | 66/401 66/402 69/208 |

    --------------------------------------------------

    Top