EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0736

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar l-importazzjoni ta’ l-annimali ħajjin, laħam frisk u prodotti tal-laħam mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Groenlandja li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEETest b’relevanza ŻEE

ĠU L 295, 29.10.1997, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/736/oj

31997D0736



Official Journal L 295 , 29/10/1997 P. 0037 - 0038


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Ottubru 1997

dwar l-importazzjoni ta' l-annimali ħajjin, laħam frisk u prodotti tal-laħam mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-Groenlandja li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE

(Test b'relevanza ŻEE)

(97/736/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi marbuta mas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat u l-majjali kif ukoll laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi ([1]), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/91/KE ([2]), u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE ([3]), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/160/KE ([4]), tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tal-majjali, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam;

Billi, wara l-missjoni veterinarja mill-Komunità, jidher li r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja hija mgħammra b'servizzi veterinarji mibnija u organizzati tajjeb; billi l-pjan tar-residwi ġie ppreżentat u miftiehem mill-Istati Membri;

Billi l-vaċċinazzjoni kontra d-deni klassiku fil-majjali hija mwettqa fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavia; billi d-deni klassiku fil-majjali jista' jseħħ minn żmien għal żmien; billi, għalhekk, l-importazzjoni tal-majjali minn dak il-pajjiż m'għandhiex għalhekk tkun awtorizzata;

Billi r-Repubblika Federali tal-Jugoslavia għandha tiżdied mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam;

Billi l-Groenlandja għandha tiżdied mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' nagħaġ u mogħoż;

Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE għanda tkun emendata kif xieraq;

Billi l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, tal-majjali, tar-razza taż-żwiemel, tan-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk kif ukoll prodotti tal-laħam għandhom jiġu stabbiliti f'deċiżjonijiet oħra skond is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fil-pajjiżi terzi kkonċernati;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja ta':

(a) l-annimali ħajjin, apparti milli l-majjali;

(b) laħam frisk mill-ispeċi ta' l-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tal-majjali u dawk ta' difer wieħed; u

(ċ) l-prodotti tal-laħam.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Groenlandja ta' l-annimali ta' l-ispeċi tan-nagħaġ u l-mogħoż.

3. L-importazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iwettqu l-kriterji relevanti dwar l-annimali u s-saħħa tagħhom.

Artikolu 2

Il-Parti I ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1) Il-linja li ġejja għandha tiddaħħal bi qbil ma' l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO:

FY |Repubblika Federali tal-Jugoslavja

|x |x |x |x |x |x |x |x |o |x |(1) | | |XR | | |

2) Il-linja

| | | | | | | | | | | | | | | | | |GL |Groenlandja

|x |x |o |x |x |x |o |o |o |x |(1) | | |XR | | |hija mibdula bi

| | | | | | | | | | | | | | | | | |GL

|Groenlandja |x |x |o |x |x |x |o |x |o |x |(1) | | |XR | | |

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

14 ta' Ottubru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31. 12. 1972, p. 28.

[2] ĠU L 13, tas-16. 1. 1997, p. 26.

[3] ĠU L 146, tal-14. 6. 1979, p. 15.

[4] ĠU L 62, tal-4. 3. 1997, p. 39.

Top