Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0630

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1997 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ekonomika għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, l-Ġeorgia, mill-parti l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ

    ĠU L 262, 24.9.1997, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/630/oj

    31997D0630



    Official Journal L 262 , 24/09/1997 P. 0006 - 0006


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Ġunju 1997

    dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ekonomika għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, l-Ġeorgia, mill-parti l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ

    (97/630/KEFA, EC, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 (1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 101(2) tiegħu,

    Billi, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta' April 1996, huwa xieraq li tapprova il-Ftehim Interim iffirmat fi Tbilisi fil-5 ta' Ottubru 1996 bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, u l-Georgia, mill-parti l-oħra dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ,

    Billi l-konklużjoni tal-Ftehim Interim hi meħtieġa biex tilħaq l-oġġettivi tal-Komunità mniżżla fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat li jwaqqfu l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u billi t-Trattat m'għamilx disposizzjonijiet għall-każi kollha koperti b'din id-Direttiva;

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv u bl-approvazzjoni tal-Kunsill, mogħtija fid-29 ta' April 1997,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti l-waħda, u l-Georgia, mill-parti l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, flimkien mal-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Dawn it-testi huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni [1]

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 32 tal-Ftehim Interim għan-nom tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques Santer

    Il-President

    [1] ĠU L 129, tal-21.5.1997, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top