Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0594

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 1997 fuq l-aġġornament ta' l-ammonti speċifikati fir-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

    ĠU L 239, 30.8.1997, p. 54–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2002; Impliċitament imħassar minn 32002R2342

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/594/oj

    31997D0594



    Official Journal L 239 , 30/08/1997 P. 0054 - 0055


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-30 ta' Lulju 1997

    fuq l-aġġornament ta' l-ammonti speċifikati fir-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

    (97/594/KEFA, KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara l ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,

    Wara l ikkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tad-9 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Dicembru 1977 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 145 tiegħu,

    Billi l-indiċi tal-prezz tal-konsumatur (EUR 15) kien 136,77 f'Diċembru 1992, 141,40 f'Diċembru 1993, 145,70 f'Diċembru 1994 u 150,00 f'Diċembru 1995;

    Billi, skond l-Artikolu 145 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93, l-ammonti fissi speċifikati f'dak ir-Regolament għandhom ikunu adattati b'effett mill-1 ta' Jannar 1997,

    IDDEĊIDIET KIF GEJ:

    Artikolu 1

    L-ammonti fissi speċifikati fir-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 għandhom ikunu aġġornati kif ġej b'effett mill-1 ta' Jannar 1997:

    INDIĊJAR TLETT DARBIET FIS-SENA

    (ECU) |

    | fl-1 ta' Jannar 1994. | fl-1 ta' Jannar 1997. |

    L-Artikoli 81 u 130 | 350 | 400 |

    L-Artikolu 109 l-ewwel inċiż | 900 | 1000 |

    L-Artikolu 109, it-tieni inċiż | 2400 | 2600 |

    L-Artikolu 31, it-tielet inċiż | 3300 | 3600 |

    L-Artikolu 132(1)(a) | 7000 | 7700 |

    Artikolu 106 | 12000 | 13200 |

    L-Artikolu 110 it-tieni inċiż (ċ) | 30000 | 32900 |

    Artikolu 107 | 42000 | 46000 |

    L-Artikolu 110 it-tieni inċiż (b) | 90000 | 98700 |

    Artikolu 108 | 300000 | 329000 |

    L-Artikolu 132(1)(b) | 340000 | 372900 |

    L-Artikolu 110 it-tieni inċiż (a) | 420000 | 460000 |

    INDIĊJAR ANNWALI

    (ECU) |

    | fl-1 ta' Jannar 1994. | fl-1 ta' Jannar 1997. |

    | |

    Uffiċjal tal-Kontijiet | L-Artikolu 31, l -ewwel inċiż | 120 | 131 |

    Assistent Uffiċjal tal-Kontijiet | L-Artikolu 31, it-tieni inċiż | 80 | 87 |

    Amministraturi ta' l-Imprest | L-Artikolu 31, it-tielet inċiż | 40 | 44 |

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Komunità mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Komunità.

    Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 315, tas-16.12.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top