EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0222

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 1997 li tistipula l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħamTest b’relevanza għall-Ftehim EE

ĠU L 89, 4.4.1997, p. 39–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/06/2005; Imħassar b' 32005D0432

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/222/oj

31997D0222



Official Journal L 089 , 04/04/1997 P. 0039 - 0046


Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Frar 1997

li tistipula l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam

(Test b’relevanza għall-Ftehim EE)

(97/222/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, majjali, ovini u kaprini, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/91/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 21(a) u 22 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992, li tippreskrivi l-ħtiġiet għas-saħħa ta’ l-annimali u għas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux suġġetti għall-ħtiġiet imsemmija preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità riferiti fl-Anness A (I) li jinsab mad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, mad-Direttiva 90/425/KEE [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/90/KE [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(ċ),

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [5], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/160/KE [6] tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw, fost l-oħrajn, importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin minn laħam li joriġina minn annimali bovini, majjali, solipedi, ngħaġ u mogħoż,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KE [7] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/92/KE [8] tistipula listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jimportaw prodotti tal-laħam minn annimali bovini, majjali, equidae, ngħaġ u mogħoż;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [9] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/2/KE [10] tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur; billi din il-lista tapplika ukoll għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin mil-laħam tat-tjur;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/86/KE [11] kif emendata minn Deċiżjoni 96/137/KE [12] tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur selvaġġi, billi din il-lista tapplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur selvaġġi;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE [13] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/344/KE [14] tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw, fost oħrajn, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin mil-laħam tal-fenek, laħam ta’ tjur imrobbija fl-irziezet u laħam ta’ annimali bil-pil, imrobbija fl-irziezet;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/449/KEE hija revokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE [15];

Billi huwa meħtieġa li tiġi stabbilita lista emendata ta’ pajjiżi terzi approvati li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam manifatturati mhux biss mil-laħam li ġej mill-annimali bovini, majjali, equidae, ngħaġ u mogħoż imma ukoll minn laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet, fniek domestiċi u annimali selvaġġi;

Billi l-kategoriji tal-prodotti tal-laħam li jistgħu jkunu importati minn pajjiżi terzi jiddependu fuq is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-pajjiż terz jew partijiet ta’ pajjiż terz ta’ manifattura; billi, sabiex ikunu jistgħu jkunu importati, ċerti prodotti tal-laħam iridu jkunu ġew suġġetti għall-trattament partikolari;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [16], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/68/KE [17], tiddefinixxi prodott tal-laħam billi tistipula l-ħtiġiet minimi ta’ trattament; billi ċerti pajjiżi terzi jew ċerti partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fuq il-listi msemmija hawn fuq għandhom biss ikunu awtorizzati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li kienu ġew suġġetti għat-trattament sħiħ tas-sħana;

Billi d-Deċiżjoni 97/221/KE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri għall-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi;

Billi huwa meħtieġ li jiġu stipulati t-trattamenti minimi meħtieġa għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn pajjiż terz ta’ manifattura;

Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam kif definiti fid-Deċiżjoni 97/221/KE minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fuq il-listi fit-Taqsimiet I, II, u III ta’ l-Anness, b’dan illi huma jkunu għaddew mit-trattament relevanti stipulat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness, u jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikazzjoni xierqa veterinarja tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Marzu 1997.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 26.

[3] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[4] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 24.

[5] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[6] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 39.

[7] ĠU L 240, tad-29.8.1991, p. 28.

[8] ĠU L 21, tas-27.1.1996, p. 71.

[9] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 31.

[10] ĠU L 1, tat-3.1.1996, p. 6.

[11] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 33.

[12] ĠU L 31, tad-9.2.1996, p. 31.

[13] ĠU L 120, tal-11.5.1994, p. 44.

[14] ĠU L 133, ta’ l-4.6.1996, p. 28.

[15] ĠU L 89, ta’ l-4.4.1997, p. 32.

[16] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[17] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

TAQSIMA I Deskrizzjoni ta’ territorji reġjonalizzati kif stipulati għall-pajjiżi elenkati fit-Taqsimiet II u III

Kodiċi ISO | Pajjiż | Territorju | Deskrizzjoni tat-territorju |

Kodiċi | Verżjoni |

BR | Brażil | BR 2 | 95/1 | Stati ta' Rio Grande do Sul, Snata Catarina, Paraná, Sáo Paulo u Mato Grasso do Sul |

BR | Brażil | BR 3 | 95/1 | Il-Brażil kollu minbarra d-distretti elenkati f' BR 2 |

CZ | Repubblika Ċeka | CZ 1 | 95/1 | Id-Distrett ta' Breclav |

CZ | Repubblika Ċeka | CZ 2 | 95/1 | Ir-Repubblika Ċeka kollha minbarra d-distrett elenkat CZ |

HR | Kroazja | HR 1 | 95/1 | Provinċi ta' Sisacko-Moslavacka, Karlovacka, Liko-Senjska, Brodsko-Posavsaka, Zadarsko-Kninska, Osjecko-Baranjska, Sibenska, Vukovarsko-Srijemska, Splitsko-Damlatinska, Dubro-vacko-Neretvanska |

HR | Kroazja | HR 2 | 95/1 | Provinċi ta' Zagrebacka, Krapinsko-Zagorska, Varazdinska, Kopriunicko-Krizervacka, Bjelovarsko-Bilogorska, Primorsko-Goranska, Viroviticko-Podravska, Pożesko-Slavonska, Istarska, Medimurska, Grad Zagreb |

MY | Malażja | MY 1 | 95/1 | Peninsular (Punent) Malażja biss |

TAQSIMA II Pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn prodotti tal-laħam huma awtorizzati għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea.

Kodiċi ISO | Pajjiż ta' oriġni jew parti minnu | 1.Majjal domestiku2.Selvaġġjar - minbarra majjal | Ovin/kaprin domestiku | 1.Porċin domestiku2.Selvaġġjar (majjal) | Solipedu domestiku | 1.Tiġieġ domestiku2.Laħam tat-tjur | Fenek domestiku u leporidac | Annimali selvaġġi bid-difer maqsum (minbarra majjali selvaġġi) | Majjali selvaġġi | .Solipedi selvaġġi | .Leporidae selvaġġ (fniek u lieperu) | Tjur tas-selvaġġjar | .Mammalian tal-art selvaġġ (minbarra ungolates, solipeds u leporidac) |

AR | Arġentina | C | C | C | A | D | A | C | C | — | A | D | — |

AU | Awstralja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

BG | Bulgarija | A | A | D | A | D | A | A | D | — | A | D | — |

BH | Bahrain | B | B | B | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

BR | Brażil-BR 2 | C | C | C | A | A | A | B | B | — | A | A | — |

BR | Brażil-BR 3 | C | C | C | A | D | A | C | C | — | A | D | — |

BW | Botswana | B | B | B | B | — | A | B | B | A | A | — | — |

BY | Belarus | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

CA | Kanada | A | A | A | A | A | A | C | C | — | A | A | A |

CH | l-Iżvezja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | — |

CL | Chile | B | B | B | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

CN | Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | B | B | B | B | B | A | B | B | — | A | B | — |

CO | Kolombja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

CY | Ċipru | C | C | C | A | A | A | C | C | — | A | A | — |

CZ | Repubblika Ċeka-CZ 1 | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

CZ | Repubblika Ċeka-CZ 2 | A | A | A | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

ES | L-Estonja | C | C | C | A | — | A | C | C | — | A | — | A |

ET | L-Etjopja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

GR | Greenland | — | — | — | — | — | A | — | — | — | A | A | A |

HK | Hong Kong | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | — | — |

HR | Kroazja-HR 1 | C | C | C | A | D | A | C | C | — | A | D | — |

HR | Kroazja-Hr 2 | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

HU | Ungarija | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | — |

IL | Iżrael | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | D | — |

IN | Indja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

IS | Iceland | B | B | B | A | — | A | B | B | — | A | — | — |

KE | Kenja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

KR | Korea (Repubblika) | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

LI | Litwanja | C | C | C | A | D | A | C | C | — | A | D | A |

LV | Latvia | C | C | C | A | — | A | C | C | — | A | — | A |

MA | Morokk | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

MG | Madagasgar | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | D | — |

MK | L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja | A | A | B | A | — | A | B | B | — | A | — | — |

MT | Malta | — | — | — | — | A | A | — | — | — | A | — | — |

MY | Malażja-MY 1 | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

MU | Mauritius | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

NA | Namibia | B | B | B | B | D | A | B | B | A | A | D | — |

NZ | New Zealand | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

PL | Polandja | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

PY | Paraguaw | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

RO | Romanija | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | A |

RU | Russja | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | A |

SG | Singapor | B | A | B | B | D | A | B | B | — | A | — | — |

SI | Slovenja | A | A | D | A | D | A | A | D | — | A | D | — |

SK | Repubblika Slovakka | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

SZ | Swaziland | B | B | B | B | — | A | B | B | A | A | — | — |

TH | Thajlandja | B | B | B | B | A | A | B | B | — | A | D | — |

TN | Tuneżija | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | D | — |

TR | Turkija | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

UA | Ukranja | — | — | — | — | — | A | — | — | — | A | — | — |

US | Stati Uniti ta' l-Amerika | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | — |

UY | Urugway | A | A | A | A | D | A | — | — | — | A | D | — |

ZA | Afrika ta' Isfel | C | C | C | A | D | A | C | C | A | A | D | — |

ZW | Zimbabwe | B | B | B | A | D | A | B | B | — | A | D | — |

Kodiċi ISO | Pajjiż ta' oriġni jew parti minnu | 1.Bovoni domestiċi2.Annimali bid-difer maqsum imrobbija fl-irziezet minbarra majjali | Ovini/kaprini domestiċi | 1.Porċini domestiċi2.Annimali bid-difer maqsum imrobbija fl-irziezet (Majjali) | Solipedi domestiċi | 1.Tjur domestiku2.Annimali bir-rix imrobbija fl-irziezet | Fenek domestiku u leporidac | Annimali selvaġġi bid-difer maqsum (minbarra majjal) | Majjal selvaġġ | Solipedi selvaġġi | .Leporidae selvaġġ (fniek u lieperu) | Tjur tas-selvaġġjar | .Mammalian tal-art selvaġġ (minbarra ungolates, solipeds u leporidac) |

AR | Arġentina | F | F | — | — | — | A | — | — | — | A | — | — |

NA | Namibja | E | E | — | — | E | A | — | — | A | A | E | — |

ZA | Afrika ta' Isfel | E | E | — | — | E | A | — | — | A | A | E | — |

ZW | Zimbabwe | E | E | — | — | E | A | — | — | E | A | E | — |

TAQSIMA IV Interpretazzjoni tal-kodiċi użati fit-tabelli Fit-Taqsimiet II u III

— = Importazzjoni tal-prodotti tal-laħam li jkun fihom laħam ta’ dan l-ispeċi mhux awtorizzat.

Reġim ta’ trattament mhux speċifiku

A = Ebda temperatura minima speċifikata ta’ trattament ieħor ma hija stabbilita għall-għanjiet tas- saħħa ta’ l-annimal għall-prodotti tal-laħam. Madankollu jrid ikun għadda minn trattament li bih il-wiċċ maqtugħ juri li hi ma baqalux aktar il-karateristiċi ta’ laħam frisk.

Reġimi ta’ trattament speċifiku - elenkati f’ordni li jonqos ta’ severità

B = Trattament f’kontenitur issiġillat ermetikament għall-valur F!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί ta’ tlieta jew aktar.

C = Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq mal-laħam kollu waqt l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam.

D - Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0,93,

- Valur pH ta’ mhux aktar minn 6,0.

E - Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0,93,

- Valur pH ta’ mhux aktar minn 6,0.

F = Trattament tas-sħana li jassigura temperatura ċentrali ta’ minn ta’ l-inqas 65 °C tintlaħaq għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jinkiseb valur ta pastorizzazzjoni (pv) ugwali għal jew aktar minn 40.

NB:

Fejn il-prodott tal-laħam ikun għadda minn trattament barra minn tisħin f’kontenitur issiġillat ermetikament għal F!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί valur ta’ tlieta jew aktar, laħam frisk fil-manifattura ta’ prodotti tal-laħam imsemmija fit-Taqsimiet II u III iridu jissodisfaw ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimal applikabbli għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn il-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Top