Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1577

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jintroduċi miżura speċifika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti legumi tal-qamħ

    ĠU L 206, 16.8.1996, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/10/2003; Imħassar b' 32003R1782

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1577/oj

    31996R1577



    Official Journal L 206 , 16/08/1996 P. 0004 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1577/96

    tat-30 ta’ Lulju 1996

    li jintroduċi miżura speċifika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti legumi tal-qamħ

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropej [2],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 762/89 [4] introduċa miżura speċifika għal ċerti legumi tal-qmuħ; billi din il-miżura tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 1996;

    Billi ż-żamma tal-kultivazzjoni ta’ legumi tal-qmuħ bħal ma huma l-għazz, iċ-ċiċri u l-ġilbiena hija ta’ importanza ekonomika għall-Kommunità;

    Billi l-oġġettiv ta’ żamma ta’ ċerti prodotti tar-raba jista’ jkun milħuq billi tingħata għajnuna għal kull ettaru; billi l-għajnuna għandha tiġi ffissata b’rata li tiffaċilita li jiġi milħuq l-oġġettiv imsemmi hawn fuq; billi r-rata kurrenti ta’ l-għajnuna ta’ 181 ECU kull etteru hija sodisfaċenti;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/72 tat-30 ta’ Ġunju 1992 jistabbilixxi sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ uħud mill-prodotti tal-bagħli [5] jistabbilixxi limiti rigward iż-żoni li fuqhom l-għajnuna ta’ kumpens titħallas, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ żrieragħ taż-żejt; billi l-koltivazzjoni ta’ dawn il-legumi tal-qmuħ tipprovdi alternattiva vijabbli u timpedixxi żbilanċ fis-suq tal-Komunità; billi, b'danakollu, estensjoni kbira wisq ta’ żoni b'dawn l-uċuħ tar-raba għandhom jiġu evitati; billi dan jista’ jiġi milħuq billi tkun iffissata żona massima ggarantita ta’ 400000 ettaru;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 762/89 japplika penali rigward għajnuna mħallsa fis-sena tas-suq li ssegwi kwalunkwe eċċess fuq iiż-żona massima garantita; billi dan ir-Regolament japplika l-penali, f’każ ta’ eċċess, fis-sena kurrenti tas-suq, billi l-miżuri transizzjonali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni biex jevitaw l-applikazzjoni ta’ żewġ penali fl-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 1996 sat-30 ta’ Ġunju 1997,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    L-għajnuna għandha tingħata għall-produzzjoni tal-legumi tal-qmuħ segwenti;

    (a) l-għazz koperti bill-kodiċi NM 07134090 (oħrajn);

    (b) ċiċri koperti bill-kodiċi NM 07132090 (oħrajn);

    (ċ) ġilbiena ta’ l-ispeċi Vicia sativa L. u Vicia ervilla Willd. koperta bill-kodiċi NM ex07139090 (oħrajn).

    L- Artikolu 2

    1. L-għajnuna għandha tingħata bis-sena tas-suq għall-produzzjoni tal-legumi tal-qmuħ koperti bl-Artikolu 1. Is-sena tas-suq għandha tkun tgħodd mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju.

    Qasam tal-bagħli li huwa s-soġġett ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna għal kull ettaru permezz ta’sistema ffinanzjata skond l-Artikolu 1 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 [6] għandu jkun eskluż mill-eliġibbiltà għall-ħlas ta’ l-għajnuna provduta b’din is-sistema.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-għajnuna għal kull ettaru ta' żona mizrugħa u maħsuda għandha tkun ta’ 181 ECU għal kull ettaru.

    L- Artikolu 3

    Billi ż-żoni miżrugħa billegumi tal-qmuħ koperti bl-Artikolu 1 jeċċedu ż-żona massima ggarantita ta’ 400000 etteru, l-għajnuna fir-rigward tas-sena tas-suq kurrenti għandha tiġi mnaqqsa proporzjonalment.

    L- Artikolu 4

    1. L-għajnuna għall-produzzjoni introdotta b’dan ir-Regolament għandha tkun meqjusa bħala -intervent intenzjonat biex jjistabbilizza s-swieq agrikoli skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

    2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 [7]:

    "— il-miżura speċifika fir-rigward ta' ċerti legumi tal-qmuħ stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1575/96 [8];"

    L- Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żoni koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru għal kull sena tas-suq.

    2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biż-żoni li fir-rgward tagħhom l-għajnuna tkun pagabbli sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru għal kull sena ta’ suq.

    L- Artikolu 6

    1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ l-applikazzjoni skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 603/95 [9]. Skond dik il-proċedura, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-eċċess fuq iż-żona massima ggarantita u għandha tiffissa l-għajnuna definittiva sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ suq in kwistjoni.

    2. Jekk miżuri transizzjonali huma meħtieġa sabiex iħaffu t-transizzjoni mis-sistema li jkun hemm fis-seħħ għal dik stabbilita b’dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1.

    3. Wara tliet snin ta’ suq tas-sistema li hemm provvediment dwarha f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar l-applikazzjoni tagħha, akkompanjat, fejn meħtieġ, bi proposti xierqa.

    L- Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika mis-sena tas-suq 1996/97.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Lulju 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Coveney

    [1] ĠU C 125, tas-27.4.1996, p. 5.

    [2] ĠU C 166, ta' l-10.6.1996.

    [3] ĠU C 204, tal-15.7.1996, p. 57.

    [4] ĠU L 80, tat-23.3.1989, p. 76. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2064/92 (ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 47.

    [5] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 12. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1575/96 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Ufficjali).

    [6] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1.

    [7] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3235/94 (ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 16.

    [8] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 4..

    [9] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1347/95 (ĠU L 131, tal-15.6.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top