EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1418

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1418/96 tat-22 ta’ Lulju 1996 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-użu ta’ simbolu grafiku għall-prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiku għaż-żoni l-aktar imbiegħda

ĠU L 182, 23.7.1996, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Imħassar b' 32006R0793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1418/oj

31996R1418



Official Journal L 182 , 23/07/1996 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1418/96

tat-22 ta’ Lulju 1996

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-użu ta’ simbolu grafiku għall-prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiku għaż-żoni l-aktar imbiegħda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jdaħħal miżuri speċifiċi dwar ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi barranin [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2598/95 [2],u b’mod partikolari l-Artikolu 20(5),

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar il-miżuri speċifiċi għall-Azores u Madeira li jirrelataw ma’ ċerti prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2537/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 31(5),

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Gzejjer Kanarji dwar ċerti prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2537/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(5),

Billi l-Kunsill iddeċieda li jdaħħal simbolu grafiku bl-għan li jiżgura li jkun hemm kuxjenza akbar dwar u konsum ta’ prodotti agrikoli naturali u proċessati speċifiċi għaż-żoni l-aktar imegħda tal-Kommunità, billi għandhom r-regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura għandhom ikunu preskritti;

Billi d-deċiżjoni tal-Kunsill tipprovdi li l-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku, jiġifieri t-tħejjija ta’ lista ta’ prodotti agrikoli naturali u proċessati li jistgħu jġorru s-simbolu u d-definizzjoni tal-karatteristiċi ta’ kwalità, l-metodi tal-produzzjoni, l-ippakkjar u l-manifattura ta’ prodotti proċessati għandha tiġi proposta mill-organizazzjonijiet dwar il-kummerċ fir-reġjuni l-aktar imbegħeda; billi għandu jiġi speċifikat li dawn il-ħtiġiet jistgħu jiġu adottati b’referenza għall-istandards li jeżistu taħt ir-regoli tal-Komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, għall-istandards internazzjonali, jew b’referenza għall-metodi tradizzjonali ta’ koltivazzjoni u manifattura;

Billi sabiex isir l-aħjar użu possibli minn dan il-mezz speċifiku ta’ promozzjoni disponibbli għall-produtturi u l-manifatturi ta’ prodotti ta’ kwalità speċifikatament għar-reġjuni l-aktar imbegħeda u fl-interess tas-simplifikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll u biex dawn isiru aktar effettivi, id-dritt ta’ użu tas-simbolu grafiku għandu jingħata lil min hu direttament responsabbli għall-produzzjoni, l-ippakkjar bil-ħsieb ta’ marketing u l-manifattura tal-prodotti kkonċernati, stabbiliti f’dawk ir-reġjuni u li jobbligaw ruħhom li jħarsu ċerti regoli;

Billi hija r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti fir-reġjuni konċernati li jadottaw il-ħtiġiet addizzjonali amministrattivi meħtieġa biex tiġi assigurata l-operazzjoni korretta tal-mekkaniżmi mħaddma u biex jiġi garantit li jitħarsu r-regoli mwiegħda;

Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tiġi notifikata bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tiżgura li l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura huma kemm jista’ jkun uniformi fir-reġjuni varji imbiegħda ħafna;

Billi l-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni tal-kumitati konċernati ta’ ġestjoni nteressati ma tax opinjoni fiż-żmien mogħti lilu mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Is-simbolu grafiku ntrodott skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91, l-Artikolu 30 tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għandu jintuża biss bil-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u l-konsum ta’ prodotti agrikoli naturali u proċessati fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u li jissodisfaw il-ħtiġijiet preskritti fuq l-inizzjattiva ta’ l-organizazzjonijiet ta’ kummerċ li jirrappreżentaw lill-operaturi fir-reġjuni fuq imsemmija.

2. Il-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw l-istandards ta’ kwalità u l-konformità mat-teknika tal-koltivazzjoni, produzzjoni, manifattura u l-istandards ta’ preżentazzjoni u pakkjar.

Dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu definiti b’referenza għar-regoli tal-Komunità, jew fin-nuqqas ta’ dan, skond l-istandards internazzjonali jew, fejn meħtieġ, għandhom jiġu adottati speċifikatament fir-rigward ta’ prodotti li jiġu mir-reġjuni l-aktar imbegħeda fuq proposta ta’ l-organizazzjonijiet rappresentattivi tal-kummerċ.

Artikolu 2

Id-dritt li jintuża s-simbolu grafiku għandu jingħata mill-awtoritajiet kompetenti lill-Istat Membru ta’ produzzjoni, jew minn korp awtorizzat minnhom għal dan l-għan, fir-rigward ta’ kull prodott li għalih jiġu adottati l-ħtiġiet imsemmija fl-Artikolu 1, skond in-natura tal-prodott, lill-operaturi f’waħda mill-klassijiet li ġejjin, hawnhekk iżjed ’l quddiem msejjħa utenti:

- produtturi individwali jew organizazzjonijiet jew gruppi ta’ produtturi,

- l-kummerċjanti li jippakjaw il-prodott għall-marketing,

- manifatturi ta’ prodotti proċessati stabbiliti fit-territorju tar-reġjun l-aktar imbiegħed li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 3.

Id-dritt għandu jingħata permezz ta’ l-għotja ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ kampanja waħda jew aktar ta’ marketing.

Artikolu 3

1. L-approvazzjoni, hekk kif provdut fl-aħħar paragrafu ta’ l-Artikolu 2, għandha tingħata, fuq talba tagħhom, lill-utenti li:

- jobbligaw ruħhom, skond iċ-ċirkostanzi, li jipproduċu, jippakkjaw jew jimmanifatturaw prodotti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 1,

- li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fejn maħtieġ, l-impjant tekniku u lapparat meħtieġ għall-produzzjoni jew il-manifattura tal-prodott in kwistjoni, skond il-ħtiġiet fuq imsemmija,

- jobbligaw ruħhom li jżomm kontijiet li jiffaċilitaw il-kontroll, b’mod partikolari, tal-produzzjoni, l-ipakkjar jew il-manifattura tal-prodott li jkun eliġibli għas-simbolu grafiku,

- jobbligaw ruħhom li jikkonformaw mal-kontrolli u l-verifiki kollha mitluba mill-awtoritajiet kompetenti.

2. L-approvazzjoni għandha tiġi rtirata fejn l-awtorità kompententi tistabbilixxi li l-utent approvat ikun naqas milli josserva l-ħtiġiet li jirrelataw mal-prodott jew ma’ l-obbligazzjoni li toħroġ mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-irtirar ta’ l-approvazzjoni jista’ jkun temporanju jew permanenti, skond il-gravità stabbilita tan-nuqqas.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw f’intervalli regolari li l-utenti jkunu qed josservaw il-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku u l-obbligazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3. Huma jistgħu jiddelegaw l-eżerċizzju ta’ dawn il-verifiki lil korpi kkwalifikati għal dan l-għan u li joffru l-kompentenza teknika u l-imparzjalità meħtieġa. F’dawk il-każ l-korpi għandhom jirrapportaw regolarment lilhom dwar it-twettiq tal-kompiti ta’ kontroll.

Artikolu 5

1. L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi, Portugiżi u Spanjoli għandhom jadottaw kull miżuri addizzjonali amministrattivi meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ l-arranġamenti għas-simbolu grafiku. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu b’mod partikolari, l-imposta ta’ tariffi mill-utenti tas-simbolu grafiku għall-istampar tiegħu u sabiex ikopru l-ispejjeż amministrattivi u ta’ l-operazzjonijiet ta’ kontroll.

2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinformaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar is-servizzi jew, skond kif jixraq, lill-korpi responsabbli għall-għoti ta’ l-approvazzjoni lill-utenti u għall-esekuzzjoni tal-verifiki meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jinnotifikaw ukoll, qabel l-adozzjoni tagħhom, abbozz tal-miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1, fi żmien tlett xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti eżistenti biex jipprevjenu u fejn il-ħtieġa jippenalizzaw l-użu ħażin tas-simbolu grafiku jew jadottaw miżuri meħtieġa għal dan l-għan. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri appklibabbli fi żmien sitt xhur minn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-simbolu grafiku u l-prodotti li għalihom huwa jista’ jintuża jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1.

[2] ĠU L 267, tad-9.11.1995, p. 1.

[3] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1.

[4] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 10.

[5] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

--------------------------------------------------

Top