EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0595

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 April 1994 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/402/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk minn pajjiżi ta’ l-Amerika t’isfelTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 261, 15.10.1996, p. 41–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0212

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/595/oj

31996D0595



Official Journal L 261 , 15/10/1996 P. 0041 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 April 1994

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/402/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk minn pajjiżi ta’ l-Amerika t’isfel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(96/595/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 Diċembru 1972, dwar saħħa u problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji meta jiġu importati annimali bovini, annimali ovini u kaprini u majjal u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif ġie l-aħħar emendat l-Att ta’ Sħubija ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja u ta’ l-Isvezja, u speċjalment l-Artikoli 14, 15 u 16,

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall- importazzjonijiet ta’ laħam frisk mil Kolombja, Paragwaj, Urugwaj, Brażil, Ċili u Arġentina huma stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/402/KEE [2], kif ġew emendati l-aħħar minn Deċiżjoni tal-Kunsill 95/443/KEE [3];

Billi kondizzjonijiet tas-saħħa aktar stretti ġew stabbiliti għall-intestini ta’ l-annimali destinati għall-konsum mill-bniedem u l-industrija ta’ l-ikel ta’ l-annimali domestiċi; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza, jidher xieraq li jiġi rinforzat il-kontroll ta’ dawk il-prodotti billi fiċ-ċertifikat tas-saħħa jiġi indikat l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment li qed jipproċessa fejn ser issir it-trattament bis-sħana;

Billi l-awtoritajiet tal-Brażil talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi parti mis-Stat ta’ Mato Grasso fit-territorji tal-Brażil mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk bla għadam;

Billi spezzjoni fuq il-post magħmula mill-Kummissjoni f’Ġunju 1996 sabet li s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, is-servizzi veterinarji u l-programm ta’ kontroll tal-marda tas-saqajn u tal-ħalq huma sodisfaċenti f’din il-parti ta’ Mato Grosso; billi jidher xieraq li din il-parti ta’ Mato Grosso tiġi inkluża fost ir-reġjuni tal-Brażil minn liema Stati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tal-bovini bla għadam;

Billi l-awtoritajiet veterinarji tal-Brażil u ta’ Mato Grasso pprovdew il-garanzijji neċessarji;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ANNESS I ta’ Deċiżjoni 93/402/KEE huwa mibdul b’L-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. L-Anness III, Parti 1, ta’ Deċiżjoni 93/402/KEE huwa mibdul b’L-Anness II tagħha.

Artikolu 2

(a) L-Istati Membri jawtorizzaw, għal 60 ġurnata wara d-data ta’ notifikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lil l-Istati Membri, importazzjonijiet ta’ laħam frisk mil Brażil manufatturat u ċċertifikat skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Deċiżjoni 93/402/KEE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(b) L-Istati Membri jawtorizzaw, għal 60 ġurnata wara d-data ta’ notifikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lil l-Istati Membri, importazzjonijiet ta’ intestini ta’ l-annimali għal manufattura prodotti tal-laħam trattati bis-sħana mill-Kolombja, l-Paragwaj, l-Urugwaj, l-Brażil, iċ-Ċili u l-Arġentina prodotti u ċertifikati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Deċiżjoni 93/402/KEE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ġurnata wara n-notifikazzjoni tagħha lill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 30 Settembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 179, tat-22.7.1993, p. 11.

[3] ĠU L 258, tat-28.10.1995, p. 65.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS I

DESKRIZZJONI TA’ TERRITORJI TA’ L-AMERIKA T’ ISFEL MWAQQFA GĦALL- GĦANIJIET TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI

Pajjiż | Territorju | Deskrizzjoni tat-territorju |

Kodiċi | Verżjoni |

Arġentina | AR | 01/93 | Pajjiż kollu |

AR-1 | 01/93 | Nosinhar tat-42 parallela |

AR-2 | 01/94 | Tramuntana tat-42 parallela |

AR-3 | 01/93 | Provinċji ta' Entre Ríos, Corrientes u Misiones |

AR-4 | 01/93 | Provinċji ta' Catamarca, San Juan, La Rioja, Mendoza, Neuquén, Río Negro u Buenos Aires |

Brażil | BR | 01/93 | Pajjiż kollu |

BR-1 | 01/96 | Stati ta': Rio Grande do Sul, Paraná, Minas Gerais (minbarra delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, Sào Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí) Sào Paulo, Espirito Santo, Mato Grosso do Sul (minbarra għall-muniċipalitajiet ta' Sonora, Aquidauana, Bodoquena, Bonito, Caracol, Coxin, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde de Mato Grosso u Corumbà), Santa Catarina, Goias u l-unitajiet reġjonali ta' Cuiaba (minbarra għall-muniċipalitajiet ta' Santo António do Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Poconé u Barao de Melgaço), Caceres (minbarra għall-muniċipalita ta' Caceres), Lucas do Rio Verde, Rondonopolis (minbarra għall-muniċipalita ta' Itiquira), Barra do Garças u Barra do Bugres f'Mato Grosso |

Ċili | CL | 01/93 | Pajjiż kollu |

Kolombja | CO | 01/93 | Pajjiż kollu |

CO-1 | 01/93 | Iż-żona inkluża fil-linji tal-bordura li ġejjin: mil-punt fejn ix-xmara Murri tidħol fix-xmara Atrato, l-isfel matul ix-xmara Atrato sa fejn tidħol fl-Oċejan Atlantiku, minn dan il-punt sal-bordura Panemjana wara il-kosta Atlantika sa Cabo Tiburon; minn dan il-punt għal l-Oċejan Paċifiku wara il-bordura Panamana-Kolombjana; minn dan il-punt sal ħalq tax-Xmara Valle matul il-kosta Paċifika u minn dan il-punt matul linja dritta sal-punt fejn ix-xmara Murri tidħol fix-xmara Atrato |

CO-2 | 01/93 | Il-muniċipalitajiet ta' Arboletas, Necocli, San pedro de Uraba, Turbo, Apartado, Chigorodo, Mutata, Dabeiba, Uranita, Murindo, Riosucio (ix-xatt tal-lemin tax-xmara Atrato) u Frontino |

CO-3 | 01/93 | Iż-żona inkluża fil-linji tal-borduri li ġejjin: mil-ħalq tax-xmata Sinu fuq l-Oċejan Atlantiku, il-fuq matul ix-xmara Sinu għall-headwaterstagħhata' Alto Paramillo, minn dan il-punt għal Puerto Rey fuq l-Oċejan Atlantiku, wara linja tal-bordura bejn id-dipartiment ta' Antiquia u Coedoba, u minn dan il-punt għall-ħalq tax-xmara Sinu matul il-kosta Atlantika |

Paragwaj | PY | 01/93 | Pajjiż sħiħ |

Urugwaj | UY | 01/93 | Pajjiż sħiħ |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top