Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0572

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 91/270/KEE u 92/471/KEE dwar l-importazzjoni ta’ embrjoni ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina mill-ArġentinaTest b-rilevanza għall-Ftehim EE

    ĠU L 250, 2.10.1996, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0052

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/572/oj

    31996D0572



    Official Journal L 250 , 02/10/1996 P. 0020 - 0020


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-24 ta’ Settembru 1996

    li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 91/270/KEE u 92/471/KEE dwar l-importazzjoni ta’ embrjoni ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina mill-Arġentina

    (Test b-rilevanza għall-Ftehim EE)

    (96/572/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrjoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovin [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/113/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9 u 10 tagħha,

    Billi l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjoni ta’ l-embrijoni ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi bovin li tidher fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/270/KEE [3] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 94/453/KE [4];

    Billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikati veterninarji għal importazzjoni ta’ embrjoni ta’ annimali bovini minn pajjiżi terzi huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE [5] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/453/KE;

    Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Arġentina wegħdu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membru permezz tat-telex jew fax fiż-żmien 24 siegħa tal-konferma ta’ kull ġrajja ta’ xi wiaħda minn dan il-mard li ġej: rinderpest, il-marda ta’ l-isien u d-dwiefer, pluripnemonia li tittieħed bovina, bluetongue, il-marda ta’ l-emoragġija epiżootika, deni tar-Rift Valley u vesicular stomatitis li tittieħed jew bidliet fil-politikà tat-tilqim kontra tagħhom;

    Billi s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Arġentina hija soddisfaċenti mil-lat ta’ importazzjoni ta’ embrijoni bovini;

    Billi s-servizzi veterninarji f’dak il-pajjiz huma strutturati kif imiss u organiżati u billi l-garanziji dwar il-konformità mar-regoli mniżżlin fid-Direttiva 89/556/KEE ingħataw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż;

    Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Argentina obbligaw ruhħom li jiżguraw li l-embrijoni jkunu nġabru jew ġew prootti u pproċesati minn gruppi approvati u sorveljati ta’ ġbir u produzzjoni, li jkunu, kif xieraq, inkisbu minn annimali ta’ status sodisfaċjenti ta’ saħħa, li kienu nħażnu u nġarru skond ir-regoli li jippreservaw l-istatus tagħhom tas-saħħa u li huma akkumpanjati matul it-trasport b’ċertifikat ta’ saħħa ta’ l-annimali sabiex sabiex jiġi assigurat li din l-obbligazzjoni tkun ġiet imħarsa;

    Billi l-lista ta’ pajjiżi terzi min fejn l-Istati Membri jistgħu jawtoriżaw l-importazzjoni ta’ l-embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovin għandha tiġi emendata u l-kundizzjoniet tas-saħħa ta’ l-annimali għal importazzjoni ta’ embrjoni mill-Argentina għandhom jiġu preskritti;

    Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mal-lista ta’ pajjiżi li jidhru fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 91/270/KEE, dan il-pajjiż li ġej huwa miżjud:

    "L-Arġentina."

    Artikolu 2

    Mal-lista ta’ pajjiżi li jidhru fl-Anness A, t-Taqsima II, tad-Deċiżjoni 92/471/KEE, dan il-pajjiż li ġej huwa miżjud:

    "L-Arġentina."

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fl-24 ta’ Settembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23.

    [3] ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 56.

    [4] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11.

    [5] ĠU L 270, tal-15.9.1992, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top