Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0333

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti minn deċiżjoni speċifikaTest b’rilevanza taż-ŻEE

    ĠU L 127, 25.5.1996, p. 33–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/333/oj

    31996D0333



    Official Journal L 127 , 25/05/1996 P. 0033 - 0038


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-3 ta’ Mejju 1996

    li tistabbilixxi ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ħajjin minn pajjiżi terzi li mhumiex koperti minn deċiżjoni speċifika

    (Test b’rilevanza taż-ŻEE)

    (96/333/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991, li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Finlandja, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi l-Kummissjoni ippreskriviet il-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin għal ċerti pajjiżi terzi;

    Billi għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin minn pajjiżi terzi li għadhom mhumiex koperti minn dan it-tip ta’ deċiżjoni, ta’ min jirrakommanda inizzjalment li jkun stabbilit mudell standardizzat ta’ ċertifikat tas-saħħa biex ikunu evitati diżordnijiet għall-kummerċ;

    Billi l-adozzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa standard ikollu effetti pożittivi fuq operaturi u għas-servizzi ta’ kontroll u jiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin ġewwa l-Komunità;

    Billi l-mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa stabbilit b’din id-Deċiżjoni huwa provviżorju u applikabbli għal perjodu ta’ sentejn li matulhom jistgħu jkunu adottati deċiżjonijiet individwali; billi ċ-ċertifikat provviżorju għalhekk ma jkunx japplika iktar għal kull pajjiż terz li għalih kienet adottata deċiżjoni individwali;

    Billi kontrolli veterinarji fuq molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini importati għandhom jitwettqu skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990, li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/52/KE [3]; billi dawk il-kontrolli jinvolvu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jakkompanja l-prodotti importati;

    Billi l-adozzjoni ta’ mudell standard ta’ ċertifikat tas-saħħa għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull kondizzjonijiet ta’ importazzjoni li jistgħu jkunu adottati għal pajjiż terz wara stima fuq il-post tas-sitwazzjoni tas-saħħa minn esperti tal-Kummissjoni;

    Billi, skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/492/KEE, iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jafferma li l-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni, purifikazzjoni, ħażna, ippakkjar u trasport ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin intenzjonati għall-Komunità huma għall-inqas ekwivalenti għal dawk preskritti għall-prodotti tal-Komunità;

    Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal miżuri adottati fil-futur għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali;

    Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-oinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin miġjuba fit-territorji ddefinti fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE għal konsum dirett uman għandhom ikunu nqabdu minn żoni approvati ta’ produzzjoni approvati u spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, għandhom jiġu minn stabbiliment spezzjonat u approvat mill-awtorita kompetenti tal-pajjiż terz, u għandhom ikunu akkompanjati minn … l-oriġinal ta’ ċertifikat tas-saħħa nnumerat li jafferma li l-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni, immaniġġar, fejn meħtieġ purifikazzjoni, ippakkjar u identifikazzjoni tal-prodotti huma għall-inqas ekwivalenti għal dawk miġbura fid-Direttiva 91/492/KEE.

    Il-mudell ta’ dak iċ-ċertifikat huwa preskritt fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin introdotti fit-territorji ddefiniti fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE għal purifikazzjoni f’ċentru ta’ purifikazzjoni approvat, jew għal tqegħid mill-ġdid f’żona ta’ tqegħid mill-ġdid approvata, jew għal ipproċessar fi stabbiliment ta’ pproċessar approvat, għandhom ikunu nqabdu minn żona ta’ produzzjoni approvata kkontrollata u approvata mill-awtorita kompetenti tal-pajjiż terz, għandhom ikunu akkompanjati mill-oriġinal ta’ ċertifikat tas-saħħa nnumerat li jafferma li l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-produzzjoni, qbid u trasport tal-qabdiet (batches) huma għall-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva 91/492/KEE.

    Il-mudell ta’ dak iċ-ċertifikat tas-saħħa huwa preskritt fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 3

    1. Iċ-ċertifikat tas-saħħa li jirreferu għalih l-Artikoli 1 u 2 għandu jikkonsisti f’folja karta waħda u jinkiteb għall-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta’ dħul fil-Komunità, u, jekk meħtieġ, f’waħda mil-lingwi tal-pajjiż destinatarju.

    2. Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom iġibu l-isem, desinjazzjoni u firma ta’ l-ispettur uffiċjali kif ukoll is-siġill uffiċjali ta’ l-awtorita kompetenti, li kollha kemm huma għandhom ikunu ta’ kulur differenti minn dak ta’ l-istampar l-ieħor taċ-ċertifikat.

    L-Artikolu 4

    Iċ-ċertifikati tas-saħħa li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni m’għandhomx japplikaw għal molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ħajjin minn pajjiżi terzi li għalihom il-kondizzjonijiet individwali ta’ importazzjoni huma preskritti x’imkien ieħor.

    L-Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 1996 għal sentejn.

    L-Artikolu 6

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

    [3] ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 16.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top