EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2125

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 tas-6 ta' Settembru 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffi ta' kwoti għall-faqqiegħ preservat tal-genus Agaricus spp.

ĠU L 212, 7.9.1995, p. 16–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1864

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2125/oj

31995R2125



Official Journal L 212 , 07/09/1995 P. 0016 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95

tas-6 ta' Settembru 1995

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffi ta' kwoti għall-faqqiegħ preservat tal-genus Agaricus spp.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta' l-24 ta' Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur ta' l-agrikoltura sabiex jiġi implimentat il-ftehim milħuq fid-Dikjarazzjoni ta' l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi, skond il-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul id-Dikjarazzjoni ta' l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, il-Komunità ntrabtet li tiftaħ mill-1 ta' Lulju 1995, taħt ċerti kondizzjonijiet, tariffi ta' kwoti tal-Komunità għall-faqqiegħ preservat tal-genus Agaricus spp. li jaqa' taħt il-kodiċi NM 07119040, 20031020 u 20031030; billi dawn il-kwoti għandhom għalhekk jinfetħu u jiġu stipulati kondizzjonijiet għall-amministrazzjoni tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat li t-transizzjoni bejn is-sistema li tagħlaq fit-30 ta' Ġunju 1995 u s-sistema l-ġdida applikabbli mill-1 ta' Lulju 1995 tkun kemm jista' jkun waħda faċli; billi għal dan il-għan ir-regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni tas-sistema l-antika għandhom jitmexxew 'il quddiem u l-kalendarji tradizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jinżammu;

Billi l-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 1995 skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3107/94 [4], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1032/95 [5], kienu jkopru l-kwantità annwali kollha disponibbli għaċ-Ċina, 10056 tunnellata għall-Polonja, 137 tunnellata għall-Bulgarija, u 551 tunnellata għall-pajjiżi l-oħra kollha li jissupplixxu; billi ebda liċenzja ma nħarġet għar-Rumanija; billi l-kwoti għandhom għalhekk jinfetħu għall-perjodu ta' l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 1995 li jkunu jikkorrispondu mal-bilanċi disponibbli għal kull wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn fuq jew minn gruppi ta' pajjiżi;

Billi l-kwantità li għandha tiġi importata għandha tiġi allokata bejn il-pajjiżi li jagħmlu l-provvista, filwaqt li tiġi meqjusa x-xejra tradizzjonali tal-kummerċ, ta' persuni ġodda li jagħmlu l-provvisti u tal-preferenzi kif provdut fil-Ftehim ta' l-Ewropa mal-Bulgarija [6], mal-Polonja [7] u mar-Rumanija [8];

Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għar-reviżjoni ta' l-allokazzjoni matul sena partikolari fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli wara l-ewwel sitt xhur ta' użu; billi għandha tiġi stabbilita riżerva sabiex tiġi evitata kull interruzzjoni fil-kummerċ ma' pajjiż li jipprovdi meta ma tkunx ġiet eżawrita l-kwantità kollha;

Billi għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li jeċċedu t-tariffa tal-kwoti jkunu suġġetti għall-imposta tad-dazju sħiħ kif provdut fit-Tariffa Komuni doganali; billi dawk l-arranġamenti għandhom jinvolvu l-ħruġ ta' liċenzji fit-tmiem ta' perjodu li fih il-kwantitajiet ikunu eżaminati u jsiru n-notifiki meħtieġa mill-Istati Membri; billi dawn id-dispożizzjonijiet huma jew supplimentari għal jew b'deroga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/95 tat-3 ta' Awissu li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti proċessati minn frott u ħxejjex u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2405/89 u (KEE) Nru 3518/86 [9], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' l-importazzjoni u esportazzjoni u ċ-ċertifikati li jiffissaw bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [10], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1199/95 [11];

Billi għandha ssir distinzjoni bejn importaturi tradizzjonali u importaturi ġodda u għandhom isiru dispożizzjonijiet għal ċerti kriterji dwar l-i status ta' l-applikanti u l-użu tal-liċenzji allokati; billi, finalment, il-kwantitajiet għal kull kategorija ta' l-importaturi għandhom ikunu allokati b'mod ġust;

Billi jkun aktar xieraq li titwaqqaf minnufih allokazzjoni bejn importaturi tradizzjonali fuq il-bażi ta' kwantitajiet importati iżjed milli fuq il-bażi ta' liċenzji maħruġa; billi, għal raġunijiet amministrattivi, għandhom madankollu jsiru dispożizzjonijiet sabiex jinżamm il-perjodu transitorju li għalih jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 3107/94;

Billi, sabiex jiġi żgurat l-użu korrett tal-kwoti, għandhom isiru dispożizzjonijiet għan-notifika regolari mill-Istati Membri tal-kwantitajiet li għalihom ma ntużawx il-liċenzji;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni għal Prodotti Proċessati minn Frottijiet u Ħxejjex u l-Kumitat tal-Kodiċi doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-kwoti ta' tariffi għall-faqqiegħ preservat tal-genus Agaricus li jaqa' taħt il-kodiċi NM 07119040, 20031020 u 20031030, murija fl-Anness I, għandhom jinfetħu bla ħsara għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

Ir-rata ta' dazju applikabbli għandha tkun ta' 12 % ad valorem fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 07119040 u 23 % fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 20031020 u 20031030. Iżda, għall-Bulgarija, għall-Polonja u għar-Rumanija, id-dazju għandu jkun ta' 8,4 % għall-prodotti li jaqgħu taħt dawn il-kodiċi.

L-Artikolu 2

1. L-importazzjonijiet kollha li jagħmlu parti mill-kwoti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 għandhom ikunu suġġetti għas-sottomissjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament.

2. Il-kwoti għandhom jiġu allokati bejn il-pajjiżi li jissupplixxu skond l-Anness I, il-kolonna I għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 1995 u skond l-Anness I, il-kolonna II għal kull waħda mis-snin kalendarji li ġejjin, minbarra parti minnhom li għandha tikkostitwixxi riserva.

3. L-allokazzjoni tista' tiġi aġġustata fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom tkun inħarġet liċenzja sat-30 ta' Ġunju.

L-Artikolu 3

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1921/95 għandu japplika, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 5(2) tiegħu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal perjodu ta' sitt xhur mid-data effettiva tal-ħruġ skond it-tifsira ta' l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, iżda ma jkunux validi wara l-31 ta' Diċembru tas-sena konċernata.

L-Artikolu 4

1. Iż-żewġ kwantitajiet, jiġifieri dik allokata liċ-Ċina minn naħa waħda u dik allokata lill-pajjiżi l-oħra kollha bl-eċċezzjoni taċ-Ċina minn naħa l-oħra skond l-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament, għandhom jitqassmu kif ġej:

(a) 85 % lil importaturi tradizzjonali.

"Importaturi tradizzjonali" għandha tfisser importaturi li jkun akkwistaw liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1796/81 [12] jew skond dan ir-Regolament fit-tliet snin kalendarji ta' qabel u li jkunu importaw il-prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 għall-anqas fi tnejn mill-aħħar tliet snin kalendarji preċedenti. L-ewwel kondizzjoni dwar l-akkwist ta' liċenzji ta' l-importazzjoni m'għandhiex tapplika sa l-1 ta' Jannar 1998 għall-importaturi li huma persuni ta' nazzjonalità Awstrijaka, Finlandiża jew Svediża.

(b) 15 % għal importaturi ġodda.

"Importaturi ġodda" għandha tfisser importaturi minbarra dawk msemmija f'(a) li jkunu negozjanti, persuni naturali jew ġuridiċi, individwi jew gruppi li jkunu ilhom fil-kummerċ għal ta' mill-inqas sena. Il-konformità ma' din il-kondizzjoni għandha tiġi attestata permezz ta' reġistrazzjoni f'reġistru tal-kummerċ miżmum mill-Istati Membri jew minn xi prova oħra aċċettata mill-Istati Membri. Meta importatur f'din il-kategorija jkun akkwista liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 1796/81 jew dan ir-Regolament fis-sena kalendarja ta' qabel, huwa jrid iġib prova li kien qiegħed f'ċirkolazzjoni libera, f'ismu stess, ta' mill-inqas 50 % tal-kwantità allokata lilu.

2. L-importaturi li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandhom jannettu ma' l-applikazzjoni informazzjoni li tagħti l-possibbiltà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivverifikaw għas-sodisfazzjon tagħhom l-adempjiment tal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b).

3. Kull kwantitajiet li jkunu għadhom disponibbli sal-15 ta' Ottubru għandhom jiġu allokati mingħajr diskriminazzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta' importaturi.

L-Artikolu 5

1. Applikazzjonijiet għal-liċenzja mibgħuta minn importaturi tradizzjonali li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1)(a) m'għandhomx jirrelataw, f'xi perjodu ta' sitt xhur, għal xi kwantità li tkun teċċedi 60 % tal-kwantità medja annwali ta' l-importazzjonijiet effetwati matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel, b'eċċezzjoni fil-każ ta' l-importaturi fil-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 1994 għas-snin 1992, 1993 u 1994, li għalihom ir-referenza użata għandha tkun il-kwantità annwali ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji sottomessi mill-importaturi ġodda li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1)(b) m'għandhomx jirrelataw, f'xi perjodu ta' sitt xhur, u għal kull wieħed miż-żewġ gruppi ta' pajjiżi li għalihom jirreferi dak l-Artikolu, għal kwantità li teċċedi t-8 % tal-kwantità allokata skond l-imsemmi Artikolu 4(1)(b) lil kull wieħed miż-żewġ gruppi ta' pajjiżi li għalihom saret referenza.

L-Artikolu 6

1. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li dwarhom tkun saret talba skond il-kwoti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1921/95, u għandhom jagħtu figuri separati għall-kwantitajiet li dwarhom tkun saret applikazzjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) u (b) rispettivament.

2. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu fil-ħames jum ta' xogħol li jiġi wara dak li fih ikunu saru l-applikazzjonijiet, sakemm ma jittieħdu ebda miżuri speċjali mill-Kummissjoni fil-frattemp.

3. Jekk il-kwantitajiet li għalihom isiru l-applikazzjonijiet ikunu jeċċedu l-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha talloka l-kwantitajiet eċċessivi mir-riżerva msemmija fl-Artikolu 2(2).

4. Jekk, wara l-allokazzjoni tar-riżerva, il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet ikunu jeċċedu l-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa rata unika ta' peċentwal ta' tnaqqis għall-applikazzjonijiet inkwistjoni u għandha tissospendi l-ħruġ ta' liċenzji fir-rigward ta' applikazzjonijiet sussegwenti.

L-Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha regolarment iżżomm lill-Istati Membri infurmati dwar il-limitu ta' l-utilizzazzjoni tal-kwoti u, fiż-żmien aproprjat, dwar l-eżawriment tagħhom.

L-Artikolu 8

l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni imma li ma jkunux intużaw malli dik l-informazzjoni ssir disponibbli għalihom.

L-Artikolu 9

1. L-Artikolu 33(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika.

2. Fil-każ ta' kwantitajiet importati fil-limitu ta' tolleranza li għalih jirreferi l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-dazju ta' l-importazzjoni li għalih tipprovdi t-Tariffa Komuni doganali (TKD) għandu jiġi impost fit-totalità tiegħu.

L-Artikolu 10

1. Id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera ta' faqqiegħ li joriġina miċ-Ċina għandu jkun suġġett għall-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [13]. Fil-każ ta' telf ta' l-oriġinal, u minkejja l-Artikolu 57(2) tar-Regolament hawn fuq imsemmi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċettaw kopja taċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

2. L-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew il-kopji għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

3. Prodotti li joriġinaw mill-Bulgarija, mill-Polonja u mir-Rumanija għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità mal-presentazzjoni taċ-ċertifikat EUR 1 maħruġ mill-awtoritajiet ta' dawk il-pajjiżi skond il-Protokoll 4 tal-Ftehimijiet Ewropej.

L-Artikolu 11

1. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom juru dan li ġej fil-kaxxa 24, f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea:

- "Derecho de aduana … % — Reglamento (CE) no 2125/95",

- "Toldsats … % — forordning (EF) nr. 2125/95",

- "Zollsatz … % — Verordnung (EG) Nr. 2125/95",

- "Δασμός … % — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2125/95",

- "Customs duty … % — Regulation (EC) No 2125/95",

- "Droit de douane: … % — Règlement (CE) no 2125/95",

- "Dazio: … % — … Regolamento (CE) n. 2125/95",

- "Douanerecht: … % — Verordening (EG) nr. 2125/95",

- "Direito aduaneiro: … % — Regulamento (CE) n.o 2125/95",

- "Tulli … prosenttia — Asetus (EY) N:o 2125/95",

- "Tull … % — Förordning (EG) nr 2125/95".

2. Jekk il-pajjiż ta' l-oriġini jkun il-Bulgarija, il-Polonja jew ir-Rumanija, il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinkludu wkoll f'kaxxa 24, f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea:

- "Acuerdo",

- "Aftale",

- "Abkommen",

- "Συμφωνία",

- "Agreement",

- "Accord",

- "Accordo",

- "Overeenkomst",

- "Acordo",

- "Sopimus",

- "Avtal";

segwit bl-isem tal-pajjiż konċernat u l-kliem:

- "Derechos de aduana reducidos tal como prevé el Acuerdo",

- "Toldsats nedsat som fastsat i aftalen",

- "Im Abkommen vorgesehene ermäßigte Zollsätze",

- "Μειωμένοι δασμοί όπως προβλέπονται στη συμφωνία",

- "Reduced customs duties as provided for in the Agreement",

- "Droits de douane réduits comme prévu dans l'accord",

- "Diritti doganali ridotti come previsto nell'accordo",

- "Verlaagde douanerechten zoals voorzien in de overeenkomst",

- "Direitos aduaneiros reduzidos como previsto no acordo",

- "Sopimuksessa määrätyin alennetuin tullein",

- "Nedsatt tull i enlighet med avtalet".

L-Artikolu 12

1. Id-detentur ta' liċenzja ta' l-importazzjoni jista' japplika biex tinbidillu l-kodiċi NM li dwaru tkun inħarġet il-liċenzja, b'dan illi:

(a) il-kodiċi NM ġdida li għaliha ssir l-applikazzjoni għandha tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 1;

(b) l-applikazzjoni tintbagħat lill-organu li jkun ħareġ il-liċenzja oriġinali u magħha jridu jintbagħtu l-oriġinal u kull estratt maħruġ.

2. L-organu li jkun ħareġ il-liċenzja oriġinali għandu jżommha flimkien ma' kull estratt, u għandu joħroġ liċenzja ta' sostituzzjoni u, fejn approprjat, estratt wieħed jew aktar mil-liċenzja ta' sostituzzjoni.

3. Il-liċenzja ta' sostituzzjoni u, fejn japplika, l-estratt jew l-estratti għandhom:

- jinħarġu għall kwantità sal-kwantità massima disponibbli skond id-dokument sostitwit,

- jindikaw fil-kaxxa 20 in-numru u d-data tad-dokument sostitwit,

- jindikaw fil-kaxxi 13, 14 u 15 it-tagħrif dwar il-prodott ġdid inkwistjoni,

- jindikaw fil-kaxxa 16 il-kodiċi NM ġdida,

- jindikaw fil-kaxxi l-oħra l-istess infomazzjoni kif muri fuq id-dokument sostitwit, u b'mod partikolari l-istess data ta' skadenza.

4. L-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fil-kodiċi NM fuq liċenzji ta' l-importazzjoni li jkunu ħarġu.

L-Artikolu 13

Ir-Regolament (KE) Nru 3107/94 qiegħed b'dan jiġi mħassar.

L-ammont li għandu jiġi impost fuq importazzjonijiet mill-1 ta' Lulju 1995 fuq il-bażi u matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzji liberi minn kull ammont addizzjonali maħruġ bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 3107/94 għandu jkun id-dazju ad valorem muri fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika b'effett mill-1 ta' Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Settembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[2] ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 3.

[3] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[4] ĠU L 328, ta' l-20.12.1994, p. 37.

[5] ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 3.

[6] ĠU L 323, tat-23.12.1993, p. 2.

[7] ĠU L 348, tal-31.12.1993, p. 2.

[8] ĠU L 81, tat-2.4.1993, p. 2.

[9] ĠU L 185, ta' l-4.8.1995, p. 10.

[10] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[11] ĠU L 119, tat-30.5.1995, p. 4.

[12] ĠU L 183, ta' l-4.7.1981, p. 1.

[13] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Allokazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 2 (piż nett imsaffi) f'tunnellati

F'tunnellati |

L-istat fornitur | Kolonna 1 | Kolonna II |

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Dicembru 1995 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Dicembru tas-snin li ġejjin |

Il-Bulgarija | 1223 | 1360 |

Il-Polonja | 23824 | 33880 |

Ir-Rumanija | 380 | 380 |

Iċ-Cina | 0 | 22750 |

Oħrajn | 0 | 1000 |

Riżerva | 0 | 1000 |

Total | 26766 | 62660 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

l-awtoritajiet kompetenti li għalihom jirreferi l-Artikolu 10(2) huma:

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Shanghai,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Fujian,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Guangxi,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Zhejiang,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Jiangsu,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Sichuan,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Chongquing,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Anhui,

- il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u tal-Kummerċ Barrani ta' Guangdong,

- l-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Barrani, il-Ministeru tal-Kummerċ Barrani u tal-Kooperazzjoni Ekonomika (MOFTEC).

--------------------------------------------------

Top