Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1993

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1993/95 tas-16 ta’ Awissu 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 344/91 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 sabiex jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem tal-fart adulti

    ĠU L 194, 17.8.1995, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1249

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1993/oj

    31995R1993



    Official Journal L 194 , 17/08/1995 P. 0007 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1993/95

    tas-16 ta’ Awissu 1995

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 344/91 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 sabiex jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem tal-fart adulti

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 li jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem adulti tal-fart [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2 tiegħu;

    Billi l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 344/91 tat-13 ta’ Frar 1991 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1186/90 li jestendi l-iskop ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-bhejjem adulti tal-fart [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2191/93 [3], li jistabblixxi regoli ddettaljati għat-twettiq u l-kontroll tal-klassifika; billi sabiex jinżamm livell sodisfaċjenti fix-xogħol tal-klassifikaturi li jaħdmu regolarment fil-biċċeriji, għandu jiġi pprovvdut segwiment perjodiku tax-xogħol tagħhom permezz ta’ testijiet individwali kull tliet xhur; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza l-imgħoddija, jidher meħtieġ illi l-kontrolli fuq il-post ikopru mhux biss il-klassifika u l-identifikazzjoni ta’ numru ogħla ta’ karkassi, iżda wkoll il-qatgħat tagħhom; billi, b’żieda ma’ dan, sabiex tintlaħaq effiċjenza akbar, ir-riżultati tat-testijiet individwali kif ukoll ta’ l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu msemmi hawn fuq, għandhom ikunu bla ħsara għar-rapporti miżmuma mill-korpi nazzjonali tal-kontroll;

    Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    "1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-klassifika titwettaq minn tekniċi kkwalifikati li jkun kisbu liċenzja għal dan il-għan. Il-liċenzja tista’ tiġi mibdula b’approvazzjoni konċessa mill-Istat Membru fejn din l-approvazzjoni tikkorrispondi ma’ rikonoxximent ta’ kwalifika.

    Il-qadi tax-xogħol tal-klassifikaturi li jaħdmu regolarment fl-istabbilimenti approvati li joqtlu aktar minn 75 bhima adulta tal-fart kull ġimgħa bħala medja annwali jridu jiġu mmonitorjati kull tliet xhur permezz ta’ test individwali għall-għarrieda mwettaq fuq 40 karkassa. Madankollu fl-istabbilimenti approvati fejn klassifikatur wieħed biss jaħdem regolarment u fejn anqas minn 40 karkassa jkunu disponibbli, it-test għandu jitwettaq fuq in-numru tal-karkassi attwalment disponibbli, sakemm dan ikun mill-anqas 25. It-test għandu jitwettaq minn korp indipendenti mill-biċċerija u mill-aġenziji tal-klassifika u għandu jkun jgħodd għall-ispezzjonijiet meħtieġa skond il-paragrafu 2. Madankollu l-ħtieġa li jkunu indipendenti mill-aġenzija tal-klassifika ma għandhiex tapplika meta l-awtorità kompetenti twettaq hija stess dawn il-kontrolli.

    2. Il-klassifika u l-identifikazzjoni tal-karkassi fl-istabbilimenti koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1186/90 għandhom jiġu ċċekkjati fuq il-post għall-għarrieda minn korp indipendenti mill-biċċerija.

    Il-kontrolli jridu jitwettqu darbtejn kull tliet xhur fl-istabbilimenti approvati kollha li jħaddmu l-klassifika u jridu jkollhom x’jaqsmu għall-inqas ma’ l-istess numru ta’ karkassi riferit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, magħżulin bl-addoċċ. Madankollu fil-każ ta’ l-istabbilimenti approvati riferiti fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(2) u ta’ l-istabbilimenti approvati fejn jaħdem klassifikatur wieħed biss regolarment, il-frekwenza tal-kontrolli tista’ titnaqqas għall-darba biss kull tliet xhur.

    Meta l-korp responsabbli mill-kontrolli jkun l-istess wieħed responsabbli mill-klassifika u l-identifikazzjoni tal-karkassi jew meta ma jaqax taħt l-awtorità ta’ korp pubbliku, il-kontrolli pprovvduti fis-subparagrafu ta’ qabel għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza fiżika tal-korp pubbliku bl-istess kondizzjonijiet u mill-anqas darba fis-sena.’ Il-korp pubbliku għandu jiġi mgħarraf regolarment bis-sejbiet tal-korp responsabbli mill-kontrolli.

    Fil-każijiet fejn jiġi aċċertat numru sinifikanti ta’ klassifiċi jew ta’ identifikazzjonijiet mhux korretti li ma jkunux jikkonformaw mar-regoli matul dawn l-ispezzjonijiet:

    (a) in-numru tal-karkassi spezzjonati u l-frekwenza tal-kontrolli fuq il-post għandhom jiżdiedu; u

    (b) il-liċenzja pprovvduta fil-paragrafu ta’ qabel tista’ tiġi rrevokata.

    Ir-rapporti ta’ l-ispezzjonijiet li jirreferu għall-kontrolli mwettqa skond dan l-Artikolu għandhom jiġu midħula għalihom u jinżammu mill-korpi nazzjonali tal-kontroll. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu b’mod partikolari n-numru tal-karkassi ċċekkjati u n-numru ta’ dawk li kienu ġew ikklassifikati jew identifikati b’mod mhux korrett. Għandhom jagħtu wkoll id-dettalji sħaħ tat-tip tal-qatgħat użati, u meta japplika, rigward il-konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji."

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jadottaw kull miżura oħra, tkun liema tkun, meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Awissu 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 119, tal-31.5.1990, p.32.

    [2] ĠU L 41, ta’ l-14.2.1991, p. 15.

    [3] ĠU L 136, tal-5.8.1993, p. 17.

    --------------------------------------------------

    Top