This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R1961
Commission Regulation (EC) No 1961/95 of 9 August 1995 amending Regulation (EC) No 3175/94 laying down detailed rules of application for the specific arrangements for the supply of cereal products to the smaller Aegean Islands and establishing the forecast supply balance
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/95 tad-9 ta’ Awissu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jipprovdi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti ta’ ċereali lill-Gżejjer Eġej iż-żgħar u li jistabbilixxi bilanċ tat-tbassir tal-provvista
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/95 tad-9 ta’ Awissu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jipprovdi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti ta’ ċereali lill-Gżejjer Eġej iż-żgħar u li jistabbilixxi bilanċ tat-tbassir tal-provvista
ĠU L 189, 10.8.1995, p. 18–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1914
Official Journal L 189 , 10/08/1995 P. 0018 - 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/95 tad-9 ta’ Awissu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jipprovdi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti ta’ ċereali lill-Gżejjer Eġej iż-żgħar u li jistabbilixxi bilanċ tat-tbassir tal-provvista IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Eġej iż-żgħar dwar ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2958/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [4], jistipula regoli dettaljati komuni għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli lill-Gżejjer Eġej iż-żgħar; Billi, biex jittieħed kont tal-prattiċi kummerċjali speċifiċi għas-settur taċ-ċereali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 [5] jipprovdi regoli dettaljati, b’żieda ma’ jew b’deroga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93; billi, biex jintlaħaq l-għan ta’ l-arranġamenti tal-provvista stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2019/93 u, b’mod partikolari, biex jittaffa l-iżvantaġġ naturali tal-Gżejjer Eġej iż-żgħar mingħajr ma jiġi jxekkel l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali, 12000 tunellata ta’ xgħir prodott fil-gżira ta’ Limnos għandhom jiġu permessi jikkwalifikaw għal dawk l-arranġamenti, bil-kundizzjoni li dik il-kwantità ta’ xgħir tkun żejda għall-ħtiġiet speċifiċi ta’ dik il-gżira; billi l-ammont ta’ għajnuna fissa li għandha tingħata għall-provvista ta’ dak il-prodott mill-gżira ta’ Limnos lill-Gżejjer eġej iż-żgħar għandha tkun stabbilita; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3175/94 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. Is-segwenti l-Artikolu 2° għandu jiżdied: "Artikolu 2a 1. L-għajnuna fissa ta’ ECU 15 kull tunellata ffissata fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93 għandha tingħata għal kwantità ta’ 12000 tunellata fis-sena għall-provvista ta’ xgħir maħsud fuq il-gżira ta’ Limnos lill-Gżejjer Eġej iż-żgħar. 2. Ebda għajnuna ma għandha tingħata għall-provvista ta’ xgħir li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1003 fuq il-gżira ta’ Limnos." 2. L-Anness għandu jiġi sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Awissu 1995. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 184, 27.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 132, 16.6.1995, p. 8. [3] ĠU L 267, 28.10.1993, p. 4. [4] ĠU L 174, 26.7.1995, p. 27. [5] ĠU L 335, 23.12.1994, p. 54. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS Bilanċ ta’ provvista ta’ ċereali għall-Gżejjer Aegean iż-żgħar għall-1995 Dawn il-gruppi huma definiti fl-Anness I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93. tunnellati | Kwantità | 1995 | Prodotti tac-Cereali li joriġinaw fil-KE | Kodiċi NM | Gżejjer li jappartienu lill-grupp A | Gżejjer li jappartienu lill-grupp B | Ċereali tal-qamħa | 1001, 1002, 1003, 1004 u 1005 | 10000 | 30750 | Xgħir li jorigina f’Limnos | 1003 | 12000 | Dqiq tal-qamħ | 1101 u 1102 | 10000 | 30750 | Reżidwi u skart ta’ l-industrija ta’ l-ikel | 2302 sa 2308 | 1000 | 16500 | Preparazzjoni ta’ tip li jintużaw fl-għalf ta’ l-annimali | 230990 | 1000 | 6500 | Total | 22000 | 84500 | Total sħiħ | 118500 | --------------------------------------------------