Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1620

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1620/95 ta' l-4 ta' Lulju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2427/93 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-Fond tal-Komunità għar-riċerka u tagħrif fit-tabakk

    ĠU L 154, 5.7.1995, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/08/2000; Impliċitament imħassar minn 32000R1648

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1620/oj

    31995R1620



    Official Journal L 154 , 05/07/1995 P. 0012 - 0012


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1620/95

    ta' l-4 ta' Lulju 1995

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2427/93 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-Fond tal-Komunità għar-riċerka u tagħrif fit-tabakk

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk mhux maħdum ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 711/95 tas-27 ta' Marzu 1995 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2427/93 ([3]), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2678/94 ([4]), jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-Fond tal-Komunità għar-riċerka u tagħrif tat-tabakk; billi l-esperjenza turi illi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar kontijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 2427/93, kif emendat titlob li d-dħul nazzjonali fil-kontijiet tan-nefqa jeċċedu l-ħlasijiet attwalment magħmula u tad-dħul mhux miġbur; billi din il-proċedura qiegħda tikkawża problemi fid-dikjarazzjoni għall-Istati Membri; billi din is-sistema għandha għalhekk tiġi riveduta;

    Billi din il-bidla fil-prattika tal-kontijiet ma teffettwax id-drittijiet tar-riċevituri;

    Billi l-miżuri li għalihom jiddisponi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Gestjoni għat-Tabakk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2427/93 qiegħed b'dan jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3478/92 ta' l-1 ta' Diċembru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' premium għat-tabakk mhux maħdum, l-ammont li għandu jinżamm kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas fiż-żmiem tal-ħlas mill-premium li għandu jitħallas lill-produtturi u mir-rimborż li għandu jsir mill-Istati Membri lill-proċessuri.

    Il-premium wara t-tnaqqis għandu jkun dikjarat mill-Istati Membri bħala nefqa mit-Taqsima dwar Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF)."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Iż-żamma tal-kotba preskritta fl-Artikolu 10(2) għandha tapplika għall kull premium dwar il-ħsad ta' l-1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

    [2] ĠU L 73, ta' l-1.4.1995, p. 13.

    [3] ĠU L 223, tat-2.9.1993, p. 3.

    [4] ĠU L 285, ta' l-4.11.1994, p. 13.

    Top