Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1307

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 1307/95 tat-8 ta’ Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ l-intervent għaċ-ċereali

ĠU L 126, 9.6.1995, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1307/oj

31995R1307



Official Journal L 126 , 09/06/1995 P. 0019 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/95

tat-8 ta’ Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ l-intervent għaċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2273/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3129/94 [4], kellu jiġi addattat sabiex jinġieb fl-istess linja mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni;

Billi n-numru taċ-ċentri ta’ l-intervent stabbilit għall-Isvezja instab mhux biżżejjed sabiex jiġi żgurat illi l-arranġamenti ta’ l-intervent jaħdmu tajjeb f’dan il-pajjiż; billi n-numru taċ-ċentri ta’ l-intervent għandu jiġi miżjud kif jixraq; billi ċ-ċentri addizzjonali ta’ l-intervent fl-Isvezja ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-lokazzjoni ġeografika u l-faċilitajiet tagħhom għall-ħażna, li jridu jippermettu l-bini tal-ħażniet u jkunu jistgħu jiddisponu minn kwantitajiet sostanzjali ta’ ċereali;

Billi, sabiex l-intervent jiffunzjona effettivament fl-Isvezja mis-sena tas-suq 1994/95, il-bidliet imdaħħla skond dan ir-Regolament għandhom jidħlu f’effett malajr kemm jista’ jkun; billi dan ir-Regolament għandu japplika kif jixraq hekk kif ikun possibbli;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dik il-parti ta’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li tirrigwarda l-Isvezja hija hawnhekk imħassra bl-Anness ta’ ma’ hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

[3] ĠU L 207, tat-18.8.1993, p. 1.

[4] ĠU L 330, tal-21.12.1994, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

SVERIGE — (L-ISVEZJA)

Åhus | + | + | + | – | – | – |

Djurön | + | + | + | – | – | – |

Falkenberg | + | + | + | – | – | – |

Falköping | + | – | + | – | – | – |

Gamleby | + | – | + | – | – | – |

Gotland | + | + | + | – | – | – |

Hällekis | + | – | + | – | – | – |

Halmstad | + | – | + | – | – | – |

Hedemora | + | – | + | – | – | – |

Helsingborg | + | + | + | – | – | – |

Kalmar | + | + | + | – | – | – |

Kalmarsand | + | – | + | – | – | – |

Köping | + | + | + | – | – | – |

Kumla | + | + | + | – | – | – |

Lidköping | + | + | + | – | – | – |

Malmö | + | + | + | – | – | – |

Norrköping | + | + | + | – | – | – |

Norrträlje | + | – | + | – | – | – |

Nyköping | + | – | + | – | – | – |

Säffle | + | – | + | – | – | – |

Sala | + | – | + | – | – | – |

Skänninge | + | + | + | – | – | – |

Skattkärr | + | + | + | – | – | – |

Strängnäs | + | + | + | – | – | – |

Södertälje | + | – | + | – | – | – |

Sölvesborg | + | – | + | – | – | – |

Stockholm | + | + | + | – | – | – |

Tidan | + | – | + | – | – | – |

Uddevalla | + | + | + | – | – | – |

Uppsala | + | + | + | – | – | – |

Vara | + | + | + | – | – | – |

Västerås | + | + | + | – | – | – |

Ystad | + | + | + | – | – | –" |

--------------------------------------------------

Top