EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1306

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1306/95 tat-8 ta’ Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’l-arranġementi ta’ l-importazzjoni għall-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

ĠU L 126, 9.6.1995, p. 15–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1306/oj

31995R1306



Official Journal L 126 , 09/06/1995 P. 0015 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1306/95

tat-8 ta’ Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’l-arranġementi ta’ l-importazzjoni għall-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNIAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 997/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni għall-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 553/95 [4], idaħħal mekkaniżmu dirett sabiex jiġu reġistrati l-prezzijiet fi swieq rappreżentattivi bil-ħsieb li jiġi fissat valur standard fuq il-prodotti importati għalbiex jiġi stabbilit il-valur tal-prodotti importati mal-kunsinna hekk li jkunu jistgħu jiġu klassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni;

Billi, fil-każ ta’ ċerti prodotti friski importati għall-proċessar, japplikaw prezzijiet tad-dħul separati mill-1 ta’ Mejju u, għal dawn il-prodotti, li ma jinbiegħux mal-kunsinna fis-swieq rappreżentattivi, jista’ jintuża mekkaniżmu dirett li jirreġistra l-prezzijiet għall-klassifika tagħhom skond it-tariffa; billi l-mekkaniżu msemmi jista jinvolvi biss il-klassifika fit-tariffa tal-prodotti interessati fuq il-bażi jew tal-prezz frank abbord (f.o.b.) fuq prodotti, biż-żieda ta’ l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni u tat-tagħbija sal-limiti tat-territorju tad-Dwana Komunitarja, jew il-valur tad-dwana riferit fl-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [5], kif emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja;

Billi, jekk l-awtoritajiet tad-Dwana jikkunsidraw illi hija meħtieġa garanzija skond l-Artikolu 248 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3254/94 [7], iridu jeħtieġu illi jrid jiġi depożitat ammont egwali għall-ammont massimu tad-dazju li japplika għall-prodott fil-kwistjoni; billi, jekk l-importatur jagħżel li jikklassifika l-prodotti tiegħu fuq il-bażi tal-valur tad-Dwana riferit fl-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, irid jiddepożita garanzija egwali għall-ammont massimu tad-dazju li japplika għall-prodott involut;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Il-kelma "l-L-Anness" fl-Artikoli 2, 4, 5 u 6 tiġi mibdula bil-kliem "il-Parti A ta’ l-L-Anness".

2. L-Anness jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

3. Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 5(1):

"1a. Il-prezz tad-dħul li fuq il-bażi tiegħu jiġu klassifikati l-prodotti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness huma elenkati fit-tariffa doganali tal-Komunitajiet Ewropej irid ikun egwali, skond kif jagħżel l-importatur:

(a) jew fuq il-prezz frank abbord (f.o.b.) fuq il-prodotti fil-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom flimkien ma’ l-ispejjeż ta’ l-assikurazjoni u tal-vjaġġ sal-limiti tat-territorju tad-Dwana Komunitarja, meta dan il-prezz u dawn l-ispejjeż ikunu magħrufa mal-waqt li fih issir id-dikjarazzjoni tad-dwana.

Jekk l-awtoritajiet tad-Dwana jidhrilhom illi tinħtieġ garanzija skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-importatur irid jiddepożita garanzija egwali għall-ammont massimu tad-dazju li japplika għall-prodott involut;

(b) jew għall-valur tad-dwana kkalkolat skond l-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 applikat biss għall-prodotti fil-kwistjoni importati. F’dan il-każ, id-dazju għandu jiġi mnaqqas kif ipprovvdut fl-Artikolu 4(1).

F’dan il-każ l-importatur irid jiddepożita l-garanzija riferita fl-Artikolu 248 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, egwali għall-ammont massimu tad-dazju li japplika għall prodott fil-kwistjoni."

4. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. L-importatur għandu jkollu xahar żmien mill-bejgħ tal-prodotti fil-kwistjoni, bla ħsara għal-limitu taż-żmien ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, sabiex jipprova illi ddispona mil-lott skond il-kondizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet riferiti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (a) jew il-paragrafu 1 a (a), jew sabiex jistabbilixxi l-valur tad-Dwana riferit fil-paragrafu 1 (b) u l-paragrafu 1 a (a). In-nuqqas li jintlaħqu l-waħda jew l-oħra minn dawn it-temmiet taż-żmien għandu jwassal għat-telf tal-garanzija depożitata, mingħajr preġudizzju li jiġi applikat il-paragrafu 3."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-8 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 101, ta’ l-4.5.1995, p. 16.

[3] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66.

[4] ĠU L 56, ta’ l-14.3.1995, p. 1.

[5] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 346, tal-31.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

II-PARTI A

Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | Il-Perjodu taż-żmien ta' l- applikazzjoni |

0702001507020020070200250702003007020035070200400702004507020050 | It-tadam | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; Mill-1 sat-30 ta' April Mill-1 sal-14 ta' Mejju Mill-15 sal-31 ta' Mejju Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru Mill-1 sal-31 ta' Ottubru Mill-1 ta' Ottubru sal-20 ta' Diċembru Mill-21 sal-31 ta' Diċembru |

07070010 | Il-Ħjar | Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Frar |

07070015 | Il-Ħjar | Mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' April |

ex07070020 | Ħjar ieħor għajr dak maħsub għall-proċessar | Mill-1 tal-15 ta' Mejju |

ex07070025 | Ħjar ieħor għajr dak maħsub għall-proċessar | Mis-16 sat-30 ta' Settembru |

ex07070030 | Ħjar ieħor għajr dak maħsub għall-proċessar | Mill-1 sal-31 ta' Ottubru |

07070035 | Il-Ħjar | Mill-1 sal-10 ta' Novembru |

07070040 | Il-Ħjar | Mill-11 ta' Novemru sal-31 ta' Diċembru |

07091040 | Articokks | Mill-1 ta' Novemru sal-31 ta' Diċembru |

0709907107099073070990750709907707099079 | Qarabagħli | Mill-1 sal-31 ta’ Jannar Mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu Mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Mejjo Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju Mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru |

080510610805106508051069 | Il-Larinġ ħelu, frisk | Mill-1 sal-31 ta’ Diċembru |

08052031 | Il-Klementina | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

08052033080520350805203708052039 | Il-Mandolin (inklużit-tanġerin u s-satsuma); il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

0805303008053040 | Il-Lumi | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta'Ottubru Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

0806004008061050 | Il-Għeneb tal-mejda [1] | Mill-21 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru Mill-1 sal-20 ta' Novembru |

080810710808197308081079 | It-Tuffieħ ta' belludja [2] | Mill-1 sal-31 ta' Lulju |

080810920808109408081098 | | Mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Diċembru |

08082047080820510808205708082967 | Il-Lanġas [3] | Mill-1 sal-15 ta' Lulju Mis-16 sal-31 ta' Lulju Mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Ottubru Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

080910200809103008091040 | Il-Berquq | Mill-1 sal-20 ta' Ġunju Mill-21 sat-30 ta' Ġunju Mill-1 sal-31 ta' Lulju |

0809203108092039 | Iċ-Ċirasa | Mill-21 sal-31 ta' Mejju |

0809204108092049 | | Mill-1 ta' Ġunju sal-15 ta' Lulju |

0809205108092059 | | Mis-16 sal-31 ta' Lulju |

0809206108092069 | | Mill-1 sal-10 ta' Awissu |

0809302108093029 | Il-Lanġas u n-noċiprisk | Mill-11 sal-20 ta' Ġunju |

0809303108093039 | | Mill-21 ta' Ġunju sal 31 ta' Lulju |

0809304108093049 | | Mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' Settembru |

0809402008094030 | Il-Għajnbaqar | Mill-11 sat-30 ta' Ġunju Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru |

IL-PARTI B

Il-Kodiċi tan-NM — applikazzjoni | Id-Deskrizzjoni | Il-Perjodu taż-żmien ta' l– |

ex07070020ex07070025ex07070030 | Il-Ħjar maħsub għall-proċessar | Mill-1 sal-15 ta' Mejju Mis-16 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru Mill-1 sal-31 ta' Ottubru |

[1] Għajr għall-għeneb imperatur tal-kodiċi tan-NM 08061021, mill-1 sal-31 ta' Jannar.

[2] Għajr għat-tuffieħ ta' belludja tas-cider tal-kodiċi tan-NM 08081010, ippreżentat bil-massa, mill− 15 ta' Settembru sal-15 ta' Diċembru.

[3] Għajr għal-lanġas tal-meraq tal-kodiċi tan-NM 08082010, ippreżentat bil-massa, mill-1 ta' Awissu sal 31 ta' Diċembru.

--------------------------------------------------

Top