EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1006

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95 tat-3 ta' Mejju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3433/91 sa fejn huwa jimponi dazju definittiv anti-dumping (kontra bejgħ taħt il-prezz) fuq importazzjonijiet ta' lighters tal-but biż-żnied jaqbdu bil-gass, ma jistgħu jerġgħux jimtlew li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 101, 4.5.1995, p. 38–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/09/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1006/oj

31995R1006



Official Journal L 101 , 04/05/1995 P. 0038 - 0048


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95

tat-3 ta' Mejju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3433/91 sa fejn huwa jimponi dazju definittiv anti-dumping (kontra bejgħ taħt il-prezz) fuq importazzjonijiet ta' lighters tal-but biż-żnied jaqbdu bil-gass, ma jistgħu jerġgħux jimtlew li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2423/88 tal-11 ta' Lulju 1988 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet taħt il-prezz jew sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta ssottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ġewwa l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. INVESTIGAZZJONIJIET TA' QABEL

(1) Bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 [2], il-Kunsill impona dazju anti-dumping (kontra bejgħ taħt il-prezz) definittiv fuq importazzjonijiet ta' Lighters tal-but biż-żnied jaqbdu bil-gass, ma jistgħux jerġgħu jimtlew li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex96131000 u joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Ir-rata applikabbli għal prodotti li joriġinaw f'dak il-pajjiż kienet stabbilita għal 16,9 %.

(2) B'avviż ippubblikat f'Marzu 1992 [3] il-Kummissjoni bdiet reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3433/91 sa fejn kellhom x'jaqsmu ċerti kumpaniji Ċiniżi li allegaw, b'mod partikolari, li ma esportawx il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kopert mill-investigazzjoni oriġinali (hekk imsejħa reviżjoni ta' min għadu kif wasal). Bid-Deċiżjoni 93/377/KEE [4], il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni b'reviżjoni ta' hawn iktar ‘il fuq mingħajr xi bidliet għall-miżuri fis-seħħ.

B. INVESTIGAZZJONI B'REVIŻJONI PREŻENTI

(3) F'Novembru 1993, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni tar-Regolament ta' hawn iktar ‘il fuq sa fejn għandhom x'jaqsmu importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. It-talba saret mill-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Lighters, li aġixxiet f'isem il-produtturi Komunitarji li flimkien jirrappreżentaw proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott in kwestjoni. It-talba allegat li ċ-ċirkostanzi nbiddlu mill-konklużjoni ta' l-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn minħabba li kien hemm żieda fil-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz għal esportazzjonijiet lejn il-Komunità mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u, konsegwentement, iktar ħsara. Kien ikkonsidrat li t-talba għal reviżjoni kien fiha xiehda biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni.

(4) F'Diċembru 1993 il-Kummissjoni ħabbret b'avviż [5] il-bidu ta' reviżjoni tar-Regolament(KEE) Nru 3433/91 rigward esportazzjonijiet ta' Lighters tal-but biż-żnied jaqbdu bil-gass, ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 (hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għalih bħala "ir-Regolament Bażiku").

(5) Il-Kummissjoni tat parir (irrakkomandat) lill-esportaturi u importaturi magħrufa li huma kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u dawk li kellhom ilmenti u tat lill-partijiet ikkonċernati l-opportunita li jgħarrfu l-veduti tagħhom bil-miktub u jitolbu li instemgħu (seduta).

(6) Importatur wieħed, żewġ esportaturi u produttur wieħed mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għarrfu l-veduti tagħhom bil-miktub. Erba' produtturi Komunitarji, Bic SA, Swedish Match SA, Tokai Seiki GmbH u Flamagas SA ssottomettew ukoll il-veduti tagħhom bil-miktub. Diversi mill-kumpaniji msemmija hawn iktar ‘il fuq talbu u ingħatawlhom seduti.

(7) Il-Kummissjoni fettxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hi qieset meħtieġa għall-għan ta' din l-investigazzjoni u wettqet investigazzjonijiet fil-postijiet tal-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi Komunitarji (fabbriki u/jew uffiċċji tal-bejgħ):

- Bic Deutschland GmbH, Ettlingen, il-Ġermanja

- Bic SA, Clichy, Franza

- Bic SA, Redon, Franza

- Biro Bic Ltd, Londra, ir-Renju Unit

- Bryant & May, High Wycombe, ir-Renju Unit

- Flamagas SA, Barcelona, Spanja

- Laforest Bic SA, Tarragona, Spanja

- Swedish Match, Visselhoevede, il-Ġermanja

- Swedish Match SA, Rillieux-la-Pape, Franza

- Tokai Seiki GmbH, Moenchengladbach, il-Ġermanja

- Tokai Vesta Hispania SA, Alcalá de Henares, Spanja

Esportaturi:

- Capital bastiment l-industrija Ltd, Hong Kong

- Gladstrong Investments Ltd, Hong Kong

Importatur mhux qarib (relatat):

- Troeber GmbH, Hamburg, il-Ġermanja.

(8) Il-Kummissjoni fettxet ukoll informazzjoni minn għand produtturi fil-Filippini li kien użat bħala pajjiż analogu għall-istabbiliment tal-valur normali (ara premessi 19 sa 27). Informazzjoni ddettaljata u komplita kienet ipprovduta minn u vverifikata għand Swedish Match Philippines Inc., Manila, Philippines.

(9) L-esportaturi u l-uniku importatur li kkoperaw, talbu u kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tkun irrakkomandata l-emenda tad-dazju definittiv kontra bejgħ taħt il-prezz fis-seħħ fuq importazzjonijietjiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni qieset, fejn xieraq, is-sottomissjonijiet tal-partijiet ikkonċernati.

(10) L-investigazzjoni ta' bejgħ taħt il-prezz kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 1993 (hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għaliha bħala "perjodu ta' investigazzjoni").

Ċ. PRODOTT TAĦT KONSIDERAZZJONI, PRODOTT BĦALU U INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(i) Prodott taħt konsiderazzjoni

(11) Il-prodott suġġett għad-dazju definittiv kontra bejgħ taħt il-prezz li tirreferi għalih il-premessa 1 huwa Lighters tal-but biż-żnied jaqbdu bil-gass, ma jistgħux jerġgħu jimtlew (hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għalih bħala "lighters taż-żnied li jirtmew").

Għandu jkun irrievokat f'dan ir-rigward li hemm lighters li jirtmew oħra fis-suq (piezo lighters) li l-karatteristiċi tekniċi tagħhom huma differenti għal kollox mill-prodott imsemmi hawn iktar ‘il fuq. Għalhekk dawn ma ġewx meqjusa li kienu identiċi tal-prodott ikkonċernat fl-investigazzjoni oriġinali, ma kinux koperti fl-investigazzjoni oriġinali u kienu esklużi mill-ambitu tal-miżuri.

(12) L-importatur li kkopera sostna li, barra s-separazzjoni li diġa teżisti bejn lighters taż-żnied li jirtmew u piezo, distinzjoni ġdida għandha ssir fost lighters taż-żnied li jirtmew, bejn lighters b'body tal-platik u b'body tan-najlon. Dan l-importatur sostna li kienu jeżistu żewġt iswieq għal lighters taż-żnied li jirtmew, il-wieħed li joffri lighters ta' lussu bbażati fuq in-najlon u l-ieħor l-hekk imsejħin lighters b'body standard tal-plastik. Filwaqt li allega li l-lighters taż-żnied li jirtmew Ċiniżi kollha kellhom body tal-plastik, dan l-importatur talab li l-prodott taħt konsiderazzjoni għandu jkun ristrett għal prodotti tali.

(13) Matul l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, instab li definizzjoni hekk ristretta (dejqa) tal-prodott taħt konsiderazzjoni ma tkunx iġġustifikata, notevolment minħabba l-allegat qsim f'segmenti tas-suq ta' lighters taż-żnied li jirtmew, li huwa bbażat fuq differenzi f'karatteristiċi bażiċi u perċezzjoni tal-prodott tal-konsumaturi, mhux ikkonfermat b'fatti.

Il-prodott in kwestjoni huwa tassew immanufatturat f'qisien u mudelli differenti u materjali differenti jistgħu jkunu użati fil-komposizzjoni tal-body tal-lighter. Madankollu, dawn il-lighters taż-żnied li jirtmew kollha għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bażiċi, l-istess applikazzjoni bażika u jagħmlu l-istess funzjoni. F'kuntrast ma' dan, għandu jkun innotat li d-distinzjoni bejn lighters taż-żnied li jirtmew u tal-piezo kienet ibbażata fuq differenzi fil-karatteristiċi tekniċi li huma stabbiliti b'mod ċar.

Barradan, huwa wkoll ċar li d-differenza bejn lighters taż-żnied u piezo hija perċettibbli għal konsumatur, filwaqt li d-differenza bejn lighters taż-żnied li jirtmew b'body magħmul jew minn plastik jew najlon, mhuwiex. Tassew, il-prodott kkonċernat huwa wieħed li jirtema u d-dikjarazzjoni li konsumaturi jkunu konxji tad-differenza imsemmija iktar ‘il fuq m'hemmx xiehda tagħha (ipprovata), fost affarijiet oħra, bl-eżistenza ta' kanali ta' bejgħ separati b'mod ċar. Bil-kuntrarju, il-lighters taż-żnied li jirtmew jinbiegħu bla distinzjoni fl-istess xorta ta' ħwienet lil konsumaturi li jkollhom l-istess aspettazzjonijiet u xejn mhu jsir biex jagħmel lil konsumaturi konxji fl-allegata differenza bejn lighters b'body tal-plastik u b'body tan-najlon. B'mod partikolari, għandu jkun innotat li lighters b'body tal-plastik u b'body tan-najlon mhux faċli tiddistingwihom ladarba t-tnejn huma disponibbli f'għamliet trasluċidi u opaki.

(14) Għalhekk, l-ambitu kollu tal-mudelli ta' lighters taż-żnied li jirtmew għandu jitqies bħala li jifforma kategorija waħda ta' prodott, mingħajr ma jingħata każ tal-materjal użat biex jinħadem il-body, li jirrapreżenta, ikun x'ikun il-każ, biss differenza żgħira f'karattersitiċi fiżiċi, kif ukoll f'termini ta' spiża (ara premessa 36).

Id-deċiżjonijiet ta' l-investigazzjoni oriġinali rigward il-prodott taħt konsiderazzjoni, kif irrievokat fil-premessa 11, huma għalhekk ikkonfermati.

(ii) Prodott jixxiebah

(15) Il-produttur li kkopera sostna li d-deċiżjonijiet ta' l-investigazzjoni oriġinali rigward id-definizzjoni tal-prodott jixxiebah għandhom ikunu kkonsidrati, biex iqisu l-fatt li produttur Komunitarju, involut issa fil-proċess, kien jimmanifattura lighters b'body tal-plastik, allegatament "identiċi" bħal dawk importati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, filwaqt li produtturi Komunitarji oħra, kif ukoll il-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu, kienu jipproduċu lighters b'body tan-najlon li għandhom jitqiesu skond dan l-importatur bħala, l-aktar l-aktar, "simili" għal-lighters Ċiniżi.

Għandu jkun enfasizzat għal darb'oħra f'dan ir-rigward li differenza fiżika żgħira (minuri), bħall-materal użat għall-ħdim tal-body tal-lighter, li m'għandha ebda impatt fuq il-karatteristiċi tekniċi bażiċi, applikazzjoni bażika u funzjoni tal-prodott u li mhix perċettibbli mill-konsumaturi, mhix biżżejjed biex tiġġustifika li ssir distinzjoni bejn lighters taż-żnied li jirtmew allegatament "identiċi" u "simili". Il-konklużjoni tapplika għall-paragun ta' lighters taż-żnied li li jirtmew importati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma', rispettivament, dawk kollha prodotti u mibjugħa fil-Komunità u dawk prodotti u mibjugħa mill-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu.

(16) L-istess importatur ukoll għamel protesta dwar differenzi fiżiċi varji li ntqal li għandhom (jagħmlu) impatt fuq id-definizzjoni ta' prodott jixxiebah. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet, diġa indirizzati b'mod ġenerali fl-llll oriġinali, ma kinux appoġġati b'xiehda ġdid deċiżiva li kienet tiġġustifika li jiqiesu fid-definizzjoni ta' prodott jixxiebah, notevolment fir-rigward tal-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-prodott.

(17) F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kkonfermat li l-lighters taż-żnied li jirtmew prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja u dawk importati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jippossiedu karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi biżżejjed simili biex ikunu meqjusa prodott jixxiebah. Filwaqt li jista' jkun hemm xi differenzi żgħar bejn il-prodott importat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-produzzjoni Komunitarja, dawn id-differenzi m'humiex tali li jiġġustifikaw deċiżjoni li għandhom ikunu kkonsidrati bħala prodotti jixxiebhu. Id-deċiżjonijiet ta' l-investigazzjoni oriġinali rigward id-definizzjoni ta' prodott jixxiebah huma għalekk ikkonfermati.

Kif spjegat taħt il-premessi 26 u 36, il-konklużjoni ta' hawn fuq hija ugwalment valida għal-lighters taż-żnied li jirtmew prodotti u mibjugħa mill-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu.

(iii) Industrija Komunitarja

(18) Fid-dawl ta' dak ta' iktar ‘il fuq, it-talba li l-industrija Komunitarja għandha tingħata definizzjoni oħra li tkun tikkomprendi biss il-produttur Komunitarju li jimmanifattura lighters bil-body tal-plastik kienet irrifjutata (miċħuda). Fuq din il-bażi, instab li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produtturi Komunitarji li f'isimhom intgħamlet it-talba għal reviżjoni, irrappreżentaw iktar minn 70 % tat-total tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott jixxiebah. Għalhekk, huwa konkluż li l-produtturi in kwestjoni jikkostitwixxu l-"Industrija Komunitarja" fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku.

D. BEJGĦ TAĦT IL-PREZZ

(a) Valur normali

(i) Pajjiż analogu

(19) Ladarba r-Repubblika Popolari taċ-Ċina mhix pajjiż b'ekonomija tas-suq, il-valur normali kellu jkun iddeterminat fuq il-bażi ta' informazzjoni miksuba f'pajjiż b'ekonomija tas-suq (hekk imsejjaħ pajjiż analogu) skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ilment ippropona li għandha tintuża t-Tajlandja bħala l-pajjiż analogu bħal fl-investigazzjoni oriġinali u sar kuntatt maż-żewġ produtturi Tajlandiżi li kienu kkoperaw ma' l-investigazzjoni msemmija. F'din l-okkażjoni, il-produtturi Tajlandiżi ma kkoperawx.

(20) Hekk, sar kuntatt ukoll għal dan il-għan ma' produttur Korean u żewġ produtturi fil-Filippini. Il-produtturi fil-Filippini biss indikaw li kienu lesti jikkoperaw mal-Kummissjoni u ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Madankollu, fil-każ ta' produttur wieħed fil-Filippini, it-tweġiba kienet wisq limitata u ntalbu iktar dettalji. Sussegwentement, il-produttur ikkonċernat għarraf lill-Kummissjoni li ma riedx jagħti informazzjoni iktar iddettaljata. Konsegwentement, dan il-produttur tqies bħala mhux koperattiv, bir-riżultat li kumpanija waħda biss baqgħet bħala għajn possibbli ta' informazzjoni dwar il-Filippini.

Wara l-iżvelar tad-deċiżjonijiet essenzali ta' l-investigazzjoni, l-importatur li kkopera sostna li Kumpanija minn Hong Kong, Cli-Claque Ltd, li allegatament timmanifattura lighters taż-żnied li jirtmew fil-Filippini, kellha wkoll tkun ikkuttattjata. L-eżistenza ta' dan l-allegat produttur fil-Filippini twasslet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni biss fi stadju estremament tard u ma setgħetx, għalhekk, tkun ikkonsidrata mingħajr ma timpedixxi b'mod sinifikanti l-investigazzjoni.

(21) Ladarba ebda possibbilta oħra ma kienet teżisti biex tiddetermina l-valur normali, bidla fil-pajjiż analogu ma setgħetx, għahekk, tkun evitata. Fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kriterji applikabbli għall-għażla ta' pajjiżi analogi, li ġejjin kienu vverifikati biex tkun stmata l-proprjeta tal-Filippini għal dan il-għan;

- il-kwalità rappreżentattiva tas-suq ikkonċernat:

il-qies tas-suq domestiku tiegħu jagħmel lill-Filippini pajjiż rappreżentattiv għall-istabbiliment tal-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (bejgħ domestiku totali tal-produttur li kkopera fil-Filippini jammonta għal iktar minn 5 % ta' l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Komunità);

- il-ftuħ tas-suq:

is-suq Filippin huwa miftuħ għal kompetizzjoni: il-produzzjoni lokali ta' lighters li jirtmew qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni fil-prezz prinċipalment minħabba importazzjonijiet sostanzjali. L-istruttura tad-domanda tiffavorixxi wkoll il-kompetizzjoni ladarba ħafna operaturi, bħal supermarkets u bejjiegħa bl-imnut medji jew żgħar huma preżenti fis-suq.

- aċċess għal materji (materjali) bażiċi:

fl-aħħar, ma jidhirx li jeżistu differenzi sinifikanti bejn iċ-Ċina u l-Filippini dwar il-faċilita ta' aċċess għal materji (materjali) bażiċi. Tassew li xi partijiet u komponenti huma importati fil-Filippini imma l-produtturi Ċiniżi jimportaw ukoll minn għand il-fornituri lokalizzati barra ċ-Ċina xi partijiet mill-iktar sensittivi tal-lighters, bħaż-żnied. Ġeneralment, id-disponibilta ta' partijiet ta' lighters tidher li hi għall-inqas tajba fil-Filippini daqs kemm hi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(22) Madankollu, billi l-kumpanija li kkoperat fil-Filippini hija parti minn grupp ta' kumpaniji li tiegħu min għamel l-ilment huwa wkoll parti, il-Kummissjoni ikkonsidrat ukoll meħtieġ li tanalizza l-implikazzjonijiet ta' l-eżistenza ta' rabiet tali, bil-ħsieb li tiddetermina jekk din is-sitwazzjoni kelliex xi effetti ta' tgħawwiġ fuq id-data ssottomessa u, għalhekk, jekk din l-informazzjoni setgħetx jew ma setgħetx tkun użata fil-qafas ta' l-investigazzjoni kurrenti ta' reviżjoni.

(23) Eżami fil-fond ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni mogħtija mill-produttur Filippin ikkonċernat wera li minħabba l-fatt li ċerti partijiet użati fil-manifattura ta' lighters taż-żnied li jirtmew inxtraw minn għand partijiet konnessi, intefqu spejjeż addizzjonali. Għalhekk, bil-għan li jsir test raġonevoli u xieraq tal-profitabilita, l-ispejjeż addizzjonali in kwestjoni tnaqqsu. Wara aġġustament tali, instab li l-prezzijiet mitluba mill-produttur Filippin li kkopera għal bejgħ tal-prodott jixxiebah fis-suq domestiku fl-andament ordinarju tal-kummerċ ippermettew ir-rekuperu ta' l-ispejjeż kollha minfuqa fl-andament ordinarju tal-kummerċ b'żieda ta' marġini normali ta' profitt.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, ġie konkluż li l-valur normali seta' jkun ibbażat, skond l-Artikolu 2(5)(a) (i) tar-Regolament Bażiku, fuq il-prezzijiet li bihom lighters taż-żnied li jirtmew kienu attwalment mibjugħa għal konsum fis-suq domestiku fil-Filippini.

(24) Dan, flimkien ma' l-elementi msemmija iktar ‘il fuq dwar il-posizzjoni tal-Filippini bħala pajjiż analogu, wassal il-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-Filippini huwa għażla xierqa u mhix irraġonevoli. Il-partijiet interessati kienu informati fi żmien dovut b'dan il-kors ta' azzjoni propost. L-osservazzjonijiet prinċipali li għamlu f'dan ir-rigward huma diskussi iktar ‘l isfel, kif ukoll taħt il-premessi 28 sa 31.

(25) L-esportaturi kkonċernati jew qablu jew ma rreaġixxewx għall-proposta li jintuża l-Filippini bħala pajjiż analogu.

(26) Fi żmien il-limitu ta' żmien mogħti għal osservazzjonijiet dwar l-għażla tal-pajjiż analogu, l-importatur li kien ikkopera indika li l-Filippini għandu biss jikkostitwixxi għażla xierqa jekk id-data użata kienet tikkonċerna produttur Filippin li jimmanifattura lighters bil-body tal-plastik u li m'għandux rabtiet ma' l-industrija Komunitarja.

F'dak li jikkonċerna d-differenzi fiżiċi bejn lighters b'body tal-plastik u b'body tan-najlon, għandu jkun innotat li l-argumenti miġjuba huma identiċi bħal dawk miġjuba fir-rigward tal-lighters taż-żnied li jirtmew prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-prodott taħt konsiderazzjoni u tad-definizzjoni tal-prodott jixxiebah. Kif kien spjegat taħt il-premessi 12 sa 17, il-Kummissjoni kkonsidrat li l-lighters taż-żnied li jirtmew kollha jifformaw kategorija waħda unika ta' prodott u li lighters taż-żnied li jirtmew kollha b'body tal-plastik u b'body tan-najlon għandhom jitqiesu bħala prodotti jixxiebhu. Il-konklużjoni hija wkoll valida fil-kuntest ta' l-għażla tal-pajjiż analogu. Rigward l-influwenza possibbli ta' l-irbit eżistenti, il-Kummissjoni kkonsidrat li l-eżami miġjub fil-premessa 23 ta' xhieda wiesa' li, sakemm il-valur normali huwa bbażat fuq prezzijiet tal-bejgħ domestiċi, l-inkwiet espress kien bla bażi.

Dan l-importatur ippropona wkoll li jintgħażel il-Messiku bħala pajjiż analogu. Madankollu, din il-proposta ntgħamlet biss f'Settembru 1994, i.e. iktar minn ħames xhur wara l-iskadenza stabbilita għal osservazzjonijiet dwar il-kwestjoni u ma setgħetx, għalhekk, tkun ikkonsidrata mingħajr ma timpedixxi b'mod sinifikanti l-investigazzjoni.

(27) Il-konklużjoni li l-Filippini jikkostitwixxi għażla xierqa u mhix irraġonevoli għall-għan li jkun stabbilit il-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku hija, għalhekk, ikkonfermata.

(ii) Talbiet għal applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku

(28) Xi partijiet interessati sostnew li valur normali kellu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku, jiġifieri skond id-disposizzjonijiet applikabbli meta prodott ma jkunx importat direttament mill-pajjiż ta' oriġini imma esportat lejn il-Komunità minn pajjiż intermedjarju, u li, f'dan il-kuntest, il-valur normali kien messu kien stabbilit fil-pajjiż esportatur, jiġifieri Hong Kong.

(29) It should be noted that only a limited number of Chinese exporters and one unrelated importer cooperated with the Commission. Inzerta li l-kumpaniji li kkoperaw jew esportaw lejn jew importaw għal ġewwa l-Komunità il-lighters Ċiniżi via Hong Kong. Dawn il-kumpaniji jirrapreżentaw madwar 53 % ta' l-esportazzjonijiet totali lejn il-Komunità Ewropea. F'dak li jikkonċerna l-esportaturi li kkoperaw illokalizzati f'Hong Kong, li jirrappreżentaw madwar 13 % ta' l-esportazzjonijiet totali ta' lighters Ċiniżi lejn il-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni stabbiliet li huma wkoll ibiegħu lighters Ċiniżi fis-suq domestiku tagħhom. Madankollu, għall-kumpaniji l-oħra (jiġifieri esportaturi li ma kkoperawx li l-importaturi tagħhom ma kkoperawx), ir-"rotta ta' esportazzjoni" ma kenitx magħrufa.

(30) F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li, bħala regola ġenerali, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(6) mhumiex applikabbli għal importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq. Madankollu, fil-każ preżenti, aktarx li l-maġġoranza kbira ta' lighters taż-żnied li jirtmew Ċiniżi kienu sempliċement trasbordati f'Hong Kong. Dwar l-eżistenza tal-produzzjoni fil-pajjiż ta' esportazzjoni, jidher, skond informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni, li ma kienx hemm produzzjoni ta' lighters taż-żnied li jirtmew mitmuma f'Hong Kong matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fl-aħħar, safejn għandhom x'jaqsmu l-prezzijiet tal-bejgħ fil-pajjiż ta' esportazzjoni, ladarba l-lighters ikkonċernati huma jew immanufatturati fiċ-Ċina taħt ftehim ta' subkuntratt jew il-partijiet involuti huma qraba (relatati), il-Kummissjoni ma tistax tkun issodisfatta li dan il-bejgħ sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ.

(31) Minħabba dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li, ukoll jekk l-Artikolu 2(6) kellu jkun ikkonsidrat applikabbli għal importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq, ma kienx ikun xieraq fil-kuntest ta' l-investigazzjoni kurrenti li jkun stabbilit il-valur normali fuq il-bażi ta' prezzijiet fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur, ladarba ma kien hemm ebda produzzjoni ta' lighters taż-żnied li jirtmew mitmuma f'Hong Kong u, iktar minn hekk, ebda prezz ta' min joqgħod fuqu komparabbli ma kien possibbli li jkun jeżisti għal dawn il-prodotti f'dak it-territorju. Il-valur normali jkollu hekk ikun ibbażat fuq il-prezzijiet fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' oriġini. Madankollu, ladarab r-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq, il-valur normali għandu jkun stabbilit skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku.

(iii) Prezz tal-bejgħ domestiku fis-suq Filippin

(32) Il-Kummissjoni kkonsidrat jekk valur normali setax ikun stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom il-prodott huwa attwalment mibjugħ għal konsum fis-suq Filippin. F'dan ir-rigward, kien innotat li l-kumpanija Filippina li kkoperat biegħet lighters taż-żnied li jirtmew lil klijenti kbar diversi, wieħed minn dawn il-klijenti jkun distributur indipendenti li reġa' biegħ il-lighters kemm lil min ibigħ bl-imnut u kemm lill-grossisti, ieħor ikun kumpanija kbira tat-tabakk. Il-Kummissjoni wkoll stabbiliet li l-prezzijiet tal-bejgħ ħasbu għal qligħ mal-bejgħ (ara l-premessa 23).

Huwa għalhekk konkluż li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-produttur li kkopera fis-suq Filippin jikkostitwixxu bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali.

(b) Prezzijiet ta' esportazzjoni

(33) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill esportaturi kollha magħrufa miż-żewġ investigazzjonijiet ta' qabel dwar dan il-prodott. Biss iż-żewġ esportaturi u importatur wieħed imsemmija fil-premessa 7, kif ukoll produttur wieħed Ċiniż (jiġifieri Dong Guan Lighter Factory, Dong Guan City, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) issottomettew tweġibiet kompleti.

Il-kwantitajiet totali rrapportati mill-esportaturi li kkoperaw u l-importatur li kkopera jirrapreżentaw 53 % ta' l-importazzjonijiet totali. Għall-esportazzjonijiet li jibqa' u skond l-Artikolu 7(7)(b) tar-Regolament Bażiku, ladarba l-istatistiċi ta' l-Eurostat fihom informazzjoni dwar prezzijiet ibbażata fuq taħlita ta' lighters differenti (mill-punt di vista ta' preżentazzjoni, għamla, qies, eċċ.) u, għalhekk, mhix konvenjenti għall-għan li jkun stabbilit il-prezz ta' esportazzjoni u mogħti l-livell ta' koperazzjoni, il-prezz ta' esportazzjoni għall-esportaturi li ma kkoperawx kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-kumpanija li kkoperat ma' l-ibjex prezz medju. Fl-istess ħin, kien assunt li l-lighters ikkonsinnati minn esportaturi li ma kkoperawx kienu lighters"mikxufin" (b'nar mikxuf) mibjugħa f'pakketti ta' 50 unita (hekk imsejħin "bulk").

(34) L-esportaturi li kkoperaw talbu trattament individwali (jiġifieri l-istabbiliment ta' prezzijiet ta' esportazzjoni separati u hekk ta' marġini ta' bejgħ taħt il-prezz individwali). Għalkemm trattament individwali jista' jingħata lil ċerti esportaturi f'pajjiżi li m'għandhomx ekonomija tas-suq, b'mod partikolari fejn urew l-indipendenza tagħhom mill-Istat fit-tmexxija tal-politika ta' l-esportazzjoni tagħhom u l-iffissar tal-prezzijiet ta' esportazzjoni tagħhom, kien ikkonsidrat li kienet rekwiżita l-akbar prudenza f'din il-materja.

F'dan ir-rigward, għandu jkun irrievokat li investigazzjoni tar-reviżjoni ta' min għadu kif wasal li tirreferi għaliha l-premessa 2 ikkonkludiet li ebda trattament individwali ma seta' jingħata lil xi waħda mill-erba' kumpaniji Ċiniżi involuti fl-investigazzjoni msemmija. Ladarba dik il-konklużjoni kkonċernat, fost oħrajn, iż-żewġ kumpaniji li kkoperaw fl-investigazzjoni kurrenti u mogħti li l-kumpaniji in kwistjoni ma ssottomettew ebda xhieda ġdida ssustanzjata rigward l-indipendenza tagħhom li huma sostnew, l-għoti ta' trattament individwali lill-applikanti kien ikkonsidrat li la hu xieraq lanqas konsistenti ma' l-avviċinament stabbilit ta' l-Istituzzjonijiet Komunitarji.

(ċ) Paragun

(35) Għalkemm il-lighters taż-żnied li jirtmew jistgħu jkunu kkonsidrati bħala prodott wieħed uniku, huma jinbiegħu f'għamliet differenti, jiġifieri mikxufin, stampati, bil-kmiem (miksijin), eċċ. L-esportazzjonijiet miċ-Ċina rrapportati mill-kumpaniji li kkoperaw ikkonsistew, b'madwar 80 %, f'lighters mikxufin f'"bulk". Biss kwantitajiet żgħar esportati kkonċernaw lighters li jirtmew stampati fuq ġenb wieħed jew tnejn. Għall-għan tal-kalkulazzjoni tal-bejgħ taħt il-prezz, ġew ipparagunati biss il-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni ta' lighters mikxufin f'ippakkjar bulk. Dan l-avviċinament kien ikkonsidrat raġonevoli ladarba lighters mikxufin f'bulk ikkostitwew il-maġġoranza kbira tal-kwantitajiet esportati kif irrapportat mill-kumpaniji li kkoperaw.

(36) L-importatur wara li kkopera sostnew li l-lighters immanufatturati mill-kumpanija Filippina li kkoperat ma kinux komparabbli mal-lighters Ċiniżi għax intgħamlu minn materjali differenti, jiġifieri il-body tal-lighter Filippina hija magħmula min-najlon u l-body tal-lighter Ċiniża mill-platik. Rigward il-partijiet l-oħra, l-istess importatur sostnew wkoll li kienu jeżistu differenzi u għandhom jitqiesu fl-għamla ta' aġġustament tal-prezz ta' 100 %. Dan l-importatur sostna li dawn id-differenzi fiżiċi wasslu għal nefqa ogħla ta' produzzjoni u hekk għandhom impatt fuq il-prezz tal-lighter Filippina meta pparagunata mal-lighter Ċiniża.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-materjal għall-manifattura tal-body, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni wriet li t-tip ta' materja prima użata mil-produtturi Ċiniżi hija tassew orħos għal kull kilogramma mill-waħda użata mill-produttur Filippin. Madankollu, il-karatteristiċi tekniċi tal-lighter bil-body tal-plastik jindikaw li l-ħitan tal-body huma sa 2,5 darbiet eħxen mill-ħitan tal-lighter bil-body tan-najlon, u għalhekk li iktar materjal huwa użat. Barradan, iċ-ċiklu ta' l-ipproċessar huwa itwal fil-każ tal-lighter bil-body tal-plastik dovut għall-perjodu itwal irrekwiżit għat-tkessiħ. Fuq bilanċ, id-differenza fl-ispiża hija għalhekk negliġibbli.

Il-Kummissjoni taċċetta li l-partijiet użati mill-produtturi Ċiniżi u Filippini mhumiex assolutement identiċi u li konsegwentement il-proċess ta' mmuntar mhuwiex strettament identiku. Madankollu, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni, parti allegatament iktar issofistikata u/jew parti kemmxejn differenti ma kenitx sistematikament ogħla fil-produzzjoni mill-waħda korrispondenti allegatament inqas issofistikata. Barraminhekk, ebda informazzjoni ma kienet disponibbli li tissuġġerixxi li d-differenzi fiżiċi allegati, li jaffettwaw l-ispejjeż biss b'mod negliġibbli, għandhom impatt fuq il-prezzijiet tal-bejgħ.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa konkluż li ebda aġġustament fil-prezz ma huwa ġġustifikat biex jieħu f'konsiderazzjoni l-allegati differenzi fiżiċi u/jew kwalitattivi.

(37) Għall-għan biex ikun żgurat paragun ġust, ingħata aġġustament għall-valur normali rigward it-taxxa fuq il-bejgħ domestika fis-suq Filippin. Sa fejn għandu x'jaqsam il-prezz ta' esportazzjoni u fejn disponibbli, l-ispejjeż attwali ta' trasport (ġarr), assigurazzjoni u oħrajn tnaqqsu biex wieħed jasal għal-livell ta' fob (free on board - bla spejjeż abbord), jekk le ittieħdet perċentwali li tikkorrispondi mat-tnaqqis ta' l-aħħar. Ebda aġġustament ieħor ma ntalab jew ġie kkonsidrat meħtieġ.

Prezzijiet ta' bejgħ domestiċi fil-Filippini u prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi kienu pparagunati fuq l-istess livell ta' bejgħ, jiġifieri fob fil-konfini nazzjonali.

(d) Marġini ta' bejgħ taħt il-prezz

(38) Il-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz espress bħala perċentwali tal-valur ta' l-importazzjonijiet cif (cost, insurance, freight - spejjeż, assigurazzjoni, ġarr/trasport) fuq il-fruntiera Komunitarja instab li kien ta' 80,3 %.

E. ĦSARA

(a) Osservazzjonijiet Ġenerali

(39) Għandu jkun enfasizzat li l-investigazzjoni ta' reviżjoni preżenti twettqet ukoll fuq talba minn għand l-industrija Komunitarja li allegat li bejgħ taħt il-prezz ta' lighters taż-żnied li jirtmew Ċiniżi kien żdied b'mod drammatiku mill-konklużjoni ta' l-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn u sostnut li l-miżuri fis-seħħ għandhom ikunu emendati biex titneħħa iktar ħsara kkaġunata lill-industrija Komunitarja.

Filwaqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Bażiku, kien meħtieġ li jkun investigat il-livell ta' ħsara. Fl-investigazzjoni oriġinali, l-effetti ta' ħsara ta' importazzjonijiet Ċiniżi li nbiegħu taħt il-prezz kienu stmati u stabbiliti b'mod kumulattiv ma' importazzjonijiet minn tliet pajjiżi terzi oħra. Għalhekk, investigazzjoni ta' ħsara tmexxiet ukoll bil-ħsieb li tistabbilixxi jekk iż-żieda ta' bejgħ taħt il-prezz mill-esportatur Ċiniż kenitx wasslet għal iktar ħsara li kienet tiġġustifika modifikazzjoni tal-miżuri fis-seħħ rigward ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(b) Konsum totali Komunitarju

(40) Fl-ikkalkular tal-konsum totali tal-prodott in kwestjoni fis-suq Komunitarju, il-Kummissjoni żiedet il-bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-Komunità ta' lighters taż-żnied li jirtmew ma' l-importazzjonijiet totali ta' dawn il-prodotti fil-Komunità, kif iddikjarati li jaqgħu ġewwa l-kodiċi tan-NK 96131000. Fuq din il-bażi, il-konsum totali kiber bejn l-1989 (jiġifieri l-perjodu ta' l-investigazzjoni ta' l-investigazzjoni oriġinali) u l-1993 bi 15 %.

Huwa magħruf, madankollu, li l-importazzjonijiet li jaqgħu ġewwa l-kodiċi tan-NK 96131000 ma jkoprux biss lighters taż-żnied li jirtmew imma wkoll lighters tal-piezo li jirtmew. Il-kwantita ta' lighters tal-piezo importati mhix magħrufa bl-eżatt u, għalhekk, mhux possibbli li tkun stmata ż-żieda fil-konsum dovut għall-importazzjonijiet ta' dan it-tip ta' lighteri li tirtema. Il-Kummissjoni pprovat tagħmel differenza bejn lighters taż-żnied u tal-piezo fl-istatistiċi globali ta' importazzjoni fuq il-bażi ta' statistiċi Tarik li suppost jagħmlu d-differenza bejn dawn iż-żewġ tipi ta' lighters li jirtmew imma ebda data storika ta' min joqgħod fuqha ma setgħet tkun stabbilita fuq din il-bażi.

Madankollu, safejn għandha x'taqsam ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jkun innotat li l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni wriet li ebda lighters tal-piezo ma kienu importati minn dak il-pajjiż sa u matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti. Dan ifisser, safejn għandha x'taqsam ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ebda stima eżaġerata tas-sehem tagħha fis-suq ta' lighters taż-żnied li jirtmew ma setgħet issir ladarba l-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina li jaqgħu ġewwa l-kodiċi tan-NK kienu konnessi ma' importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni.

(ċ) Fatturi konnessi ma' l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz

(i) Volum u sehem fis-suq

(41) Bejn l-1989 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni, importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedet b'mod sostanzjali meta pparagunata ma' l-1989. Il-kwantitajiet immportati kienu sewwa sew 9,6 miljun unitajiet fl-1989, imbagħad 69,3 fl-1990, 78,1 fl-1991, 45,5 fl-1992 u 71,6 miljun unitajiet fl-1993 (il-perjodu ta' investigazzjoni aġġustat għal 12-il xahar).

Wara nuqqas relattiv fl-1992 dovut għall-imposizzjoni ta' miżuri fl-1991, l-importazzjonijiet żdiedu b'rata ħafna iktar ogħla mill-konsum. Bħala konsegwenza, is-sehem fis-suq ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'mod sostanzjali, jiġifieri minn 1,5 % fl-1989 għal 11 % fl-1991, imbagħad minn 7 % fl-1992 għal 10 % fl-1993 (il-perjodu ta' investigazzjoni aġġustat għal 12-il xahar).

(ii) Prezzijiet

(42) Fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni ta' reviżjoni, huwa importanti bil-bosta li jkun innotat li l-prezz ta' esportazzjoni tal-lighters Ċiniżi waqa' b'madwar 23 % fil-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti meta pparagunat mal-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali (1989). F'dan ir-rigward, għandu wkoll ikun innotat li din it-tendenza kienet stabbilita fuq il-bażi ta' ċifri rrapportati mill-esportaturi li kkoperaw u l-importatur li kkopera ladarba, għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessai 33, statistiċi ta' Eurostat ma kinux konvenjenti għall-għan biex ikunu stabbiliti l-prezzijiet ta' esportazzjoni.

(43) Il-prezzijiet ta' lighters Ċiniżi kienu wkoll ipparagunati ma' dawk ta' lighters prodotti fil-Komunità u mibjugħa mill-industrija Komunitarja. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonsidrat li biss dawk il-lighters b'ammont ta' gass ugwali jew kważi ugwali, u għalhekk ta' kwantita simili ta' tqabbid, għandhom jittieħdu bħala bażi għal dan l-eżerċizzju ta' paragun fil-prezz, li sar fuq il-bażi ta' perċentwali ta' bejgħ rappreżentativa, fil-livell ta' bejgħ lill-grossisti u bejjiegħa kbar bl-imnut. Għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessa 36, li huma wkoll relevanti f'dan il-kuntest, ebda aġġustament ma kien applikat biex jieħu f'konsiderazzjoni allegati differenzi fiżiċi u/jew kwalitattivi oħra.

(44) Il-prezz tal-bejgħ ta' lighters li jirtmew Ċiniżi importati kien, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, b'mod sinifikanti taħt il-prezz tal-bejgħ medju tal-lighters li jirtmew komparabbli prodotti mill-produtturi Komunitarji. Il-marġini medju peżat ta' tnaqqis fil-preżz instab li ammonta għal 26 % (espressi fuq il-bażi ta' prezz tal-bejgħ Komunitarju).

(d) Sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja

(i) Ġenerali

(45) Is-suq tal-lighters huwa sensittiv ħafna f'dak li huwa prezz. Biex ikunu jistgħu jbiegħu jew iżommu sehem mis-suq, il-produtturi u xerrejja numerużi fis-suq għandhom tendenza li jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom għall-ibjex livell possibbli. Iffaċċjati b'importazzjonijiet taħt il-prezz irħas mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-industrija Komunitarja kellha tbaxxi l-prezzijiet tagħha biex tipprova żżomm sehem fis-suq, livell ta' produzzjoni u utilizzazzjoni ta' kapaċita.

(ii) Produzzjoni, bejgħ u sehem tas-suq

(46) Produzzjoni u bejgħ ta' l-industrija Komunitarja baqgħu stabbli bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali u l-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti, minkejja ċertu titjib evidenti fl-1990 u l-1991. Madankollu, matul l-istess perjodu, f'suq li qiegħed jikber, is-sehem tas-suq tagħha naqas b'9 punti perċentwali, filwaqt li s-sehem tas-suq miżmum minn importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 8,5 punti perċentwali.

(iii) Prezzijiet, profitt u impjiegi

(47) Prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja, fuq il-medja, waqgħu meta jkun ipparagunat il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali mal-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti. Tnaqqis fil-prezz kien tassew l-uniku mezz biex jinżamm f'minimu t-telf tas-sehem tas-suq. Minkejja dan it-tnaqqis, l-industrija Komunitarja ma kisbetx dan ir-riżultat.

(48) mill-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali ‘l hawn is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija Komunitarja fit-total tagħha - wara ċertu titjib fl-1991 - ħżienet sat-tmiem tal-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti. Il-waqgħa kontinwa tal-prezz ma setgħetx tkun ikkompensata b'riduzzjonijiet fl-ispejjeż. Fl-1993 il-prezz tal-bejgħ medju kien taħt in-nefqa medja, inklużi bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi.

(49) L-industrija Komunitarja għamlet sforzi kbar biex tlaħħaq mat-tnaqqis kontinwu ta' prezzijiet, notevolment bit-tnaqqis tan-numru ta' l-impjegati tagħha bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni orġinali u l-perjodu ta' l-llll kurrenti bi 13 % imma, fl-istess ħin, billi żżomm il-produzzjoni u bejgħ biex tibqa' vijabbli.

(e) Konklużjoni dwar ħsara

(50) F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa konkluż li l-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja ħżienet bil-kbir. F'suq li qiegħed jikber, il-produtturi Komunitarji kkonċernati tilfu sehem fis-suq u l-profitt tagħhom ħżien minkejja riduzzjonijiet severi fin-nefqa, inkluża riduzzjoni ta' impjiegi.

F. KAWŻALITA TA' TA' ĦSARA

(51) I-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara addizzjonali mġarrba mill-industrija Komunitarja kenitx ikkawżata mill-bejgħ taħt il-prezz li żdied ta' l-esportaturi Ċiniżi u jekk fatturi oħra setgħux ikkawżaw jew ikkontribwew għal dik il-ħsara.

(a) Effett li ħareġ mill-importazzjonijiet taħt il-prezz

(52) Fl-eżami ta' l-effetti ta' importazzjonijiet taħt il-prezz, instab li l-vloum dejjem jiżdied ta' l-importazzjonijiet taħt il-prezz irħas mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ġraw fl-istess ħin tat-telf tas-sehem fs-suq, tad-tbaxxija fil-prezz u tad-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija Komunitarja.

(53) Tassew, bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali u l-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti is-sehem tas-suq f'idejn l-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ħafna, jiġifieri minn 1,5 % għal 10 %, jiġifieri 8,5 % tal-konsum totali, filwaqt li s-sehem tas-suq ta' l-industrija Komunitarja naqas b'9 % tal-konsum totali Komunitarju. Matul l-istess perjodu, il-livell tat-tnaqqis fil-prezz ta' l-esportazzjonijiet Ċiniżi żdied ukoll b'madwar 20 % qabel l-imposizzjoni tal-miżuri għal 26 % fil-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti.

Billi s-suq in kwestjoni huwa sensittiv ħafna, kif diġa spjegat fil-premessa 45, huwa ċar li dan it-tnaqqis fil-prezz sostanzjali u dejjem jiżdied mill-importazzjonijiet taħt il-prezz Ċiniżi, ma' bħala konsegwenza żieda fis-sehem tas-suq, laqat b'mod sinifikanti l-industrija Komunitarja, kemm rigward il-volumi mibjugħa minn din l-industrija f'suq li kien għaddej minn fażi ta' tkabbir kif ukoll fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, bl-impatt konsegwenti fuq l-ispejjeż għal kull unita u profitt.

Billi, barradan, il-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz ta' importazzjonijiet Ċiniżi żdied sostanzjalment matul l-istess perjodu, huwa konkluż li importazzjonijiet tali taħt il-prezz hekk qawwija kkawżaw iktar ħsara lill-industrija Komunitarja kkonċernata.

(b) Effett ta' fatturi oħra

(54) Il-Kummissjoni eżaminat jekk fatturi barra l-importazzjonijiet taħt il-prezz ikkawżawx jew ikkontribwewx għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja, bħal tnaqqis fl-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi mill-industrija Komunitarja jew żieda ta' importazzjonijiet minn pajjiżi minbarra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(55) Bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali u l-1993, esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi mill-industrija Komunitarja wriet tendenza ġenerali stabbli (f'volum, Bażi ta' indiċi 1989 = 100, 1990 ammontaw għal 106, 1991 għal 105, 1992 għal 95 u 1993 għal 100). Din l-evoluzzjoni ma tistax għalhekk tkun ikkonsidrata bħala fattur li laqat (affettwa) avversament lill-industrija Komunitarja.

(56) Importazzjonijiet minn pajjiżi minbarra r-Repubblika Popolari taċ-Ċina wrew bejn l-1989 u l-perjodu ta' l-investigazzjoni sehem tas-suq stabbli ta' madwar 25 % tal-konsum totali. Analiżi iktar iddettaljata wriet li ċerti pajjiżi ssosistwew fornituri tradizzjonali issa suġġetti għal miżuri kontra bejgħ taħt il-prezz (minbarra ċ-Ċiniżi) u setgħu daħlu fis-suq minħabba politika ta' prezzijiet aggressiva, li seta' kellha impatt fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja.

Dan huwa kkonfermat bid-depost reċenti ta' ilment u bidu ta' proċedura kontra bejgħ taħt il-prezz li tikkonċerna importazzjonijiet ta' lighters taż-żnied li jirtmew li joriġinaw f'ċerti pajjiżi terzi li ma kinux involuti fil-proċedura oriġinali [6]. Madankollu, l-eżistenza ipotetika ta' importazzjonijiet taħt il-prezz minn pajjiżi terzi oħra ma tnaqqasx mill-fatt li importazzjonijiet Ċiniżi, wara li żiedu b'mod drammatiku sehmhom tas-suq b'żieda fir-roħs u bejgħ taħt il-prezz, għandhom jitqiesu, iżolati, bħala kawża ta' iktar ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

(57) Importatur wieħed sostna li l-introduzzjoni ta' prodotti ġodda bħal-lighter tal-piezo li jirtmew u l-lighter bla fjamma li tista' terġa' timtela laqtet avversament l-industrija Komunitarja b'domanda tiċkien u prezzijiet baxxi għal lighters taż-żnied li jirtmew. Madankollu, dawn l-allegazzjonijiet ma kinux appoġġati minn xhieda li tindika li xiri ta' dawn il-prodotti ġodda minn konsumaturi Komunitarji kienu qegħdin jissostitwixxu dawk il-lighters taż-żnied li jirtmew. Fil-fatt, jidher li l-prodotti kkonċernati baqgħu attraenti, mogħtija (meta wieħed jikkonsidra) ż-żieda fl-importazzjonijiet u l-konsum.

(58) L-istess importatur sostna wkoll li r-reċessjoni ekonomika kienet waħda mir-raġunijiet prinċipali għall-ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja. B'riżultat, konsumaturi kienu allegatament qegħdin ifittxu l-ibjex prezzijiet disponibbli. Il-prezzijiet għalhekk waqgħu, kien argumentat, u l-lighters Ċiniżi saru iktar attraenti għal konsumaturi.

Filwaqt li huwa ċar li bejgħ taħt il-prezz Ċiniż qaċċat severament il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u hekk affettwa (laqat) il-politika ta' prezzijiet u profitt, ebda xhieda sostanzjali ta' l-impatt allegat tar-reċessjoni ekonomika fuq is-suq Komunitarju tal-lighters fit-totalita tiegħu, u fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja b'mod partikolari, ma ngħatat (kienet ipprovduta). Tassew, filwaqt li impatt tali, jekk kien jeżisti, kien ikun jidher ukoll fis-suq Komunitarju ġenerali, għandu jkun enfasizzat li l-konsum ta' lighters taż-żnied li jirtmew fil-Komunità żdied (ara l-premessa 40). F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-argument li r-reċessjoni ekonomika għandha tkun responsabbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità ma jistax ikun aċċettat.

(59) L-istess importatur sostna li s-sitwazzjoni diffiċli ta' l-industrija Komunitarja kienet konnessa wkoll mal-fatt li, ipparagunati ma' lighters li jistgħu jergħu jimtlew, il-lighters taż-żnied li jirtmew li kienet qiegħda tipproduċi kienu prodotti ta' ħsara għall-ambjent u l-fatt li konsumaturi fil-Komunità saru dejjem iktar konxji ta' l-ambjent għamilha iktar diffiċli li jiinbiegħu podotti li jirtmew tali, li fuqhom il-gvernijiet kienu barra minn hekk qegħdin jikkonsidraw l-imposizzjoni ta' hekk imsejħin "taxxi Eko".

F'dan il-kuntest, vallapena jkun innotat li għalkemm lighters importati huma ugwalment ta' ħsara għall-embjent, huma jibqgħu is-suġġett ta' kummerċ intens. Il-konsum ta' lighters li jirtmew b'mod ġenerali jissoktaw ukoll jiżdiedu. Barradan, l-argument ta' iktar ‘il fuq ibbażat fuq il-fatt li l-konsumaturi qegħdin isiru iktar konxji ta' l-ambjent ma kienx appoġġat b'xi xhieda ċara li proporzjon sinifikanti tal-konsumaturi Komunitarji kien issa qiegħed juri preferenza li tolqot għal lighters li jistgħu jerġgħu jimtlew.

(60) Fl-aħħarnett, dan l-importatur sostna wkoll li kull ħsara lill-industrija Komunitarja għandha titnaqqas b'mod sinifikanti għax iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, notevolment fl-1993, kien dovut għal żviluppi fis-swieq Taljani u tar-Renju Unit, jiġifieri l-abolizzjoni tat-taxxi tas-sisa fuq lighters li jirtmew li, sa tmiem l-1992, kienu qed jillimitaw il-konsum ta' dawn il-prodotti.

Dan l-argument ma jistax ikun aċċettat. Tassew, xejn ma jispjega għaliex l-abolizzjoni tat-taxxi tas-sisa fl-Istati Membri msemmija għandha tirriżulta f'żieda ta' importazzjonijiet li kienet sinifikanti rigward prodotti ta' oriġini Ċiniża biss. Fin-nuqqas ta' prattiċi inġusti ta' kummerċ, kieku kull fornituri kompetittivi kienu jkunu jistgħu jidħlu, u jikkompetu, fis-swieq dejjem jespandu Taljani u tar-Renju Unit. Il-fatt li importazzjonijiet taħt il-prezz Ċiniżi kisbu sehem sostanzjali tas-suq fl-Italja u fir-Renju Unit jenfasizza l-impatt speċifiku ta' l-importazzjonijiet taħt il-prezz Ċiniżi, li rriżultaw fil-kisba miċ-Ċiniżi ta' sehem ikbar tas-suq bi prezzijiet ibjex. Dawn iċ-ċirkostanzi għalhekk ma jiġġustifikawx modifikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar kawżalita ta' ħsara.

(ċ) Konklużjoni dwar kawżalita

(61) In vista ta' hawn fuq, jidher li l-importazzjonijiet taħt il-prezz Ċiniżi għafsu ħafna ‘l isfel il-prezzijiet ta' lighters taż-żnied li jirtmew fis-suq Komunitarju.

L-effett ta' fatturi oħra, bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, fuq ħsara mġarrba mill-industrija Komunitarja ma jistgħux jitwarrbu totalment. Madankollu, meta jkunu kkonsidrati l-elementi varji miġjubin hawn iktar ‘il fuq u b'mod speċjali ż-żieda sinifikanti fil-kwantitajiet importati bi prezzijiet taħt il-prezz normali mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, flimkien ma' livell ikbar ta' tqaċċit tal-prezz minn esportaturi Ċiniżi, huwa konkluż li l-importazzjonijiet taħt il-prezz mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, meħudin iżolati, ikkawżaw iktar ħsara lill-industrija Komunitarja, u li din il-ħsara kienet materjali.

G. INTERESS KOMUNITARJU

(62) Fl-investigazzjoni ta' qabel, l-adozzjoni ta' miżuri tqieset li kienet fl-interess tal-Komunità. Ladarba ebda argumenti ma saru li setgħu wasslu għal konsiderazzjoni mill-ġdid ta' din il-posizzjoni, id-deċiżjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3433/91 f'dan ir-rigward huma kkonfermati.

H. DAZJU

(a) Livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara

(63) Fl-investigazzjoni orġinali, għall-għan biex ikun stabbilit il-livell ta' ħsara, kien ikkonsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u tikseb qligħ raġonevoli, jiġifieri ta' 15 % tal-valur tal-bejgħ. Dan il-marġini ta' qligħ kien ikkonsidrat bħala minimu meħtieġ biex jiffinanzja investiment ġdid f'faċilitajiet ta' manifattura u f'riċerka u żvilupp. Kien ukoll ikkonsidrat li l-paragun għandu jkun ristrett għal dawk il-mudelli b'ammont ta' gass ugwali jew kważi ugwali, u għalhekk bi kwantita simili ta' tqabbid.

Fin-nuqqas ta' xi argument ġdid issostanzjat rigward il-qligħ li l-industrija Komunitarja għandha titħalla tikseb, kien ikkonsidrat xieraq li jkun segwit l-istess avviċinament fl-investigazzjoni kurrenti bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Għar-raġunijiet iddikjarati fil-premessa 36, li huma wkoll relevanti f'dan il-kuntest, huwa kkonsidrat li allegati differenzi fiżiċi, barra mill-ammont ta' gass, m'għandhomx jitqiesu għall-għan biex ikunu ddeterminati mudelli komparabbli.

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, il-paragun wera li, biex jeliminaw il-ħsara, il-prezzijiet cif Ċiniżi jkollhom jiżdiedu b'96,6 %.

(64) Ladarba l-livell ta' l-eliminazzjoni tal-ħsara huwa ogħla mill-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz, id-dazju għandu jkun ibbażat fuq il-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz misjub.

(b) Għamla tad-dazju

(65) Ladarba l-prezzijiet tal-lighters taż-żnied li jirtmew importati Ċiniżi tnaqqsu b'mod regolari wara l-imposizzjoni tal-miżuri fl-1991, wieħed jista' jobsor tajjeb ħafna li żieda fid-dazju ad valorem terġa' titlef l-effikaċja tagħha fi żmien relattivament qasir. Għalhekk, emenda sempliċi għad-dazju ad valorem kurrenti ma tidherx xierqa. In-numru ta' tipi differenti ta' lighters, jiġifieri mikxufin, stampati fuq ġenb, stampati fuq żewġt iġnub, kulur wieħed, ħafna kuluri, eċċ., jagħmilha virtwalment impossibbli li jkun stabbilit livell ta' prezz minimu għal lighters li jirtmew.

Huwa għalhekk ikkonsidrat xieraq li l-miżuri fis-seħħ ikunu emendati bl-imposizzjoni ta' dazju speċifiku fuq kull lighter (jiġifieri ECU 0,065 għal kull biċċa). F'dan ir-rigward, għandu jkun innotat li billi jkun applikat dazju tali li joqgħod ġewwa l-limiti tal-marġini ta' bejgħ taħt il-prezz, il-valur addizzjonali ta' fattizzi speċjali ma jkunx ippenalizzat. Fi kliem ieħor, ebda dazju m'għandu jkun applikat fuq valur miżjud li jikkonċerna stampar jew affarijiet speċjali oħra li fil-preżent huma eċċezzjonali ħafna fil-każ ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi.

I. PERJODU TA' VALIDITA TAR-REGOLAMENT

(66) Dan ir-Regolament għandu jitqies bħala emenda għar-Regolament (KEE) Nru 3433/91 fit-tifsira ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 biss safejn ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hija kkonċernata. Il-miżura imposta fuq importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha, għalhekk, tiskadi wara perjodu ta' ħames snin li jibda mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, suġġetta għad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 3283/94 [7],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. l-ewwel frażi ta' l-Artikolu 1(2) għandha tkun issostitwita b'li ġej:

"2. Ir-rata tad-dazju, applikabbli għall-prezz nett, liberu-fuq-il-fruntiera-Komunitarja qabel id-dazju, jew l-ammont ta' dazju fuq kull lighter, għandu jkun stabbilit kif ġej:ċ";

2. il-paragrafu (b) ta' l-Artikolu 1(2) għandu jkun issostitwit b'li ġej:

"(b) ECU 0,065 kull lighter għall-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Juppé

[1] ĠU L 209, tat-2.8.1998, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 522/94 (ĠU L 66, ta' l-10.3.1994 p. 10).

[2] ĠU L 326, tat-28.11.1991, p. 1.

[3] ĠU C 62, tal-11.3.1992, p. 2.

[4] ĠU L 158, tat-30.6.1993, p. 43.

[5] ĠU C 343, tal-21.12.1993, p. 10.

[6] ĠU C 67, tat-18.3.1995, p. 3.

[7] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

Top