Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0329

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 1995 li tidefinixxi l-kategoriji ta' equidae maskili li għaliha japplika r-rekwiżit dwar l-arterite virali stabbilit fl-Artikolu 15(b) (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEETest b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 191, 12.8.1995, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Imħassar b' 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/329/oj

    31995D0329



    Official Journal L 191 , 12/08/1995 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta' Lulju 1995

    li tidefinixxi l-kategoriji ta' equidae maskili li għaliha japplika r-rekwiżit dwar l-arterite virali stabbilit fl-Artikolu 15(b) (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (95/329/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    B'referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    B'referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tirregola t-trasport u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(b) (ii) tiegħu,

    Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju,

    Billi ċerti kategoriji ta' equidae maskili m'humiex fil-periklu li jxerdu l-arterita virali ta' l-ekwini; billi r-rekwiżit stabbilit fl- l-Artikolu 15(b) (ii) għalhekk għandu japplika biss għal kategoriji oħra ta' equidae maskili;

    Billi l-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-rekwiżit relatat ma' l-arterite virali ta' l-ekwini stabbilit fl-Artikolu 15(b) (ii) tad-Direttiva 90/426/KEE japplika għall-equidae annimali rġiel bl-eċċezzjoni ta':

    - equidae mlaqqma kontra l-arterite virali ta' l-ekwini taħt sorveljanza uffiċjali b'tilqima approvata mill-awtorità kompetenti li jkollhom reazzjoni ta' riżultat negattiv minn 1 sa 4 għal test ta' newtralizzazzjoni tas-serum għal dik il-marda. L-equidae jiġu mlaqqma fid-data li fiha jittieħed il-kampjun tad-demm jew fil-15-il jum ta' wara f'każ li jkunu nżammu iżolati wqat dak il-perjodu. It-test irid jitwettaq u jiġi ċċertifikat, u r-riżultat u t-tilqima għandhom jiġu ċċertifikati jsiru taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali. It-tilqim għandu jiġi ripetut f'intervalli regolari. Fil- każ ta' equidae reġistrati, it-tilqim u r-riżultati tat-testijiet seroloġiċi jridu jinkitbu fid-dokument ta' identifikazzjoni (passaport),

    - equidae mlaqqma kontra l-arterite virali ta' l-ekwini taħt is-sorveljanza uffiċjali b' tilqimsa approvata mill-awtorità kompetenti u li jkunu sarulhom żewġ testijiet ta' newtralizzazzjoni tas-serum għal dik il-marda b' intervall ta' mill-inqas 10 ijiem bejn l-eta' ta' 180 u 270 ġurnata mingħajr ma tkun instab żieda fl-antikorpi. L-equidae jridu jkunu iżolati taħt sorveljanza uffiċjali miż-żmien min meta jittieħed l-ewwel kampjun tad-demm sat-tilqima. It-testijiet iridu jitwettqu u jiġu ċċertifikati, u r-riżultati u t-tilqim jridu jiġu ċċertifikati taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali. It-tilqim irid jiġi ripetut f'intervalli regolari. Fil-każ ta' equidae reġistrati, it-tilqim u r-riżultati ta' testijiet seroloġiċi jridu jinkitbu fid-dokument ta' identifikazzjoni (passaport),

    - equidae ta' eta' ta' inqas minn 180 ġurnata,

    - equidae għall-qatla mibgħuta direttament lill-biċċerija, flimkien ma' ċertifikat kf stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' equidae għall- qatla [2].

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ottubru 1995.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 25 ta' Lulju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42

    [2] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

    --------------------------------------------------

    Top