Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0307

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ispeċi ekwinaTest b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 185, 4.8.1995, p. 58–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/307/oj

    31995D0307



    Official Journal L 185 , 04/08/1995 P. 0058 - 0061


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-24 ta’ Lulju 1995

    li tistabbilixxi kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ispeċi ekwina

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (95/307/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregola l-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni li m’humiex soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jinsabu f’ regoli speċifiċi Komunitarji msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat l-kondizzjonijiet għall-kummerċ ta’ semen ta’ l-ekwide li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE; billi l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ ta’ semen frisk, imkessaħ u ffriżat ta’ l-ispeċi ekwini jrid jiġi stabbilit skond ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva;

    Wara li kkunsidrat li ċertu mard infettiv ta’ ekwide jista’ jixtered permezz ta’ semen; billi t-testijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali li huma meħtieġa sabiex jidentifikaw dan il-mard jridu jitwettqu skond programmi speċifiċi ta’ testijiet li jirriflettu l-moviment ta’ żwiemel tat-tgħammir donaturi qabel u matul il-perjodu tat-teħid tas-semen;

    Billi d-Deċiżjoni 95/176/KE li temenda l-Annessi tad-Direttiva 92/65/KEE għal dak li jirrigwarda s-semen, l-ova u l-embrijoni ta’ l-ispeċi ekwini hija applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 1995; billi ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall- kummerċ ta’ semen ta’ speċi ekwini għandha tapplika fl-istess ħin;

    Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-semen ta’ l-ispeċi ekwini li jintbagħat mit-territorju tagħhom lejn it-territorju ta’ Stat Membru ikun dejjem akkumpanjat matul it-trasport b’ċertifikat tas-saħħa mimli kif suppost u li jaqbel mal-kampjun li jinsab fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 1995.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

    [2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top