Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3385

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 3385/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar il-forma, il-kontenut u dettalji oħra ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki li hemm maħsuba fir-Regolament tal-Kunsill Nru 17Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 377, 31.12.1994, p. 28–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Imħassar b' 32004R0773

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3385/oj

    31994R3385



    Official Journal L 377 , 31/12/1994 P. 0028 - 0058
    Finnish special edition: Chapter 8 Volume 3 P. 0042
    Swedish special edition: Chapter 8 Volume 3 P. 0042


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 3385/94

    tal-21 ta' Diċembru 1994

    dwar il-forma, il-kontenut u dettalji oħra ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki li hemm maħsuba fir-Regolament tal-Kunsill Nru 17

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17/85 tas-6 ta' Frar 1962, l-Ewwel Regolament li jwettaq l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat [1], kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 27 tat-3 ta' Mejju 1962, l-Ewwel Regolament li jħaddem ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17 [2], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 3666/93 [3], ma jilħaqx aktar il-ħtiġiet tal-proċedura amministrattiva effiċjenti; billi jrid ikun mibdul minn regolament ġdid;

    Billi, min-naħa, l-applikazzjonijiet biex ikun hemm rilaxx negattiv skond l-Artikolu 2 u n-notifiki skond l-Artikolu 4, 5 u 25 tar-Regolament Nru 17 għandhom konsegwenzi legali importanti, li jaqblu għall-partijiet li qegħdin fi ftehim, deċiżjoni jew ħidma, filwaqt li, min-naħa l-oħra, informazzjoni mhix korretta jew qarrieqa f'dawk l-applikazzjonijiet jew notifiki tista' twassal għall-imposizzjoni ta' multi u tista' wkoll tkun ta' żvantaġġ bil-liġi ċivili għall-partijiet; billi huwa għalhekk meħtieġ fl-interess ta' ċertezza legali li jkunu spjegati eżatt in-nies li huma intitolati biex jitfgħu applikazzjonijiet u notifiki, is-suġġett u l-kontenut ta' l-informazzjoni li jrid ikun fihom dawk l-applikazzjonijiet u n-notifiki, u ż-żmien meta jidħlu fis-seħħ;

    Billi kull parti jrid ikollha d-dritt biex titfa' l-applikazzjoni jew in-notifika lill-Kummissjoni; billi, barra minn hekk, parti li tkun qed teżerċita dritt trid tgħarraf lill-partijiet l-oħra sabiex ikunu jistgħu jħarsu l-interessi tagħhom; billi applikazzjonijiet u notifiki marbuta ma' ftehim, deċiżjonijiet jew ħidmiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi jrid jintefgħu biss minn dik l-assoċjazzjoni;

    Billi huwa dmir ta' l-applikanti u l-partijiet li jinnotifikaw li juru bi sħiħ u b'mod onest lill-Kummissjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi li huma rilevanti biex jaslu għal deċiżjoni dwar il-ftehim, deċiżjonijiet jew ħidmiet konċernati;

    Billi, sabiex ikun simplifikat u mħaffef l-eżami tagħhom, jixraq li tkun preskritta forma biex tintuza' għall-applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv marbut ma' l-Artikolu 85(1) u għan-notifiki marbuta ma' l-Artikolu 85(3); billi l-użu ta' din il-forma jrid ikun possibbli wkoll fil-każ ta' applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv marbut ma' l-Artikolu 86;

    Billi l-Kummissjoni, f'każijiet xierqa, trid tagħti lill-partijiet, jekk jitolbu hekk, l-opportunità qabel l-applikazzjoni jew in-notifika biex jiddiskutu l-ftehim maħsub, deċiżjoni jew ħidma b'mod informali u f'kunfidenzalità stretta; billi, barra minn hekk, hi trid, wara l-applikazzjoni jew in-notifika, iżżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet sakemm ikun meħtieġ biex tiddiskuti magħhom xi problemi prattiċi jew legali li tiskopri ma' l-ewwel eżami tal-każ u jekk jista' jkun tneħħi dawk il-problemi bi ftehim miż-żewġ naħat;

    Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament iridu jkopru wkoll każijiet li fihom l-applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv marbut ma' l-Artikolu 53(1) jew l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, jew in-notifiki, marbuta ma' l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE huma mressqa quddiem il-Kummissjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Nies intitolati biex jitfgħu applikazzjonijiet u notifiki

    1. Dawn li ġejja jistgħu jitfgħu applikazzjoni taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 marbut ma' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat jew notifika taħt l-Artikoli 4, 5 u 25 tar-Regolament Nru 17:

    (a) kull intrapriża u assoċjazzjoni ta' l-impriżi li tkun parti fi ftehim jew prattiki miftiehma; u

    (b) kull assoċjazzjoni ta' l-impriżi li tadotta deċizjonijiet jew tidħol f'ħidmiet;

    li jistgħu jkunu parti mill-iskop ta' l-Artikolu 85(1).

    Fejn l-applikazzjoni jew in-notifika ssir minn xi wħud, iżda mhux, il-partijiet kollha, imsemmija f'punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, huma jridu javżaw lill-partijiet l-oħra.

    2. Kull intrapriża li jista' jkollha, waħedha jew ma' impriżi oħra, pożizzjoni dominanti fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, jistgħu jitfgħu applikazzjoni taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 marbuta ma' l-Artikolu 86 tat-Trattat.

    3. Billi l-applikazzjoni jew in-notifika hi ffirmata mir-rappreżentanti ta' nies, impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi, dawk ir-rappreżentanti jridu jagħtu prova bil-miktub li huma awtorizzati biex jaġixxu.

    4. Fejn issir applikazzjoni konġunta jew notifika, rappreżentant konġunt irid ikun innominat li jkun awtorizzat biex jgħaddi u jirċievi dokumenti f'isem l-applikanti kollha jew il-partijiet li jinnotifikaw.

    Artikolu 2

    Tfigħ ta' applikazzjonijiet u notifiki

    1. L-applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 marbuta ma' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat u notifiki skond l-Artikoli 4, 5 u 25 tar-Regolament Nru 17 iridu jsiru fil-mod preskritt fil-Formola A/B kif tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Formola A/B tista' tintuza' wkoll għall-applikazzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 marbuta ma' l-Artikolu 86 tat-Trattat. Applikazzjonijiet konġunti u notifiki konġunti jridu jsiru fuq formola waħda.

    2. Sbatax-il kopja ta' kull applikazzjoni u notifika u tliet kopji ta' l-Annessi mehmuza jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Formola A/B.

    3. Id-dokumenti annessi ma' l-applikazzjoni jew man-notifika ser ikunu jew oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali; fil-każ ta' l-aħħar l-applikant jew il-parti li qed tinnotifika trid tikkonferma li huma kopji vera ta' l-oriġinali u li huma kompluti.

    4. L-applikazzjonijiet u n-notifiki jridu jkunu b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Din il-lingwa għandha tkun ukoll il-lingwa ta' l-azzjoni għall-applikant jew għall-parti li qed tinnotifika. Id-dokumenti jridu jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tagħhom. Fejn il-lingwa oriġinali mhix waħda mil-lingwi uffiċjali, trid tiġi mehmuża traduzzjoni fil-lingwa tal-proċediment.

    5. Fejn jintefgħu applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv marbut ma' l-Artikolu 53(1) jew l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE jew notifiki marbuta ma' l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE, jistgħu jkunu wkoll b'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istati ta' l-EFTA jew il-lingwa li tintuża'mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA. Jekk il-lingwa magħżula għall-applikazzjoni jew in-notifika mhix lingwa uffiċjali tal-Komunità, l-applikant jew il-parti li tinnotifika trid iżżid mad-dokumentazzjoni kollha traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Komunità. Il-lingwa li tintagħżel għat-traduzzjoni għandha tkun il-lingwa ta' l-azzjoni għall-applikant jew il-parti li tinnotifika.

    Artikolu 3

    Kontenut ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki

    1. L-applikazzjonijiet u n-notifiki jrid ikun fihom l-informazzjoni, inkluż id-dokumenti, meħtieġa fil-Formola A/B. L-informazzjoni trid tkun korretta u kompluta.

    2. L-applikazzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 marbuta ma' l-Artikolu 86 tat-Trattat irid ikun fihom stqarrija tal-fatti, li tispeċifika, b'mod partikolari, il-ħidma konċernata u l-pożizzjoni ta' l-intrapriża jew intrapriżi fis-suq komuni jew parti sostanzjali minnu fil-każ tal-prodotti jew servizz li magħhom hi marbuta l-ħidma.

    3. Il-Kummissjoni tista' teħles mill-obbligu li tagħti kull informazzjoni partikolari, inkluż dokumenti, meħtieġa fil-Formola A/B fejn il-Kummissjoni tqis li dik l-informazzjoni hi meħtieġa għall-eżami tal-każ.

    4. Il-Kummissjoni trid, mingħajr dewmien, tgħarraf bil-miktub lill-applikant jew lill-parti li qed tinnotifika li rċeviet l-applikazzjoni jew in-notifika, u b'kull risposta għall-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2).

    Artikolu 4

    Data effettiva tat-tfigħ ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 5, l-applikazzjonijiet u n-notifiki għandhom jidħlu fis-seħħ dakinhar li tirċevihom il-Kummissjoni. Meta, iżda, l-applikazzjoni jew in-notifika tintbagħat b'posta reġistrata, għandha tidħol fis-seħħ fid-data li tidher fuq it-timbru postali tal-post fejn ġiet impustata.

    2. Meta l-Kummissjoni tara li l-informazzjoni, inkluż id-dokumenti, li hemm fl-applikazzjoni jew in-notifika m'humiex kompluti fil-każ tal-materjal, hi trid, minnufih, tgħarraf lill-applikant jew lill-parti li qed tinnotifika bil-miktub dwar dan il-fatt u tistipula żmien għat-tkomplija ta' l-informazzjoni. F'dawk il-każijiet, l-applikazzjoni jew in-notifika għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha.

    3. Tibdil materjali fil-fatti li hemm fl-applikazzjoni jew in-notifika li l-applikant jew il-parti li qed tinnotifika taf jew għandha tkun taf għandu jkun mgħarraf lill-Kummissjoni volontarjament u minnufih.

    4. Informazzjoni mhix korretta jew qarrieqa għandha titqies bħala informazzjoni mhux kompluta.

    5. Fejn, meta jiskadi perjodu ta' xahar wara d-data li fiha tkun irċevuta l-applikazzjoni jew in-notifika, il-Kummissjoni ma tkun tat lill-applikant jew lill-parti li qed tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-applikazzjoni jew in-notifika għandha titqies li se tidħol fis-seħħ meta tirċeviha l-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Tħassir

    Ir-Regolament Nru 27 huwa mħassar.

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    fil-21 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Karel Van Miert

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62.

    [2] ĠU C 35, ta' l-10.5.1962, p. 1118/62.

    [3] ĠU L 336, tal-31.12.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Formola A/B

    INTRODUZZJONI

    Il-Formola A/B, bħall-Anness tagħha, hija parti integrali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3385/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar il-forma, il-kontenut u d-dettalji oħra ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki li hemm fir-Regolament tal-Kunsill Nru 17 (minn hawn "il quddiem magħruf bħala" r-Regolament'). Dan jagħti lok lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi biex japplikaw mingħand il-Kummissjoni għal ftehim jew ħidmiet dwar rilaxx negattiv li jistgħu jkunu parti mill-projbizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) u l-Artikolu 86 tat-Trattat ta' l-KE, jew fi ħdan l-Artikoli 53(1) u 54 tal-Ftehim ta' l-ŻEE jew biex ikun innotifikat dak il-ftehim u japplikaw biex ikun eżentat mill-projbizzjoni mogħtija fl-Artikolu 85(1) permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat ta' l-KE jew mill-projbizzjoni ta' l-Artikolu 53(1) permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.

    Biex jitħaffef l-użu tal-Formola A/B il-paġni li ġejjin jistabbilixxu:

    - f'liema sitwazzjonijiet jeħtieġ li ssir applikazzjoni jew notifika (Punt A),

    - lil liema awtorità (l-Kummissjoni jew l-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA) trid issir l-applikazzjoni jew in-notifika (Punt B),

    - għal liema skopijiet tista' tintuża' l-applikazzjoni jew in-notifika (Punt Ċ),

    - x'tip ta' informazzjoni trid tingħata fl-applikazzjoni jew in-notifika (Punti D, E u F),

    - min jista' japplika jew jinnotifika (Punt G),

    - kif tagħmel applikazzjoni jew notifika (Punt H),

    - kif is-sigrieti tan-negozju ta' l-impriżi jistgħu jitħarsu (Punt I),

    - kif ċertu kliem tekniku użat fil-parti li titħaddem tal-Formola A/B għandu jkun interpretat (Punt J), u

    - il-proċedura li jmiss wara li ssir l-applikazzjoni jew in-notifika (Punt K).

    A. F'liema sitwazzjonijiet jeħtieġ li ssir applikazzjoni jew notifika?

    I. L-iskop tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat ta' l-KE u l-Ftehim ŻEE

    1. L-iskop tar-Regoli dwar il-Kompetizzjoni ta' l-KE

    L-iskop tar-regoli dwar il-kompetizzjoni huwa biex jipprevjeni l-ixkiel għall-kompetizzjoni fis-suq komuni minħabba prattiċi ristretti jew abbuż minn posizzjonijiet dominanti. Huma jgħoddu għal kull intrapriża li qed tagħmel kummerċ dirett jew indirettament fis-suq komuni, kull fejn huma stabbiliti.

    Artikolu 85 (1) tat-Trattat ta' l-KE (it-test ta' l-Artikolu 85 u 86 huwa riprodott fl-Anness I ta' din il-formola) jipprojbixxi ftehim restrittiv, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li jista' jaffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u l-Artikolu 85(2) jiddikjara li l-ftehim u d-deċiżjonijiet li fihom dawk ir-restrizzjonijiet huma nulli (għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li jekk il-kondizzjonijiet tal-ftehim huma separati, dawk il-kondizzjonijiet biss huma nulli); l-Artikolu 85(3), iżda, jaħseb għall-eżenzjoni tal-ftehim b'effetti ta' benefiċċju, jekk il-kondizzjonijiet jintlaħqu. L-Artikolu 86 jipprojbixxi l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti li tista' taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-proċeduri oriġinali biex jitħaddmu dawn l-Artikoli, li jaħsbu għal "rilaxx negattiv" u eżenzjoni skond l-Artikolu 85(3), kienu stabbiliti fir-Regolament Nru 17.

    2 L-iskop tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ŻEE

    Ir-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (milħuq bejn il-Komunità, l-Istati Membri u l-Istati ta' l-EFTA [1] huma bbażati fuq l-istess prinċipji bħal dawk li hemm fir-regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità u għandhom l-istess skop, i.e. iħarsu biex ma jkunx hemm xkiel għall-kompetizzjoni fit-territorju ta' l-ŻEE kartelli jew mill-abbuż ta' pożizzjoni dominanti. Huma jgħoddu għal kull intrapriża li qed tagħmel kummerċ direttament jew indirettament fit-territorju ta' l-ŻEE, kull fejn hi stabbilita.

    Artikolu 53 (1) tal-Ftehim ŻEE (it-test ta' l-Artikolu 53, 54 u 56 tal-Ftehim ŻEE hu miġjub ukoll fl-Anness I) jipprojbixxi ftehim ristrettiv, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn il-Komunità u waħda jew aktar mill-Istati ta' l-EFTA (jew bejn l-Istati ta' l-EFTA), u l-Artikolu 53(2) jiddikjara ftehim jew deċiżjonijiet li fihom dawk ir-restrizzjonijiet bħala vojta; l-Artikolu 53(3), iżda, jaħseb għall-eżenzjoni tal-ftehim b'effetti li jħallu benefiċċju, jekk il-kondizzjonijiet jintlaħqu.

    Artikolu 54 jipprojbixxi l-abbuż minn pożizzjoni dominanti li tista' taffettwa l-kummerċ bejn il-Komunità u waħda jew aktar mill-Istati ta' l-EFTA (jew bejn l-Istati ta' l-EFTA). Il-proċeduri biex jitwettqu dawn l-Artikoli, li jagħtu lok għal rilaxx "negattiv' u" eżenzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 53(3), huma stabbiliti fir-Regolament Nru 17, supplimentati għall-iskopijiet ta' l-ŻEE, bil-Protokolli 21, 22 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE [2].

    II. L-iskop tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat ta' l-KE u l-Ftehim taż-ŻEE

    It-tħaddim ta' l-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat ta' l-KE u l-Artikolu 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE jiddependi miċ-ċirkustanzi ta' kull każ individwali. Dan jassumi li l-arranġament jew l-imġiba jilħaq il-kondizzjonijiet kollha mogħtija fil-dispożizzjonijiet rilevanti. Din il-mistoqsija trid tkun eżaminata kontinwament qabel ma ssir kull applikazzjoni għal rilaxx negattiv jew kull notifika.

    1. Rilaxx negattiv

    Il-proċedura dwar rilaxx negattiv tħalli lill-impriżi biex jiżguraw jekk il-Kummissjoni tqisx li l-ftehim tagħhom jew l-imġiba tagħhom hi projbita jew le mill-Artikolu 85(1), jew l-Artikolu 86 tat-Trattat ta' l-KE jew mill-Artikolu 53(1) jew mill-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Din il-proċedura hi skond l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17. It-rilaxx negattiv jieħu forma ta'deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tiċċertifika li, skond il-fatti li għandha, m'hemm l-ebda raġunijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 85(1) jew l-Artikolu 86 tat-Trattat ta' l-KE jew fl-Artikolu 53(1) jew l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE għal azzjoni min-naħa tagħha fil-każ ta' l-arranġament jew imġiba.

    Iżda, m'hemm, l-ebda skop li ssir applikazzjoni meta l-arranġament jew l-imġiba m'humiex projbiti b'mod miftuħ mill-dispożizzjonijiet msemmija hawn fuq. Lanqas hi l-Kummissjoni obbligata li tagħti rilaxx negattiv. L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17 jgħid li "… l-Kummissjoni tista' tiċċertifika…". Il-Kummissjoni toħroġ deċiżjonijiet ta' rilaxx negattiv biss f'każ li trid tiġi solvuta problema importanti ta' interpretazzjoni. F'każijiet oħra hi tirreaġixxi għall-applikazzjoni billi tibgħat ittra ta' konfort.

    Il-Kummissjoni ppubblikat diversi avviżi marbuta ma' l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat ta' l-KE. Huma jfissru ċerti kategoriji ta' ftehim li, min-natura tagħhom, jew minħabba li m'għandhomx importanza kbira, ma jintlaqtux mill-projbizzjoni [3].

    2. Eżenzjoni

    Il-proċedura għall-eżenzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jagħti lok lill-kumpanniji biex jidħlu fi ftehim li, fil-fatt, joffri vantaġġi ekonomiċi iżda li, mingħajr l-eżenzjoni, ikunu projbiti mill-Artikolu 85 (1) tat-Trattat ta' l-KE jew mill-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Din il-proċedura hi skond l-Artikoli 4, 6 u 8 u, għall-Istati Membri l-ġodda, anki mill-Artikoli 5, 7 u 25 tar-Regolament Nru 17. L-eżenzjoni tieħu l-forma ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara li l-Artikolu 85(1) tat-Trattat ta' l-KE jew l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma jgħoddx għall-ftehim deskritt fid-deċiżjoni. L-Artikolu 8 jirrikjedi lill-Kummissjoni li tispeċifika l-perjodu ta' validità ta' dik id-deċiżjoni, jippermetti li l-Kummissjoni torbot il-kondizzjonijiet u l-obbligi u taħseb għal deċiżjonijiet biex ikunu emendati jew revokati minn atti speċifikati mill-partijiet biex ikunu projbiti f'ċerti ċirkustanzi, speċjalment jekk id-deċiżjonijiet kienu bbażati fuq informazzjoni mhix korretta jew jekk kien hemm xi tibdil materjali fil-fatti.

    Il-Kummissjoni adottat għadd ta' regolamenti li bihom tat eżenzjonijiet lill-kategoriji ta' ftehim [4]. Xi wħud minn dawn ir-regolamenti jaħsbu biex ċertu ftehim ikun jista' jibbenefika biss mill-eżenzjoni jekk ikun mgħarraf lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 4 jew 5 tar-Regolament Nru 17 bil-ħsieb li tinkiseb l-eżenzjoni, u l-benefiċċju tal-proċedura ta' opposizzjoni tintalab fin-notifika.

    Deċiżjoni li tagħti eżenzjoni jista' jkollha effett b'lura, iżda, b'ċerti eċċezzjonijiet, ma tistax tiddaħħal fis-seħħ qabel id-data tan-notifika (L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17). Jekk il-Kummissjoni tara li l-ftehim notifikat huma tassew ipprojbit u ma jistax ikun eżentat u, għalhekk, tieħu deċiżjoni biex tikkundannah, il-parteċipanti huma xorta waħda mħarsa, bejn id-data tan-notifika u d-data tad-deċiżjoni, minn multi għal xi ksur deskritt fin-notifika (l-Artikolu 3 u l-Artikolu 15(5) u (6) tar-Regolament Nru 17).

    Normalment il-Kummissjoni toħroġ deċiżjonijiet marbuta ma' l-eżenzjoni f'każijiet biss ta' importanza legali, ekonomika jew politika. F'każijiet oħra hi ttemm il-proċedura billi tibgħat ittra ta' konfort.

    B. Lil liema awtorità għandha issir l-applikazzjoni jew in-notifika?

    L-applikazzjonijiet u n-notifiki jridu jsiru lill-awtorità li hi kompetenti fil-każ. Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat ta' l-KE. Iżda hemm kompetenza maqsuma fil-każ ta' l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-ftehim taż-ŻEE.

    Il-kompetenza tal-Kummissjoni u ta' l-Awtorita tas-Sorveljanza ta' l-EFTA biex tħaddan ir-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE ssegwi mill-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE. Applikazzjonijiet u notifiki marbuta mal-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma li x'aktarx jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu indirizzati lill-Kummissjoni kemm-il darba l-effetti tagħhom fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità m'humiex valutati fit-tifsira ta' l-avviż tal-Kummissjoni ta' l-1986 dwar ftehim ta' importanza minuri [5]. Barra minn hekk, il-ftehim kollu restrittiv, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li jaffetwaw il-kummerċ bejn Stat Membru u wieħed jew aktar mill-Istati ta' l-EFTA huma fil-kompetenza tal-Kummissjoni, dejjem jekk l-impriżi konċernati jilħqu aktar minn 67 % tat-turnover kombinat fiż-ŻEE ġewwa l-Komunità [6]. Iżda, jekk l-effetti ta' dak il-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew dwar il-kompetizzjoni fil-Komunità m'humiex valutati, in-notifika trid, fejn jeħtieġ, tkun indirizzata lill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA. Il-ftehim l-ieħor kollu, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jaqgħu taħt l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE irid ikun mgħarraf lill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA (li l-indirizz tagħha jidher fl-Anness III).

    Applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv rigward l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE iridu jsiru lill-Kummissjoni jekk il-pożizzjoni Dominanti teżisti biss fil-Komunità, jew ma' l-Awtorita dwar is-Sorveljansa ta' l-EFTA, jekk il-pożizzjoni dominanti teżisti biss fit-territorju kollu ta' l-Istati ta' l-EFTA, jew f'parti sostanzjali minnu. F'każijiet biss fejn il-pożizzjoni dominanti tinsab f'żewġ territorji għandhom jgħoddu r-regoli murija hawn fuq fil-każ ta' l-Artikolu 53.

    Il-Kummissjoni trid tapplika, bħala bażi għal valutazzjoni, ir-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat ta' l-KE. Meta l-każ hu parti mill-Ftehim taż-ŻEE u hu mogħti lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 56 ta' dak il-Ftehim, għandha tapplika fl-istess ħin ir-regoli taż-ŻEE.

    Ċ. L-Iskop ta' din il-Formola

    Formola A/B tagħti lista tal-mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba u l-informazzjoni u d-dokumenti li jridu jinġabu meta ssir l-applikazzjoni għal dawn li ġejjin:

    - rilaxx negattiv fil-każ ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17, fil-każ tal-ftehim bejn l-impriżi, id-deċiżjonijiet mill-impriżi u il-prattiki miftiehma,

    - eżenzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE fil-każ ta' ftehim bejn l-impriżi, id-deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' l-impriżi u il-prattiki miftiehma,

    - il-benefiċċju tal-proċedura ta' opposizzjoni li hemm f'ċerti regolamenti tal-Kummissjoni li jagħtu eżenzjoni bil-kategorija.

    Din il-formola tagħti lok lill-impriżi li japplikaw għal rilaxx negattiv biex jgħarrfu, fl-istess ħin, sabiex jiksbu eżenzjoni fil-każ li l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-ebda rilaxx negattiv ma jista' tingħata.

    L-applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv u notifiki marbuta ma' l-Artikolu 85 tat-Trattat ta' l-KE iridu jsiru fil-mod preskritt fil-formola A/B (ara l-Artikolu 2(1), l-ewwel sentenza tar-Regolament).

    Din il-formola tista' tintuża' wkoll mill-impriżi li jixtiequ japplikaw għal rilaxx negattiv mill-Artikolu 86 tat-Trattat ta' l-KE jew l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament 17. L-applikanti li jitolbu rilaxx negattiv mill-Artikolu 86 m'humiex meħtieġa jużaw il-formola A/B. Iżda xorta waħda huma mħeġġa sew biex jagħtu l-informazzjoni kollha mitluba hawn taħt biex ikun żgurat li l-applikazzjoni tagħhom tagħti stqarrija sħiħa tal-fatti (Ara l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza tar-Regolament).

    L-applikazzjonijiet jew notifiki magħmula fuq il-formola A/B maħruġa min-naħa ta' l-EFTA jgħoddu bl-istess mod. Iżda, jekk il-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma konċernati jaqgħu biss taħt l-Artikolu 85 jew 86 tat-Trattat ta' l-KE, i.e. m'għandhom l-ebda relevanza taż-ŻEE, ta' min juża' l-formola preżenti stabbilita mill-Kummissjoni.

    D. Liema kapitoli tal-formola jridu jimtlew?

    Il-parti operattiva ta' din il-formola hi maqsuma f'erba' kapitoli. Intrapriżi li jixtiequ japplikaw għal rilaxx negattiv jew notifika jridu jimlew il-Kapitoli I, II u IV. Hemm eċċezzjoni għal din ir-regola f'każ li l-applikazzjoni jew in-notifika tolqot ftehim rigward il-ħolqien ta' assoċjazzjoni kooperattiva konġunta ta' natura strutturali jekk il-partijiet jixtiequ jgawdu minn proċedura mgħaġġla. F'din is-sitwazzjoni il-Kapitoli I, III u IV għandhom jitlestew.

    Fl-1992, il-Kummissjoni ħabbret li adottat regoli ġodda amministrattivi interni li ħasbu biex ċerti applikazzjonijiet u notifiki - dawk ta' assoċjazzjonijiet kooperattivi konġunti li huma ta' natura strutturali - jiġu trattati fi skadenzi fissi. F'dawk il-każijiet is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom, fiż-żmien xahrejn minn meta jirċievu n-notifika kompluta tal-ftehim, jgħarrfu lill-partijiet bil-miktub dwar ir-riżultati ta' l-ewwel analiżi tal-każ u, kif jixraq, in-natura u t-tul probabbli tal-proċedura amministrattiva li beħsiebhom jużaw.

    Il-kontenut ta' din l-ittra jista' jvarja skond il-karatteristiċi tal-każ li qed ikun investigat:

    - f'każijiet li ma jagħtu l-ebda problema, il-Kummissjoni għandha tibgħat ittra ta' konfort li biha tikkonferma l-kompatibbiltà tal-ftehim ma' l-Artikolu 85(1) jew (3),

    - jekk l-ittra ta' konfort ma tistax tintbagħat minħabba l-bżonn li jiġi solvut il-każ permezz ta' deċiżjoni formali, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil dawk l-intrapriżi bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni biex tagħti jew tiċħad l-eżenzjoni,

    - jekk il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim mar-regoli tal-kompetizzjoni, hi għandha tibgħat ittra lill-partijiet li biha tagħti avviż ta' eżami profond li jista', skond il-każ, iwassal għal deċiżjoni li jew tipprojbixxi, u teżenta skond il-kondizzjonijiet u l-obbligi, jew sempliċement teżenta l-ftehim imsemmi.

    Din il-proċedura ġdida mgħaġġla, li tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 1993, hi bbażata għal kollox fuq il-prinċipju ta' dixxiplina fuq l-individwu. Iż-żmien stipulat ta' xahrejn minn notifika sħiħa - maħsuba għall-eżami tal-bidu tal-każ - ma joħloqx kondizzjoni permessa u għalhekk ma jorbot bl-ebda mod legali. Iżda, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex timxi magħha. Il-Kummissjoni żżomm id-dritt, barra minn hekk, biex testendi din il-proċedura mgħaġġla għal forom oħra ta' koperazzjoni bejn l-intrapriżi.

    Assoċjazzjoni konġunta kooperattiva ta' natura strutturali hi waħda li tinkludi bidla importanti fl-istruttura u l-organizzazzjoni tal-beni tan-negozju tal-partijiet fil-ftehim. Din tista' sseħħ minħabba li l-assoċjazzjoni konġunta tieħu jew testendi l-attivitajiet eżistenti tal-kumpanniji oriġinali jew minħabba li tidħol għal attivitajiet ġodda f'isimhom. Dawk il-ħidmiet huma karatterizzati minn rabta ta' beni finanzjarji sinifikanti, materjali u/jew mhux tanġibbli bħal drittijiet tal-proprjeta intelletwali u għarfien. Assoċjazzjonijiet konġunti strutturali huma għalhekk normalment maħsuba biex jaħdmu fuq bażi medja jew fit-tul.

    Dan il-kunċett jinkludi ċerti assoċjazzjonijiet konġunti ta' "funzjonament parzjali" li jieħdu waħda jew ħafna mill-funzjonijiet speċifiċi fl-attività tan-negozju tal-ġenituri mingħajr aċċess għas-suq, f'riċerka u fi żvilupp partikolari u/jew produzzjoni. Din tkopri dawk l-assoċjazzjonijiet konġunti ta' "funzjoni sħiħa"' li jagħtu lok għal koordinazzjoni ta' l-imġiba kompetittiva ta' l-intrapriżi indipendenti, b'mod partikolari bejn il-partijiet fil-ħidma konġunta jew bejnhom u l-ħidma konġunta.

    Biex tkun rispettat l-iskadenza interna, hu importanti li l-Kummissjoni jkollha disponibbli wara notifika l-informazzjoni kollha rilevanti li tkun disponibbli b'mod raġonevoli għall-partijiet li jinnotifikaw li hu meħtieġ għaliha biex tivvaluta l-impatt tal-ħidma msemmija dwar il-kompetizzjoni. Il-Formola A/B għalhekk fiha sezzjoni speċjali (Kapitolu III) li għandha timtela biss min-nies li jinnotifikaw assoċjazzjonijiet konġunti kooperattivi ta' natura strutturali li jixtiequ jgawdu minn proċedura mgħaġġla.

    Persuni li jinnotifikaw assoċjazzjonijiet konġunti ta' natura strutturali li jixtieq jitolbu għall-benefiċċju tal-proċedura mgħaġġla msemmija qabel iridu għalhekk jimlew il-Kapitoli I, II u IV ta' din il-formola. Il-Kapitolu III fih serje ta' mistoqsijiet dettaljati meħtieġa għall-Kummissjoni biex tivvaluta s-suq (swieq) rilevanti u l-pożizzjoni tal-partijiet fil-ħidma konġunta fuq dak (dawk) is-suq (swieq).

    Fejn il-partijiet ma jixtiqux jitolbu l-benefiċċju tal-proċedura mgħaġġla għall-assoċjazzjonijiet konġunti tagħhom ta' natura strutturali huma jridu jimlew il-Kapitoli I, II u IV ta' din il-formola. Il-Kapitolu II fih firxa inqas wiesgħa ta' mistoqsijiet dwar is-suq (swieq) rilevanti u l-pożizzjoni tal-partijiet fil-ħidma msemmija f'dak (dawk) is-suq (swieq), iżda biżżejjed biex tgħin lill-Kummissjoni sabiex tibda l-eżami u l-investigazzjoni tagħha.

    E. Il-ħtieġa għall-informazzjoni kompluta

    L-irċevuta ta' notifika valida mill-Kummissjoni għandha żewġ konsegwenzi ewlenin. L-ewwel, tagħti immunità mill-multi mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika valida fil-każ ta' l-applikazzjonijiet li saru sabiex tinkiseb eżenzjoni (ara l-Artikolu 15(5) tar-Regolament Nru 17). It-tieni, sakemm tirċievi notifika valida, il-Kummissjoni ma tistax tagħti eżenzjoni skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, u kull eżenzjoni li tingħata tista' tibda sseħħ biss mid-data meta tirċievi notifika valida [7]. Għalhekk, għalkemm m'hemm l-ebda obbligu legali ta' notifika bħala tali, kemm-il darba u sakemm ftehim li hu parti mill-iskop ta' l-Artikolu 85(1) u/jew l-Artikolu 53(1) ma ġiex innotifikat u hu, għalhekk, mhux kapaċi li jkun eżentat, jista' jkun dikjarat null minn qorti nazzjonali bis-saħħa ta' l-Artikolu 85(2) u/jew l-Artikolu 53(2) [8].

    Meta intrapriża qed titlob il-benefiċċju ta' eżenzjoni ta' grupp b'rikors għall-proċedura ta' opposizzjoni, il-perjodu li fih il-Kummissjoni għandha topponi l-eżenzjoni bil-kategorija jgħodd biss mid-data meta tirċievi notifika valida. Dan jgħodd ukoll għall-perjodu ta' xahrejn impost fuq is-servizzi tal-Kummissjoni għall-analiżi tal-bidu ta' l-applikazzjonijiet għal rilaxx negattiv u n-notifiki dwar l-assoċjazzjnijiet konġunti kooperattivi ta' natura strutturali li jgawdu mill-proċedura mgħaġġla.

    Applikazzjoni valida jew notifika għal dan il-għan tfisser li waħda li mhix kompluta (ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament). Dan jiddependi minn żewġ kwalifiki. L-ewwel, jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa f'din il-formola m'humiex disponibbli għalik b'mod raġonevoli parzjalment jew bi sħiħ, il-Kummissjoni taċċetta li notifika hi kompluta u għalhekk valida minkejja n-nuqqas li tagħti dik l-informazzjoni, dejjem jekk inti tagħti raġunijiet għan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' l-informazzjoni, u tagħti l-aħjar estimi tiegħek għall-informazzjoni nieqsa flimkien mas-sorsi għall-estimi. Għandhom jingħataw wkoll indikazzjonijiet dwar fejn xi ftit mill-informazzjoni mitluba jew dokumenti li m'humiex disponibbli għalik jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni. It-tieni, il-Kummissjoni teħtieġ biss li tintbagħat informazzjoni rilevanti u meħtieġa għall-inkjesta tagħha fil-ħidma notifikata. F'xi każijiet mhux l-informazzjoni kollha mitluba f'din il-formola tkun meħtieġa għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teħles mill-obbligu li tagħti ċerta informazzjoni mitluba minn din il-formola (ara l-Artikolu 3(3) tar-Regolament). Dan il-provvediment, fejn jixraq, jgħin kull applikazzjoni jew notifika biex issir skond kull każ sabiex tingħata biss l-informazzjoni li hi meħtieġa bilfors għall-eżami mill-Kummissjoni. Din tevita piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa milli jkunu imposti fuq intrapriżi, b'mod partikolari fuq dawk żgħar jew mezzana. F'każ li l-informazzjoni jew dokumenti meħtieġa f'din il-formola ma jingħatawx għal din ir-raġuni, l-applikazzjoni jew notifika għandha tindika r-raġunijiet għala l-informazzjoni hi meqjusa mhux meħtieġa għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

    Meta l-Kummissjoni tara li l-informazzjoni li hemm fl-applikazzjoni jew in-notifika mhix kompluta fil-każ tal-materjal, għandha, fi żmien xahar mindu tirċeviha, tgħarraf lill-applikant jew lill-parti li qed tinnotifika bil-miktub dwar dan il-fatt u n-natura ta' l-informazzjoni nieqsa. F'dawk il-każijiet, l-applikazzjoni jew in-notifika għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx għarrfet lill-applikant jew lill-parti li qed tinnotifika fi żmien xahar li l-applikazzjoni jew in-notifika mhix kompluta fil-każ tal-materjal, l-applikazzjoni jew notifika ser titqies li hi kompluta u valida (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

    Huwa importanti wkoll li l-intrapriżi jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar bidliet importanti fis-sitwazzjoni fattwali inkluż dawk li jsiru jafu bihom wara li tkun intefgħet l-applikazzjoni jew in-notifika. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk tkun mgħarrfa mill-ewwel b'xi bidliet fil-ftehim, deċiżjoni jew ħidma li hi s-suġġett ta' applikazzjoni jew notifika (ara l-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament). Nuqqas biex tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dawk il-bidliet rilevanti jista' jwassal biex deċiżjoni ta' rilaxx negattiv ma jkollhiex effett jew biex tkun irtirata xi deċiżjoni ta' eżenzjoni [9] adottata mill-Kummissjoni skond in-notifika.

    F. Il-bżonn ta' informazzjoni preċiża

    Barra l-ħtieġa li l-applikazzjoni jew in-notifika tkun kompluta, hu importanti li tiżgura li l-informazzjoni li tingħata hi preċiża (ara l-Artikolu 3(1) tar-Regolament). L-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 17 jgħid li l-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq l-intrapriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi multi sa ECU 5000 fejn, intenzjonalment jew b'negliġenza, jagħtu informazzjoni mhix korretta jew qarrieqa f'applikazzjoni għal rilaxx negattiv jew notifika. Dik l-informazzjoni hi, barra minn hekk, meqjusa li mhix kompluta (ara l-Artikolu 4(4) tar-Regolament), sabiex il-partijiet ma jkunux jistgħu jgawdu mill-vantaġġi tal-proċedura ta' opposizzjoni jew il-proċedura mgħaġġla (ara hawn fuq, Punt E).

    G. Min jista' jagħmel applikazzjoni jew notifika?

    Kull parti mill-intrapriżi li qegħdin fi ftehim, deċiżjoni jew ħidma tat-tip deskritt fl-Artikoli 85 jew 86 tat-Trattat ta' l-KE u l-Artikoli 53 jew 54 tal-Ftehim taż-ŻEE tista' titfa' applikazzjoni għal rilaxx negattiv, marbuta ma' l-Artikolu 85 u l-Artikolu 53, jew notifika li titlob eżenzjoni. Assoċjazzjoni ta' intrapriżi tista' titfa' applikazzjoni jew notifika marbuta ma' deċiżjonijiet meħuda jew ħidmiet segwiti fl-operat ta' l-assoċjazzjoni.

    Mal-ftehim u prattiki miftiehma bejn l-intrapriżi hi drawwa komuni għall-partijiet kollha involuti biex jitfgħu applikazzjoni konġunta jew notifika. Għalkemm il-Kummissjoni tirrakkomanda bi sħiħ dan il-metodu, minħabba li jgħin li jkun hemm l-opinjonijiet kollha tal-partijiet direttament konċernati, fl-istess ħin, dan mhux obbligatorju. Kull parti fi ftehim tista' tibgħat applikazzjoni jew notifika bil-kapaċitajiet individwali tagħhom, iżda f'dawk iċ-ċirkustanzi l-parti li qed tinnotifika għandha tgħarraf lill-partijiet l-oħra kollha fi ftehim, bid-deċiżjoni jew prattika dwar dak il-fatt (ara l-Artikolu 1(3) tar-Regolament). Huma jistgħu jagħtuhom ukoll kopja tal-formola kompluta, fejn rilevanti la darba jkunu tħassru kull informazzjoni sigrieta u kull sigriet tan-negozju (ara hawn taħt, parti operattiva, mistoqsija 1.2).

    Meta ssir applikazzjoni konġunta jew notifika, saret ukoll prattika biex jinħatar rappreżentant konġunt li jaġixxi f'isem l-intrapriżi kollha involuti, kemm meta ssir l-applikazzjoni jew in-notifika, kif ukoll meta jkun qed jittratta ma' xi kuntatti sussegwenti mal-Kummissjoni (ara l-Artikoli 1(4) tar-Regolament). Ukoll, minkejja li dan hu ta' għajnuna, mhux obbligatorju, u l-intrapriżi kollha flimkien li qed jagħmlu applikazzjoni jew notifika jistgħu jiffirmawha fil-kapaċitajiet individwali tagħhom.

    H. Kif tagħmel applikazzjoni jew notifika

    Applikazzjonijiet u notifiki jistgħu jintefgħu f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea jew ta' xi Stat ta' l-EFTA (ara l-Artikolu 2(4) u (5) tar-Regolament). Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet huma mgħaġġla, huwa, iżda, rakkomandat li tintuża', fil-każ ta' applikazzjoni jew notifika lill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA waħda mil-lingwi uffiċjali ta' xi Stat ta' l-EFTA jew il-lingwa użata mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA, li hi l-Ingliż, jew, fil-każ ta' applikazzjoni jew notifika lill-Kummissjoni, waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew l-ilsien li jintuża' mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA. Din il-lingwa ‘l quddiem tkun il-lingwa ta' l-azzjoni għall-applikant jew il-parti li qed tinnotifika.

    Il-Formola A/B mhix formola li għandha timtela. L-intrapriżi jridu sempliċement jagħtu l-informazzjoni mitluba f'din il-formola, billi jużaw is-sezzjonijiet u n-numri tal-paragrafi, jiffirmaw dikjarazzjoni kif miktuba fis-Sezzjoni 19 hawn taħt, u jehmżu d-dokumentazzjoni li tappoġġa meħtieġa.

    Dokumenti ta' sostenn iridu jintefgħu fil-lingwa oriġinali tagħhom; fejn m'hemmx lingwa uffiċjali tal-Komunità huma jridu jkunu tradotti fil-lingwa ta' l-azzjoni. Id-dokumenti ta' sostenn jistgħu jkunu oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali (ara l-Artikolu 2(4) tar-Regolament).

    L-informazzjoni kollha mitluba f'din il-formola għandha, kemm-il darba ma jkunx mitlub mod ieħor, tkun marbuta mas-sena kalendarja ta' qabel l-applikazzjoni jew in-notifika. Meta l-informazzjoni mhix disponibbli b'mod raġonevoli fuq din il-bażi (per eżempju jekk il-perjodi tal-kontabilità huma użati u m'humiex ibbażati fuq is-sena kalendarja, jew il-figuri tas-sena ta' qabel għadhom m'humiex disponibbli) l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli għandha tingħata u r-raġunijiet mogħtija għala l-figuri skond is-sena kalendarja qabel dik ta' l-applikazzjoni jew in-notifika ma jistgħux jingħataw.

    Informazzjoni finanzjarja tista' tingħata fil-munita li fiha jsiru l-kontijiet awditjati uffiċjali ta' l-intrapriża(i) konċernati jew f'Ecus. Fil-każ ta' l-aħħar ir-rata tal-kambju użata għall-bdil għandha tingħata.

    Għand hom jingħataw sbatax-il kopja ta' kull applikazzjoni jew notifika, iżda tliet kopji biss tad-dokumenti kollha ta' sostenn (ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament).

    L-applikazzjoni jew in-notifika għandha tintbagħat lil:

    Kummissjoni tal-Komunitàjiet Ewropej,

    Direttorat Ġenerali dwar il-Kompetizzjoni (DG IV),

    Ir-Reġistratur,

    200, Rue de la Loi,

    B-1049 Brussel.

    jew jitwassal bl-idejn waqt ġranet tax-xogħol tal-Kummissjoni u ħinijiet tax-xogħol uffiċjali fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    Direttorat Ġenerali dwar il-Kompetizzjoni (DG IV),

    Ir-Reġistratur,

    158, Avenue de Cortenberg,

    B-1040 Brussel.

    I. Kunfidenzalità

    L-Artikolu 214 tat-Trattat ta' l-KE, l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 17, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 23 tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Artikolu 122 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikoli 20 u 21 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità dwar is-Sorveljanza u tal-Qorti tal-Ġustizzja jirrikjedi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EEA u lill-Istati ta' l-EFTA biex ma jiżvelawx informazzjoni tat-tip koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Nru 17 jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika sommarju ta' l-applikazzjoni jew tan-notifika, jekk tieħu deċiżjoni favorevoli. F'din il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni "… għandha tqis l-interess leġittimu ta' l-intrapriżi fil-ħarsien tas-sigrieti tan-negozju tagħhom" (l-Artikolu 19(3) tar-Regolament Nru 17; ara wkoll l-Artikolu 21(2) marbut mal-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet). F'din ir-rabta, jekk intrapriża temmen li l-interessi tagħha jiġu mittiefsa jekk l-informazzjoni li tkun mitluba tipprovdi tkun ippubblikata jew inkella murija lill-intrapriżi oħra, hi għandha tiġbor dik l-informazzjoni kollha f'anness separat b'kull paġna immarkata b'mod ċar "Sigrieti tan-Negozju"'. Hi għandha tagħti wkoll raġunijiet għala kull informazzjoni identifikata bħala kunfidenzali jew sigrieta m'għandhiex tinkixef jew tkun ippubblikata. (Ara hawn taħt, Sezzjoni 5 tal-parti mħaddma li tirrikjedi sommarju mhix kunfidenzali tan-notifika).

    J. Proċedura Sussegwenti

    L-applikazzjoni jew in-notifika hi reġistrata fir-Reġistru tad-Direttorat Ġenerali dwar il-Kompetizzjoni (DG IV). Id-data meta tirċeviha l-Kummissjoni (jew id-data ta' l-impustar jekk mibgħut bil-posta reġistrata) hi d-data effettiva tas-sottomissjoni (ara Artikolu 4 (1) tar-Regolament). Iżda, regoli speċjali jgħoddu għall-applikazzjonijiet mhux kompluti u notifiki (ara hawn fuq taħt Punt E).

    Il-Kummissjoni għandha tagħraf li irċeviet l-applikazzjonijiet kollha u n-notifiki bil-miktub, billi tindika n-numru tal-każ marbut mal-fajl. Dan in-numru jrid jintuża' fil-korrispondenzi kollha tal-futur rigward in-notifika. L-irċevuta ta' l-għarfien ma tiġġudikax prematurament il-mistoqsija jekk l-applikazzjoni jew in-notifika hi valida.

    Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-partijiet jew minn partijiet l-oħra (l-Artikolu 11 sa 14 tar-Regolament Nru 17) u suġġerimenti jistgħu jsiru bħala emendi għal ftehim li jistgħu jagħmluh aċċettabbli. Bl-istess mod, avviż qasir preliminari jista' jkun ippubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, billi jistqarr l-ismijiet ta' l-intrapriżi interessati, il-gruppi li jappartjenu għalih, is-settur ekonomiku involut u n-natura tal-ftehim, u jilqa' l-kummenti ta' parti oħra (ara hawn taħt, il-parti operattiva, Sezzjoni 5).

    Fejn notifika ssir flimkien għall-iskop ta' l-applikazzjoni jew il-proċedura ta' opposizzjoni, il-Kummissjoni tista' topponi l-għoti tal-benefiċċju ta' l-eżenzjoni tal-grupp fil-każ tal-ftehim notifikat. Jekk il-Kummissjoni topponi t-talba, u sakemm ma tirtirax l-opposizzjoni tagħha wara, dik in-notifika mbagħad ttiqies bħala applikazzjoni għal eżenzjoni individwali.

    Jekk, wara l-eżami, il-Kummissjoni beħsiebha tilqa' applikazzjoni għal rilaxx negattiv jew eżenzjoni, hi obbligata (mill-Artikolu 19(3) tar-Regolament Nru 17) biex tippubblika sommarju u tistieden kummenti minn partijiet oħra. Sussegwentement, deċiżjoni dwar abbozz preliminari għandha tingħata u tkun diskussa mal-Kumitat li jagħti Pariri dwar Ħidmiet Ristretti u Posizzjonijiet Dominanti magħmula minn uffiċjali ta' l-Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-każ ta' ħidmiet ristretti u monopolji (l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 17) u mistennija, fejn il-każ hu parti mill-Ftehim taż-ŻEE, minn rappreżentanti ta' l-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA u l-Istati ta' l-EFTA li diġa rċevew kopja ta' l-applikazzjoni jew notifika. Hekk biss, u dejjem jekk xejn ma jkun ġara biex tibdel l-intenzjoni tal-Kummissjoni, tista' tadotta d-deċiżjoni maħsuba.

    Il-fajls huma ħafna drabi magħluqin mingħajr ma tittieħed xi deċiżjoni formali, per eżempju, minħabba li jinstab li l-ftehim huwa diġà kopert minn block exemption, jew minħabba li ma jitolbux għal xi azzjoni mill-Kummissjoni, għallinqas f'ċirkustanzi f'dak il-ħin. F'dawk il-każijiet jintbagħatu ittri ta' konfort. Għalkemm mhix deċiżjoni tal-Kummissjoni, ittra ta' konfort tindika kif id-dipartimenti tal-Kummissjoni jħarsu lejn il-każ fuq il-fatti li għandhom bħalissa li jfisser li l-Kummissjoni tista' fejn jeħtieġ - per eżempju, jekk kienet ser tkun aċċertata li kuntratt kien null taħt l-Artikolu 85(2) tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(2) tal-Ftehim taż-ŻEE - tieħu deċiżjoni xierqa biex tiċċara s-sitwazzjoni legali.

    K. Tifsiriet użati fil-parti operattiva ta' din il-formula

    Ftehim: Il-kelma "ftehim" hi użata għall-kategoriji kollha ta' arranġamenti, jiġifieri ftehim bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi u prattiki miftiehma.

    Sena: Ir-referenzi kollha għall-kelma "sena" f'din il-forma għandhom jitqiesu li jfissru sena kalendarja, kemm-il darba ma jkunx intqal mod ieħor.

    Grupp: Relazzjoni bejn il-grupp teżisti għall-iskop ta' din il-formola fejn waħda mill-intrapriżi:

    - għandha aktar min-nofs il-kapitali jew l-beni tan-negozju ta' intrapriża oħra, jew

    - għandha s-setgħa li teżerċita aktar min-nofs id-drittijiet tal-vot f'intrapriża oħra, jew

    - għandha s-setgħa li taħtar aktar min-nofs il-membri tal-bord li jagħmel superviżjoni, il-bord tad-diretturi jew korpi li legalment jirrappreżentaw l-intrapriża, jew

    - għandha d-dritt li tmexxi l-affarijiet ta' intrapriża oħra.

    Intrapriża li hi kontrollata b'mod konġunt minn ħafna intrapriżi oħra (assoċjazzjoni konġunta) tagħmel parti mill-grupp ta' kull waħda minn dawn l-intrapriżi.

    Suq rilevanti tal-prodott: il-mistoqsijiet 6.1 u 11.1 ta' din il-formola jirrikjedu l-intrapriża jew lill-individwu li jagħmel notifika biex ifisser is-suq (swieq) rilevanti tal-prodott u/jew servizz li x'aktarx jintlaqtu mill-ftehim imsemmi. Dik it-tifsira(riet) hi mbagħad użata bħala bażi għal numru ta' mistoqsijiet oħra li hemm f'din il-formola. It-tifsira (riet) hekk mogħtija mill-partijiet li jinnotifikaw huma magħrufa f'din il-formola bħala suq (swieq) tal-prodott rilevanti. Dan il-kliem jista' jirreferi għal suq magħmul jew minn prodotti jew minn servizzi.

    Suq ġeografiku rilevanti: il-mistoqsijiet 6.2 u 11.2 ta' din il-formola jirrikjedu lill-intrapriża jew lill-individwu li jagħmel notifika biex ifisser is-suq (swieq) rilevanti ġeografiċi li x'aktarx jintlaqtu mill-ftehim imsemmi. Dik it-tifsira(riet) hi mbagħad użata bħala bażi għal numru ta' mistoqsijiet oħra li hemm f'din il-formola. It-tifsira (riet) hekk mogħtija mill-partijiet li jinnotifikaw huma magħrufa f'din il-formola bħala suq (swieq) ġeografiku rilevanti.

    Prodott rilevanti u suq ġeografiku: bis-saħħa tat-tagħqid tar-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet 6 u 11 il-partijiet jagħtu t-tifsira tagħhom tas-suq (swieq) rilevanti affetwati mill-ftehim notifikat. Dik (dawk) it-tifsira (riet) hi (huma) mbagħad użati bħal numru ta' mistoqsijiet oħra li hemm f'din il-formola. It-tifsira (riet) hekk mogħtija mill-partijiet li jinnotifikaw huma magħrufa f'din il-formola bħala s-suq (swieq) ġeografiku rilevanti u tal-prodott.

    Notifika: din il-formola tista' tintuża' meta ssir applikazzjoni għal rilaxx negattiv u/jew notifika li titlob eżenzjoni. Il-kelma "notifika" hi użata biex tirreferi jew għal applikazzjoni jew għal notifika.

    Partijiet u parti li tinnotifika: il-kelma "parti" hi użata biex tirreferi għall-intrapriżi kollha li huma parti fi ftehim li jkun notifikat. Peress li notifika tista' ssir biss minn waħda mill-intrapriżi li huma parti fi ftehim, "parti li tinnotifika"' hi użata biss biex tirreferi għall-intrapriża jew intrapriżi li fil-verità qed jagħmlu n-notifika.

    PARTI I TITĦADDEM

    JEKK JOGĦĠBOK IŻGURA LI L-EWWEL PAĠNA TA' L-APPLIKAZZJONI JEW IN-NOTIFIKA TIEGĦEK FIHA L-KLIEM "APPLIKAZZJONI GĦAL TNEĦĦIJA NEGATIVA/NOTIFIKA SKOND IL-FORMOLA A/B"

    KAPITOLU I

    Sezzjonijiet li jolqtu l-partijiet, il-gruppi tagħhom u l-ftehim (biex jimtlew għan-notifiki kollha)

    Sezzjoni 1

    L-identità ta' l-intrapriżi jew persuni li qed iressqu n-notifika

    1.1. Jekk jogħġbok agħmel lista ta' l-intrapriżi li f'isimhom qed titressaq in-notifika u indika d-denominazzjoni legali tagħhom jew l-isem kummerċjali, imqassar jew użat ta' spiss kif jixraq (jekk ivarja mid-denominazzjoni legali).

    1.2. Jekk in-notifika qed titressaq f'isem waħda jew xi wħud mill-intrapriżi li qegħdin parti fi ftehim li qed ikun notifikat, jekk jogħġbok ikkonferma li l-intrapriżi l-oħra ġew mgħarrfa b'dak il-fatt u indika jekk irċevewx kopja tan-notifika, bl-informazzjoni kunfidenzali rilevanti u s-sigrieti tan-negozju mħassra [10]. (F'dawk iċ-ċirkustanzi kopja tal-kopja editjata tan-notifika li ngħatat lil dawk l-intrapriżi l-oħra għandha tkun annessa ma' din in-notifika.)

    1.3. Jekk qed titressaq notifika konġunta, inħatar [11] rappreżentant konġunt [12]? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji mitluba f'1.3.1 sa 1.3.3 hawn taħt.

    Jekk le, jekk jogħġbok agħti d-dettalji ta' xi rappreżentanti li ġew awtorizzati biex jaġixxu għal kull waħda jew xi waħda mill-partijiet fi ftehim billi jindikaw lil min qed jirrappreżentaw.

    1.3.1. Isem ir-rappreżentant.

    1.3.2. L-indirizz tar-rappreżentant.

    1.3.3. It-telefon u n-numru tal-faks tar-rappreżentant.

    1.4. F'każijiet fejn wieħed jew aktar mir-rappreżentanti nħatru, awtorità li taġixxi f'isem l-intrapriża (i) li qed tressaq in-notifika għandha takkompanja n-notifika.

    Sezzjoni 2

    Informazzjoni dwar il-partijiet fi ftehim u l-gruppi li jappartjenu għalihom

    2.1. Għid l-isem u l-indirizz tal-partijiet fi ftehim li qed ikun notifikat, u l-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tagħhom.

    2.2. Semmi t-tip ta' negozju ta' kull waħda mill-partijiet fi ftehim li qed ikun notifikat.

    2.3. Għal kull waħda mill-partijiet fi ftehim, agħti l-isem ta' persuna li tista' tkun kuntattjata, flimkien ma' isimha, l-indirizz tagħha, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks, u l-pożizzjoni tagħha fl-intrapriża.

    2.4. Identifika l-gruppi korporati li jappartjenu għalihom il-partijiet fil-ftehim li qed ikun notifikat. Semmi s-setturi li fihom huma attivi dawn il-gruppi, u t-turnover madwar id-dinja ta' kull grupp [13].

    Sezzjoni 3

    Affarijiet dwar proċeduri

    3.1. Jekk jogħġbok għid jekk ressaqtx xi sottomissjoni formali lil xi waħda mill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni b'konnessjoni mal-ftehim imsemmi. Jekk iva, semmi liema awtoritajiet, l-individwu jew id-dipartiment konċernat, u t-tip ta' kuntatt. Barra minn hekk, semmi xi azzjonijiet aktar bikrin jew kuntatti informali, li taf bihom, mal-Kummissjoni u/jew l-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA u xi azzjonijiet aktar bikrin ma' xi Awtoritajiet nazzjonali jew qrati fil-Komunità jew fl-EFTA li jolqtu dawn jew xi ftehim marbut.

    3.2. Jekk jogħġbok semmi fil-qosor xi raġunijiet għal xi talba li l-każ jinvolvi bħala suġġett ta' urġenza rari.

    3.3. Il-Kummissjoni stqarret li fejn in-notifiki m'għandhomx sinifikat politiku partikolari, ekonomiku jew legali għall-Komunità huma se jiġu trattati normalment permezz ta' ittra ta' konfort [14]. Inti tkun sodisfatt b'ittra ta' konfort? Jekk tqis li ma jkunx jixraq li titratta mal-ftehim notifikat f'dan il-mod, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal din il-fehma.

    3.4. Għid jekk hux beħsiebek tipproduċi aktar fatti li jappoġġjaw jew dokumenti li għadhomx m'humiex disponibbli u, jekk iva, fuq liema punti [15].

    Sezzjoni 4

    Dettalji sħaħ ta' l-arranġamenti

    4.1. Jekk jogħġbok għid fil-qosor it-tip, il-kontenut u l-għanjiet imfittxa mill-ftehim li qed ikun notifikat.

    4.2. Agħti d-dettalji ta' xi dispożizzjonijiet li hemm fil-ftehim li jistgħu jirristrinġu lill-partijiet mil-libertà tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet kummerċjali indipendenti, per eżempju rigward:

    - prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ, skontijiet jew xi kondizzjonijiet oħra ta' kummerċ,

    - l-ammonti ta' prodotti li jridu jkunu fabbrikati jew imqassma jew servizzi biex ikunu offruti,

    - żvilupp tekniku jew investiment,

    - l-għażla ta' swieq jew sorsi ta' provvista,

    - xiri minn jew bejgħ lil terzi persuni,

    - jekk għandekx tuża' l-istess kondizzjonijiet għall-provvista ta' prodotti ekwivalenti jew servizzi,

    - jekk għandekx toffri servizzi differenti separatament jew flimkien.

    Jekk qed titlob il-benefiċċju ta' proċedura ta' l-opposizzjoni, identifika f'din il-lista r-restrizzjonijiet li jaqbżu ‘l dawk li huma awtomatikament eżentati mir-regolament rilevanti.

    4.3. Għid bejn liema Stati Membri tal-Komunità u/jew ta' l-Istati ta' l-EFTA [16] il-kummerċ jista' jkun affetwat mill-arranġamenti. Jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għar-risposta għal din il-mistoqsija, billi tagħti informazzjoni fuq kif qed jimxi l-kummerċ fejn rilevanti. Barra minn hekk jekk jogħġbok għid jekk il-kummerċ bejn il-Komunità jew it-territorju taż-ŻEE u xi pajjiżi oħra hux affetwat, billi terġa' tagħti raġunijiet għat-tweġiba tiegħek.

    Sezzjoni 5

    Sommarju mhix kunfidenzali

    Hekk kif tirċievi notifika, il-Kummissjoni tista' tippubblika avviż qasir li bih tistieden il-kummenti minn terzi persuni dwar il-ftehim imsemmi [17]. Billi l-għan tal-Kummissjoni li tippubblika avviż informali preliminari huwa biex tirċievi kummenti minn terzi persuni kemm jista' jkun malajr wara li tkun irċeviet in-notifika, dak l-avviż huwa normalment ippubblikat mingħajr ma jgħaddi l-ewwel lill-partijiet li qed jinnotifikaw għall-kummenti tagħhom. Din is-sezzjoni tirrikjedi li l-informazzjoni tintuża' f'avviż preliminari informali f'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li toħroġ wieħed. Huwa importanti, għalhekk, li t-tweġibiet tiegħek għal dawn il-mistoqsijiet ma jkunx fihom xi sigrieti tan-negozju jew xi informazzjoni oħra kunfidenzali.

    1. Semmi l-ismijiet tal-partijiet fil-ftehim notifikat u l-gruppi ta' l-intrapriżi li jappartjenu għalihom.

    2. Agħti sommarju qasir tat-tip u l-għanijiet tal-ftehim. Bħala linja ta' gwida dan is-sommarju ma għandhax tkun itwal minn 100 kelma.

    3. Identifika s-setturi tal-prodotti affetwati mill-ftehim imsemmi.

    IL-KAPITOLU II

    Sezzjoni i tolqot is-suq rilevanti

    (li għandha timtela għan-notifiki kollha ħlief dawk marbuta ma' attivitajiet konġunti strutturali li għalihom hu mitlub trattament mgħaġġel)

    Sezzjoni 6

    Is-suq rilevanti

    Suq rilevanti tal-prodott jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa li jinbidlu bejniethom jew jistgħu jitbiddlu mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu intenzjonat tagħhom.

    Il-fatturi li ġejjin huma normalment ikkunsidrati rilevanti biex ikun determinat is-suq tal-prodott rilevanti u jridu jitqiesu f'din l-analiżi [18]:

    - l-ammont ta' tixbiħ fiżiku bejn il-prodotti/servizzi msemmija,

    - xi differenzi fl-użu aħħari li għalih huma mqiegħda l-prodotti,

    - differenzi fil-prezz bejn żewġ prodotti,

    - in-nefqa biex taqleb bejn żewġ prodotti li potenzalment qed jikkompetu,

    - preferenzi tal-konsumatur li huma stabbilit jew stabbiliti b'mod sod għal tip jew kategorija ta' prodott fuq ieħor,

    - klassifikazzjonijiet tal-prodott fl-industrija kollha (e. g. Klassifikazzjonijiet miżmuma mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ).

    Is-suq ġeografiku rilevanti hu magħmul miż-żona li fiha l-intrapriżi konċernati huma involuti fil-provvista u t-talba tal-prodotti jew servizzi, li fihom il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jintgħarfu miż-żoni ġirien minħabba, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma tassew differenti f'dawk iż-żoni.

    Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti jinkludu [19] it-tip u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi konċernati, li hemm ostakli għad-dħul jew preferenzi tal-konsumatur, differenzi li jidhru fis-sehem mis-suq ta' l-intrapriżi u differenzi sostanzjali fil-prezz bejn iż-żoni ġirien, u spejjeż tat-trasport.

    6.1. Minħabba dan ta' hawn fuq spjega t-tifsira tas-suq jew swieq tal-prodott rilevanti li fil-fehma tiegħek għandha tkun il-bażi ta' l-analiżi li l-Kummissjoni tagħmel tan-notifika.

    Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dak li qed tassumi jew issib, u spjega kif tqiesu l-fatturi msemmija hawn fuq. B'mod partikolari, jekk jogħġbok semmi l-prodotti speċifiċi jew servizzi li huma direttament jew indirettament affetwati mill-ftehim li qed ikun notifikat u identifika l-kategoriji ta' prodotti meqjusa li jistgħu jitbiddlu fit-tifsira tiegħek tas-suq.

    Fil-mistoqsijiet li jidhru hawn taħt, din (jew dawn) it-tifsira (iet) se jitqiesu bħala "s-suq (swieq) rilevanti tal-prodott".

    6.2. Jekk jogħġbok spjega t-tifsira tas-suq jew swieq ġeografiċi rilevanti li fil-fehma tiegħek għandhom ikunu l-bażi ta' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar in-notifika. Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dak li qed tassumi jew issib, u spjega kif il-fatturi msemmija hawn fuq ġew meqjusa. B'mod partikolari, jekk jogħġbok identifika l-pajjiżi li fihom huma attivi l-partijiet fis-suq (swieq) rilevanti tal-prodott, u fil-każ li tqies li s-suq ġeografiku rilevanti huwa usa' mill-Istati Membri individwali tal-Komunità jew ta' l-EFTA li fih il-partijiet fi ftehim huma attivi, agħti r-raġunijiet għal dan.

    Fil-mistoqsijiet li jidhru hawn taħt, din (jew dawn) it-tifsira (iet) se jitqiesu bħala "s-suq (swieq) ġeografiku rilevanti tal-prodott".

    Sezzjoni 7

    Membri tal-grupp li qed joperaw fl-istess swieq bħall-partijiet

    7.1. Għal waħda mill-partijiet fi ftehim li qed ikun notifikat, agħti lista ta' l-intrapriżi kollha li jappartjenu għall-istess grupp li huma:

    7.1.1. attivi fis-suq (swieq) rilevanti tal-prodott;

    7.1.2. attivi fis-swieq li huma ġirien tas-suq (swieq) tal-prodott rilevanti (i.e. attivi fi prodotti u/jew servizzi li jirrappreżentaw sostituti imperfetti u parzjali għal dawk inklużi fit-tifsira tiegħek tas-suq (swieq) rilevanti tal-prodott).

    Dawk l-intrapriżi jridu jkunu identifikati anki jekk ibiegħu l-prodott jew servizz imsemmi f'żoni ġeografiċi oħra barra dawk li fihom joperaw il-partijiet fil-ftehim notifikat. Jekk jogħġbok semmi l-isem, il-post ta' l-inkorporazzjoni, il-prodott eżatt fabbrikat u l-iskop ġeografiku ta' ħidma ta' kull membru tal-grupp.

    Sezzjoni 8

    Il-pożizzjoni tal-partijiet fis-swieq tal-prodotti rilevanti affetwati

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni għandha tingħata lill-gruppi tal-partijiet bħala sħiħa. Mhux biżżejjed li tagħti dik l-informazzjoni biss kif marbuta ma' l-intrapriżi individwali direttament konċernati mill-ftehim.

    8.1. Fil-każ ta' kull suq (swieq) rilevanti tal-prodott identifikat fit-tweġiba tiegħek għal mistoqsija 6.1 jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

    8.1.1. l-ishma tas-suq tal-partijiet fis-suq ġeografiku rilevanti waqt it-tliet snin ta' qabel;

    8.1.2. fejn differenti, l-ishma tas-suq tal-partijiet f'(a) it-territorju kollu taż-ŻEE, (b) il-Komunità, (ċ) it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA u (d) kull Stat Membru ta' l-KE u l-Istat ta' l-EFTA waqt it-tliet snin ta' qabel [20]. Għal din is-sezzjoni, fejn l-ishma tas-suq huma inqas minn 20 %, jekk jogħġbok għid biss liema minn dawn il-gruppi li ġejjin huma rilevanti: 0 sa 5 %, 5 sa 10 %, 10 sa 15 %, 15 sa 20 %.

    Għall-iskop li jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet, is-sehem tas-suq jista' jkun ikkalkulat jew skond il-valur jew il-volum. Ġustifikazzjoni għall-figuri li hemm għandha tingħata. Għalhekk, għal kull tweġiba, għandu jingħata l-valur/volum totali tas-suq, flimkien mal-bejgħ/t-turnover għal kull waħda mill-partijiet imsemmija. Is-sors jew is-sorsi ta' l-informazzjoni jridu jingħataw ukoll (e.g. statistika uffiċjali, estimi, eċċ.), u fejn hu possibbli, kopji tad-dokumenti minn fejn ittieħdet l-informazzjoni jridu jingħataw.

    Sezzjoni 9

    Il-pożizzjoni talkompetituri u l-klijenti dwar is-suq (swieq) tal-prodott rilevanti

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni għandha tingħata għall-grupp tal-partijiet bħala sħiħa u mhux f'rabta mal-kumpanniji individwali direttament konċernati mill-ftehim notifikat.

    Għall-prodotti (kollha) rilevanti u s-suq (swieq) ġeografiċi li fihom il-partijiet għandhom sehem imħallat mis-suq li jaqbeż il-15 %, il-mistoqsijiet li ġejjin iridu jitwieġbu.

    9.1. Jekk jogħġbok identifika ħames kompetituri ewlenin tal-partijiet. Jekk jogħġbok identifika l-kumpannija u agħti l-aħjar stima tiegħek dwar is-sehem tagħhom fis-suq (swieq) ġeografiku rilevanti. Jekk jogħġbok agħti wkoll l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-faks, u, fejn hu possibbli, l-isem ta' persuna biex tikkuntattjaha f'kull kumpannija identifikata.

    9.2. Jekk jogħġbok identifika l-ħames klijenti ewlenin ta' kull waħda mill-partijiet. Agħti l-isem tal-kumpannija, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks, flimkien ma' l-isem tal-persuna li tista' tikkuntattjaha.

    Sezzjoni 10

    Dħul fis-suq u kompetizzjoni potenzali fir-rigward tal-prodott u tal-ġeografija

    Għall-prodotti (kollha) rilevanti u s-suq (swieq) ġeografiċi li fihom il-partijiet għandhom sehem imħallat mis-suq li jaqbeż il-15 %, għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin.

    10.1. Iddeskrivi l-fatturi differenti li jinfluwenzaw id-dħul fir-rigward tal-prodott fis-suq (swieq) rilevanti li jeżistu fil-każ preżenti (i.e. liema ostakli jeżistu li jżommu lill-intrapriżi li bħalissa ma jiffabbrikawx prodotti fi ħdan is-suq (swieq) tal-prodott rilevanti milli jidħlu f'dan is-suq (swieq)). Meta tagħmel hekk qis dan li ġej fejn jixraq:

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mill-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni mill-gvern jew mill-iffissar standard fi kull formola? Hemm xi kontrolli legali jew regulatorji mad-dħul f'dawn is-swieq?

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mid-disponibbiltà tal-materjal mhux maħdum?

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mit-tul tal-kuntratti bejn intrapriża u min jipprovdilha u/jew il-klijenti?

    - iddeskrivi l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp u b'mod partikolari l-importanza tal-liċenzi, sengħa u drittijiet oħra f'dawn is-swieq.

    10.2. Iddeskrivi l-fatturi differenti li jinfluwenzaw id-dħul f'temini ġeografiċi fis-suq (swieq) ġeografiku rilevanti li jeżisti fil-każ preżenti (jiġifieri liema ostakli jeżistu biex iżommu lill-intrapriżi li diġa qed jipproduċu u/jew ibiegħu prodotti fis-suq (swieq) rilevanti tal-prodott iżda f'żoni barra mis-suq (swieq) ġeografiku rilevanti milli jestendu l-iskop tal-bejgħ tagħhom fis-suq (swieq) ġeografiku rilevanti?). Jekk jogħġbok agħti raġunijiet għat-tweġiba tiegħek, billi tispjega, fejn hu rilevanti, l-importanza ta' dawn il-fatturi li ġejjin:

    - ostakli għall-kummerċ imposti mil-liġi, bħal tariffi, kwoti, eċċ.,

    - speċifikazzjoni lokali jew ħtiġiet tekniċi,

    - politiki dwar l-akkwisti,

    - l-eżistenza ta' distribuzzjoni lokali disponibbli u biżżejjed u faċilitajiet ta' bejgħ bl-imnut,

    - spejjeż tat-trasport,

    - preferenzi tal-konsumatur li huma stabbiliti b'mod sod għal ditti lokali jew prodotti,

    - lingwa.

    10.3. Xi intrapriżi ġodda daħlu fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti fiż-żoni ġeografiċi fejn il-partijiet ibiegħu waqt l-aħħar tliet snin? Jekk jogħġbok agħti din l-informazzjoni fi-rigward taż-żewġ daħliet ġodda fil-każ tal-prodott u żewġ daħliet fil-każ ġeografiku. Jekk dik id-daħla ġrat, jekk jogħġbok identifika l-intrapriża (intrapriżi) konċernata (l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks, u fejn, hu possibbli, il-persuna li tista' tikkuntattja), u agħti l-aħjar stima tiegħek tas-sehem tagħhom fis-suq tal-prodott rilevanti u s-suq (swieq) ġeografiku.

    KAPITOLU III

    Sezzjoni i tolqot is-suq rilevanti biss għal ħidmiet strutturali konġunti li għalihom hu mitlub trattament mgħaġġel

    Sezzjoni 11

    Is-suq rilevanti

    Suq rilevanti tal-prodott jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa li jinbidlu bejniethom jew jistgħu jitbiddlu mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu intenzjonat tagħhom.

    Il-fatturi li ġejjin huma normalment ikkunsidrati rilevanti [21] biex ikun determinat is-suq tal-prodott rilevanti u jridu jitqiesu f'din l-analiżi:

    - l-ammont ta' tixbiħ fiżiku bejn il-prodotti/servizzi msemmija,

    - xi differenzi fl-użu aħħari li għalih huma mqiegħda l-prodotti,

    - differenzi fil-prezz bejn żewġ prodotti,

    - in-nefqa biex taqleb bejn żewġ prodotti li qed potenzalment jikkompetu,

    - preferenzi tal-konsumatur li huma stabbilit jew stabbiliti b'mod sod għal tip jew kategorija ta' prodott fuq ieħor,

    - klassifikazzjonijiet differenti jew simili tal-prodott fl-industrija kollha (e. g. klassifikazzjonijiet miżmuma mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ).

    Is-suq ġeografiku rilevanti hu magħmul miż-żona li fiha l-intrapriżi konċernati huma involuti fil-provvista u t-talba tal-prodotti jew servizzi, li fihom il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jintgħarfu miż-żoni ġirien minħabba, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma tassew differenti f'dawk iż-żoni.

    Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti jinkludu [22] it-tip u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi konċernati, li hemm ostakli għad-dħul jew preferenzi tal-konsumatur, differenzi li jidhru fis-sehem mis-suq ta' l-intrapriżi u differenzi sostanzjali fil-prezz bejn iż-żoni ġirien, u spejjeż tat-trasport.

    Parti 11.1

    L-analiżi tal-partijiet li qed jinnotifikaw fis-suq rilevanti

    11.1.1. Minħabba dan ta' hawn fuq, jekk jogħġbok spjega t-tifsira tas-suq jew swieq tal-prodott rilevanti li fil-fehma tal-partijiet iridu jkunu l-bażi ta' l-analiżi li l-Kummissjoni tagħmel tan-notifika.

    Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dak li qed tassumi jew issib, u spjega kif il-fatturi msemmija hawn fuq ġew meqjusa.

    Fil-mistoqsijiet li jidhru hawn taħt, din (jew dawn) it-tifsira (iet) se jitqiesu bħala "s-suq (swieq) rilevanti tal-prodott".

    11.1.2. Jekk jogħġbok spjega t-tifsira tas-suq jew swieq ġeografiċi rilevanti li fil-fehma tal-partijiet għandhom ikunu l-bażi ta' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar in-notifika.

    Fit-tweġiba tiegħek, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dak li qed tassumi jew issib, u spjega kif il-fatturi msemmija hawn fuq ġew meqjusa.

    Parti 11.2

    Mistoqsijiet dwar il-prodott rilevanti u s-suq (swieq) ġeografiku

    Tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin jgħinu lill-Kummissjoni biex tivverifika jekk it-tifsiriet tal-prodott u s-suq ġeografiku mressqa minnek f'Sezzjoni 11.1 huma kompatibbli mat-tifsiriet li jidhru hawn fuq.

    Tifsira tas-suq tal-prodott

    11.2.1. Semmi l-prodotti speċifiċi jew servizzi direttament jew indirettament affetwati mill-ftehim li qed ikun notifikat.

    11.2.2. Semmi l-kategoriji ta' prodotti u/jew servizzi li huma, fil-fehma tal-partijiet li qed jinnotifikaw, sostituti ekonomiċi mill-qrib għal dawk identifikati bħala tweġiba għall-mistoqsija 11.2.1. Fejn aktar minn prodott wieħed jew servizz ġew identifikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 11.2.1, lista għal kull prodott għandha tingħata għal din il-mistoqsija.

    Il-prodotti identifikati f'din il-lista jridu jkunu ordnati f'kemm jistgħu jiġu sostituti, l-ewwel semmi l-aktar sostitut perfett għall-prodotti tal-partijiet, spiċċa bl-inqas sostitut perfett [23]

    Jekk jogħġbok spjega kif il-fatturi rilevanti għat-tifsira tas-suq tal-prodott rilevanti tqiesu fit-tiswir ta' din il-lista u fit-tqegħid tal-prodotti/servizzi fl-ordni korretta tagħhom.

    Tisfira tas-suq ġeografiku

    11.2.3. Semmi l-pajjiżi kollha li fihom huma attivi l-partijiet fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti. Fejn huma attivi fil-pajjiżi kollha fi kull gruppi msemmija tal-pajjiżi jew żona ta' kummerċ (e. g. il-Komunità kollha jew l-EFTA, il-pajjiżi taż-ŻEE, mad-dinja kollha) huwa biżżejjed li tindika ż-żona msemmija.

    11.2.4. Spjega l-mod li bih il-partijiet jipproduċu u jbiegħu l-prodotti u/jew servizzi f'kull waħda minn dawn il-pajjiżi differenti jew żoni. Per eżempju, huma jiffabbrikaw lokalment, huma jbiegħu permezz ta' faċiltajiet lokali ta' tqassim, jew iqassmu permezz ta' importaturi u distributuri esklussivi u mhux esklussivi?

    11.2.5. Hemm ċaqliq fil-kummerċ sinifikanti fil-prodotti/servizzi li jsawru s-suq (swieq) rilevanti tal-prodott (i) bejn l-Istati Membri ta' l-KE (jekk jogħġbok speċifika liema u agħti stima tal-persentaġġ tal-bejgħ totali magħmul mill-importazzjonijiet f'kull Stat Membru li fih huma attivi l-partijiet), (ii) bejn l-Istati Membri kollha ta' l-KE jew parti mill-Istati ta' l-EFTA (u erġa', jekk jogħġbok speċifika u agħti stima tal-persentaġġ tal-bejgħ totali magħmul mill-importazzjonijiet), (iii) bejn l-Istati ta' l-EFTA (jekk jogħbok speċifika liema u agħti stima tal-persentaġġ tal-bejgħ totali magħmul mill-importazzjonijiet f'kull Stat bħal dawk li fih il-partijiet huma attivi), u (iv) bejn it-territorju kollu taż-ŻEE jew parti minnu u pajjiżi oħra? (erġa', jekk jogħġbok speċifika u agħti stima tal-persentaġġ tal-bejgħ totali magħmul mill-importazzjonijiet.)

    11.2.6. Liema intrapriżi produtturi li jinsabu barra mill-Komunità jew mit-territorju taż-ŻEE jbiegħu ġewwa t-territorju taż-ŻEE f'pajjiżi li fih il-partijiet huma attivi fil-prodotti affetwati? Dawn l-intrapriżi kif ibiegħu l-prodotti tagħhom? Din tvarja bejn l-Istati Membri differenti ta' l-KE u/jew l-Istati ta' l-EFTA?

    Sezzjoni 12

    Membri tal-gruppi li joperaw fl-istess swieq bħall-partijiet fil-ftehim notifikat

    12.1. Għal waħda mill-partijiet fi ftehim li qed ikun notifikat, agħti lista ta' l-intrapriżi kollha li jappartjenu għall-istess grupp li huma:

    12.1.1. attivi fis-suq (swieq) rilevanti tal-prodott;

    12.1.2. attivi fis-swieq li huma ġirien tas-suq (swieq) tal-prodott rilevanti (i.e. attivi fi prodotti u/jew servizzi li jirrappreżentaw sostituti imperfetti u parzjali [24] għal dawk inklużi fit-tifsira tiegħek tas-suq (swieq) rilevanti tal-prodott);

    12.1.3. attivi fi swieq "il fuq u/jew" l isfel minn dawk inklużi fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti.

    Dawk l-intrapriżi jridu jkunu identifikati anki jekk ibiegħu l-prodott jew servizz imsemmi f'żoni ġeografiċi oħra barra dawk li fihom joperaw il-partijiet fil-ftehim notifikat. Jekk jogħġbok semmi l-isem, il-post ta' l-inkorporazzjoni, il-prodott eżatt fabbrikat u l-iskop ġeografiku ta' ħidma ta' kull membru tal-grupp.

    Sezzjoni 13

    Il-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni għandha tingħata għall-grupp tal-partijiet bħala sħiħa u mhux f'rabta mal-kumpanniji individwali direttament konċernati mill-ftehim notifikat.

    13.1. Fil-każ ta' kull suq (swieq) rilevanti tal-prodott, kif identifikat fit-tweġiba tiegħek għal mistoqsija 11.1.2, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

    13.1.1. l-ishma tas-suq tal-partijiet fis-suq ġeografiku rilevanti waqt it-tliet snin ta' qabel;

    13.1.2. meta differenti, l-ishma tas-suq tal-partijiet f'(a) it-territorju kollu taż-ŻEE, (b) il-Komunità, (ċ) it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA u (d) kull Stat Membru ta' l-KE u l-Istat ta' l-EFTA waqt it-tliet snin ta' qabel [25]. Għal din is-sezzjoni, fejn l-ishma tas-suq huma inqas minn 20 %, jekk jogħġbok għid biss liema minn dawn il-gruppi li ġejjin huma rilevanti: 0 sa 5 %, 5 sa 10 %, 10 sa 15 %, 15 sa 20 % skond il-valur jew volum.

    Għall-iskop li jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet, is-sehem tas-suq jista' jkun ikkalkulat jew skond il-valur jew il-volum. Ġħandha tingħata ġustifikazzjoni għall-figuri li hemm. Għalhekk, għal kull tweġiba, għandu jingħata l-valur/volum totali tas-suq, flimkien mal-bejgħ/t-turnover għal kull waħda mill-partijiet imsemmija. Is-sors jew is-sorsi ta' l-informazzjoni jridu jingħataw ukoll, u fejn hu possibbli, għandhom jingħataw kopji tad-dokumenti minn fejn ittieħdet l-informazzjoni.

    13.2. Jekk l-ishma tas-suq f'mistoqsija 13.1 kellhom ikunu kkalkulati fuq bażi oħra barra minn dik użata mill-partijiet, ir-riżultat ta' l-ishma tas-suq kien ivarja b'aktar minn 5 % f'xi suq (i.e. jekk il-partijiet ikkalkulaw l-ishma tas-suq skond il-volum, x'kienet tkun il-figura rilevanti kieku kienet ikkalkulata skond il-valur?) Jekk il-figura kellha tvarja b'aktar minn 5 % jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija 13.1 skond kemm il-valur kif ukoll il-volum.

    13.3. Agħti l-aħjar stima tiegħek tar-rata kurrenti ta' l-użu tal-kapaċità tal-partijiet u fl-industrija ġeneralment fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti u ġeografiku.

    Sezzjoni 14

    Il-pożizzjoni tal-kompetituri u l-klijenti dwar is-suq (swieq) tal-prodott rilevanti

    L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni għandha tingħata għall-grupp tal-partijiet bħala sħiħa u mhux f'rabta mal-kumpanniji individwali direttament konċernati mill-ftehim notifikat.

    Għas-suq (swieq) tal-prodotti (kollha) rilevanti li fihom il-partijiet għandhom sehem kombinat mis-suq li jaqbeż l-10 % tal-ŻEE bħala total, il-Komunità, it-territorju ta' l-ETA jew f'xi Stat Membru ta' l-KE jew Stat Membru ta' l-EFTA, il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu.

    14.1. Jekk jogħġbok identifika l-kompetituri tal-partijiet fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti li għandhom sehem mis-suq li jaqbeż l-10 % f'xi Stat Membru ta' l-KE, Stat ta' l-EFTA, fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA, fl-ŻEE, jew mad-dinja kollha. Jekk jogħġbok identifika l-kumpannija u agħti l-aħjar stima tiegħek dwar is-sehem tagħhom fis-suq f'dawn iż-żoni ġeografiċi. Jekk jogħġbok agħti wkoll l-indirizz, in-numru tat-telefon u tal-faks, u, fejn hu possibbli, l-isem ta' persuna biex tikkuntattjaha f'kull kumpannija identifikata.

    14.2. Jekk jogħġbok iddeskrivi t-tip ta' talba fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti. Per eżempju, hemm ftit jew ħafna xerrejja, hemm kategoriji differenti ta' xerrejja, l-aġenziji tal-gvern jew id-dipartimenti huma xerrejja importanti?

    14.3. Jekk jogħġbok identifika l-ħames l-akbar klijenti għal kull waħda mill-partijiet għas-suq (swieq) tal-prodott rilevanti. Agħti l-isem tal-kumpannija, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks, flimkien ma' l-isem tal-persuna li tista' tikkuntattjaha.

    Sezzjoni 15

    Dħul fis-suq u kompetizzjoni li jista' jkun hemm

    Għas-suq (swieq) tal-prodotti (kollha) rilevanti li fihom il-partijiet għandhom sehem ikkombinat mis-suq li jaqbeż l-10 % tal-ŻEE bħala total, il-Komunità, it-territorju ta' l-ETA jew f'xi Stat Membru ta' l-KE jew Stat Membru ta' l-EFTA, għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin.

    15.1. Iddeskrivi l-fatturi differenti li jinfluwenzaw id-dħul fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti li jeżisti fil-każ preżenti. Meta tagħmel hekk qis dan li ġej fejn jixraq:

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mill-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni mill-gvern jew mill-iffissar standard f'kull formola? Hemm xi kontrolli legali jew regulatorji mad-dħul f'dawn is-swieq?

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mid-disponibbiltà tal-materjali mhux maħduma?

    - id-dħul fis-swieq sa fejn hu influwenzat mit-tul tal-kuntratti bejn intrapriża u min jipprovdilha u/jew il-klijenti?

    - x'inhi l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp u b'mod partikolari l-importanza tal-liċenzi, sengħa u drittijiet oħra f'dawn is-swieq.

    15.2. X'intrapriżi ġodda daħlu fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti fiż-żoni ġeografiċi fejn il-partijiet ibiegħu waqt l-aħħar tliet snin? Jekk iva, jekk jogħġbok identifika l-intrapriża(i) konċernati (l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks, u, fejn hu possibbli, il-persuna li tista' tikkuntattja), u agħti l-aħjar stima tiegħek tas-sehem tagħhom fis-suq f'kull Stat Membru ta' l-KE u Stat ta' l-EFTA li huma attivi fih u fil-Komunità, it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA u t-territorju taż-ŻEE bħala total.

    15.3. Agħti l-aħjar stima tiegħek ta' l-iskala minima viabbli għad-dħul fis-suq (swieq) rilevanti tal-prodott fil-każ ta' sehem xieraq tas-suq meħtieġ biex jopera bi profitt.

    15.4. Hemm xkiel sinifikanti għad-dħul li jżomm lill-kumpanniji li huma attivi fis-suq (swieq) tal-prodott rilevanti:

    15.4.1. fi Stat Membru wieħed ta' l-KE jew Stat ta' l-EFTA li jbiegħ f'żoni oħra tat-territorju taż-ŻEE;

    15.4.2. barra t-territorju taż-ŻEE li jbiegħ fit-territorju kollu taż-ŻEE jew f'partijiet minnu.

    Jekk jogħġbok agħti raġunijiet għat-tweġibiet tiegħek, billi tispjega, fejn hu rilevanti, l-importanza ta' dawn il-fatturi li ġejjin:

    - ostakli għall-kummerċ imposti mil-liġi, bħal tariffi, kwoti, eċċ.,

    - speċifikazzjoni lokali jew ħtiġiet tekniċi,

    - politiki dwar ksib ta' affarijiet,

    - l-eżistenza ta' distribuzzjoni lokali disponibbli u adegwata u faċilitajiet ta' bejgħ bl-imnut,

    - spejjeż tat-trasport,

    - preferenzi tal-konsumatur li huma stabbiliti b'mod sod għal ditti lokali jew prodotti,

    - lingwa.

    KAPITOLU IV

    Sezzjonijiet finali

    Li jridu jimtlew għan-notifiki kollha

    Sezzjoni 16

    Raġunijiet għall-applikazzjoni għar- rilaxx negattiv

    Jekk qed tapplika għal rilaxx negattiv għid:

    16.1. għaliex, jiġifieri semmi liema provvediment jew effetti tal-ftehim jew imġiba jistgħu, fil-fehma tiegħek, iqajmu mistoqsijiet dwar kompatibbiltà mar-regoli tal-Komunità u/jew taż-ŻEE. L-għan ta' dan is-subtitolu huwa li jagħti lill-Kummissjoni l-iktar idea ċara possibbli dwar id-dubji li jista' jkollok dwar il-ftehim jew l-imġiba li tixtieq li tkun solvuta minn rilaxx negattiv.

    Imbagħad, taħt it-tliet referenzi li ġejjin, agħti stqarrija dwar il-fatti rilevanti u r-raġunijiet għaliex tqis li ma jgħoddux l-Artikolu 85(1) jew 86 tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(1) jew 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri:

    16.2. għaliex il-ftehim jew l-imġiba m'għandhomx l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirristrinġu jew idawru l-kompetizzjoni fis-suq komuni jew fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA għal ammont li jinħass, jew għaliex l-intrapriża tiegħek m'għandhiex jew l-imġiba tagħha ma tabbużax minn pożizzjoni dominanti; u/jew

    16.3. għaliex il-ftehim jew l-imġiba m'għandhomx l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirristrinġu jew idawru l-kompetizzjoni fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA għal ammont li jinħass, jew għaliex l-intrapriża tiegħek m'għandhiex jew l-imġiba tagħha ma tabbużax minn pożizzjoni dominanti; u/jew

    16.4. għaliex il-ftehim jew l-imġiba m'humiex tali li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew bejn il-Komunità u wieħed jew aktar mill-Istati ta' l-EFTA, jew bejn l-Istati ta' l-EFTA għal ammont li jinħass.

    Sezzjoni 17

    Raġunijiet għall-applikazzjoni għal eżenzjoni

    Jekk qed tinnotifika l-ftehim, anki jekk biss bħala prekawzjoni, sabiex tikseb eżenzjoni taħt l-Artikolu 85(3) tat-Trattat ta' l-KE u/jew l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, spjega kif:

    17.1. il-ftehim jgħin biex itejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni, u/jew jippromwovi progress tekniku jew ekonomiku. B'mod partikolari, jekk jogħġbok spjega r-raġunijiet għaliex dawn il-benefiċċji huma mistennija li jkunu r-riżultat ta' kollaborazzjoni; per eżempju, il-partijiet fi ftehim għandhom it-teknoloġiji kumplimentari jew is-sistemi ta' tqassim li jipproduċu sinerġiji importanti? (jekk iva, għid liema). Jekk jogħġbok għid ukoll jekk xi dokumenti jew studji ssawrux mill-partijiet li qed jinnotifikaw meta kienu qed jivvalutaw kemm taqbel din il-ħidma u l-benefiċċji li x'aktarx joħorġu minnha, u jekk xi dokumenti jew studji taw estimi ta' iffrankar jew effiċjenzi li x'aktarx joħorġu minnha. Jekk jogħġbok agħti kopji ta' dawk id-dokumenti jew studji;

    17.2. sehem proprju tal-benefiċċji li joħorġu minn dak it-titjib jew progress jiżdiedu lill-konsumaturi;

    17.3. id-dispożizzjonijiet kollha ristrettivi tal-ftehim huma indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet li hemm f'17.1 (jekk qed titlob il-benefiċċju tal-proċedura ta' opposizzjoni, hija tassew importanti għalik li inti għandek tidentifika u tiġġustifika r-restrizzjonijiet li jaqbżu dawk awtomatikament eżentati mir-Regolamenti rilevanti). F'dan ir-rigward jekk jogħġbok spjega kif il-benefiċċji li joħorġu mill-ftehim identifikat fit-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija 17.1 ma setgħux jintlaħqu, jew ma setgħux jintlaħqu malajr jew b'effiċjenza jew biss bi prezz ogħla jew inqas ċertezza ta' suċċess (i) mingħajr il-konklużjoni tal-ftehim fl-intier tiegħu (ii) mingħajr dawk il-klawsoli partikolari u dispożizzjonijiet tal-ftehim identifikat fit-tweġiba tiegħek għall-mistoqsija 4.2;

    17.4. il-ftehim ma jeliminax il-kompetizzjoni fil-każ ta' parti sostanzjali mill-prodotti jew servizzi konċernati.

    Sezzjoni 18

    Dokumentazzjoni ta' sostenn

    In-notifika kompluta għandha tissawwar u tintefa' f'oriġinal wieħed. Għandha jkun fiha l-aħħar verżjonijiet tal-ftehim kollu li huwa s-suġġett tan-notifika u jkollha magħha dan li ġej:

    (a) sittax-il kopja tan-notifika nnifisha;

    (b) tliet kopji tar-rapporti annwali u l-kontijiet tal-partijiet kollha fi ftehim notifikat, deċiżjoni jew ħidma għall-aħħar tliet snin;

    (ċ) tliet kopji ta' l-iktar studji tas-suq riċenti li saru ġewwa jew esternzament fit-tul jew dokumenti ta' ippjanar bl-iskop li jkunu valutati jew analizzati s-swieq affetwati) fil-każ tal-kondizzjonijiet kompetittivi, kompetituri (proprja u potenzali), u kondizzjonijiet tas-suq. Kull dokument għandu jindika l-isem u l-pożizzjoni ta' l-awtur;

    (d) tliet kopji tar-rapporti u analiżi li ġew ippreparati minn jew għal xi uffiċjal (i) jew direttur (i) bl-iskop li jkun valutat jew analizzat il-ftehim notifikat.

    Sezzjoni 19

    Dikjarazzjoni

    In-notifika għandha tagħlaq bid-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffirmata minn jew f'isem l-applikanti kollha jew il-partijiet li qed jinnotifikaw [26].

    "Dawn iffirmati hawn taħt jiddikjaraw li l-informazzjoni mogħtija f'din in-notifika hi tajba fl-aħjar għarfien u twemmin tagħhom, li kopji kompluti tad-dokumenti kollha mitluba mill-formola A/B ingħataw tant li huma jinsabu fil-pussess tal-grupp ta' intrapriżi li l-applikant (i) jew il-parti (jiet) li qed tinnotifikaw tappartjeni għaliha u huma aċċessibbli għal ta' l-aħħar, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u huma l-aħjar estimi tagħhom tal-fatti li hemm moħbija u li l-fehmiet kollha msemmija huma sinċiera.

    Huma konxji mill-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 17.

    Post u data:

    Firem:"

    Jekk jogħġbok żid l-isem(ijiet) tal-persuna(i) li qed jiffirmaw l-applikazzjoni jew in-notifika u l-funzjoni(jiet) tagħhom.

    [1] Ara l-lista ta' l-Istati Membri u l-Istati ta' l-EFTA fl-Anness III.

    [2] Riprodott fl-Anness I.

    [3] Ara l-Anness II.

    [4] Ara l-Anness II.

    [5] ĠU C 231, tat-12.9.1986, p. 2.

    [6] Għal tifsira ta' "qligħ" f'dan il-kuntest, ara l-Artikoli 2, 3 and 4 tal-Protokoll 22 tal-Ftehim taż-ŻEE li hemm riprodott fl-Anness I.

    [7] Skond il-kwalifika msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 17.

    [8] Għal aktar dettalji dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' notifika ara l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni bejn Qrati nazzjonali u l-Kummissjoni (ĠU C 39, tat-13.2.1993, p. 6).

    [9] Ara il-punt (a) ta' l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 17.

    [10] Il-Kummissjoni hi konxja li f'każijiet rari jkun prattiku li tgħarraf lill-partijiet li ma nnotifikawx fil-ftehim notifikat bil-fatt li hi ġiet notifikata, jew tagħtihom kopja tan-notifika. Dan jista' jkun il-każ, per eżempju, fejn ftehim standard qed ikun notifikat li jsir ma' numru kbir ta' intrapriżi. Fejn dan huwa l-każ inti għandek tagħti r-raġunijiet għaliex ma kienx prattiku li timxi mal-proċedura standard li hemm f'din il-mistoqsija.

    [11] Nota: Għall-iskopijiet ta' din il-mistoqsija rappreżentant ifisser individwu jew intrapriża maħtura formalment biex jagħmlu notifika jew applikazzjoni f'isem il-parti jew partijiet li qed iressqu n-notifika. Din għandha tkun distinta mis-sitwazzjoni fejn in-notifika hi ffirmata minn uffiċjal tal-kumpannija jew kumpanniji msemmija. Fis-sitwazzjoni ta' l-aħħar l-ebda rappreżentant m'hu maħtur.

    [12] Nota: Hu obbligatorju li taħtar rappreżentanti bl-iskop li titkompla u/jew titressaq din in-notifika. Din il-mistoqsija teħtieġ biss l-identifikazzjoni tar-rappreżentanti fejn il-partijiet li nnotifikaw għażlu li jaħtruhom.

    [13] Biex ikun ikkalkulat it-turnover fl-oqsma tal-banek u ta' l-assigurazzjoni ara l-Artikolu 3 tal-Protokoll 22 tal-Ftehim taż-ŻEE.

    [14] Ara il-paragrafu 14 ta' l-avviż dwar il-koperazzjoni bejn qrati nazzjonali u l-Kummissjoni meta tħaddan l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat ta' l-KE (ĠU C 39, tat-13.2.1993, p. 6).

    [15] Nota: Sakemm il-partijiet li jinnotifikaw jagħtu l-informazzjoni meħtieġa f'din il-formola li kienet disponibbli għalihom b'mod raġonevoli fiż-żmien tan-notifika, il-fatt li l-partijiet beħsiebhom jagħtu aktar fatti li jappoġġjaw jew dokumentazzjoni fi żmien li ġej ma jżommx lin-notifika milli tkun valida meta ssir in-notifika u, fil-każ ta' ħidmiet strutturali konġunti fejn qed tintalab il-proċedura mgħaġġla, jibda jgħodd iż-żmien stipulat ta' xahrejn.

    [16] Ara l-list fl-Anness II.

    [17] Eżempju ta' dak l-avviż jidher fl-Anness 1 ta' din il-Formola. Dak l-avviż għandu jintgħaraf mill-avviż formali ppubblikat skond l-Artikolu 19(3) tar-Regolament Nru 17. Avviż ta' l-Artikolu 19(3) huwa dettaljat sew, u jagħti indikazzjoni ta' l-approċ preżenti tal-Kummissjoni fil-każ imsemmi. Is-Sezzjoni 5 tfittex biss informazzjoni li tintuża' f'avviż preliminari qasir, u mhux avviż ippubblikat skond l-Artikolu 19(3).

    [18] Din il-lista, iżda, ma tinkludix kollox, u l-partijiet li jinnotifikaw jistgħu jirreferu għall-fatturi oħra.

    [19] Din il-lista, iżda, ma tinkludix kollox, u l-partijiet li jinnotifikaw jistgħu jirreferu għall-fatturi oħra.

    [20] jiġifieri Fejn is-suq ġeografiku rilevanti ġie mfisser bħala madwar id-dinja kollha, dawn il-figuri jridu jingħataw fil-każ ta' l-EEA, il-Komunità, it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA, u kull Stat Membru tal-KE. Fejn is-suq ġeografiku rilevanti ġie mfisser bħala l-Komunità, dawn il-figuri jridu jingħataw għall-EEA, it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA, u kull Stat Membru tal-KE. Fejn is-suq ġie mfisser bħala nazzjonali, dawn il-figuri jridu jingħataw għall-ŻEE, il-Komunità u t-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA.

    [21] Din il-lista, iżda, ma tinkludix kollox, u l-partijiet li jinnotifikaw jistgħu jirreferu għal fatturi oħra.

    [22] Din il-lista, iżda, ma tinkludix kollox, u l-partijiet li jinnotifikaw jistgħu jirreferu għal fatturi oħra.

    [23] Sostitut ekonomiku mill-qrib; l-aktar sostitut perfett; l-inqas sostitut perfett, dawn id-definizzjonijiet huma biss rilevanti għal dawk li qed jimlew il-Kapitolu III tal-formola, jiġifieri dawk li qed jinnotifikaw ħidmiet strutturali konġunti li qed jitolbu l-proċedura mgħaġġla).Għal kull prodott imsemmi (għall-iskopijiet ta' din it-tifsira prodott' hu użat biex jirreferi għall-prodotti jew servizzi) teżisti katina ta' sostituti. Din il-katina hi magħmula mis-sostituti kollha maħsuba għall-prodott imsemmi, jiġifieri dawk il-prodotti kollha li, f'ammont kbir jew iżgħar, jaqdu l-bżonnijiet tal-konsumatur imsemmi. Is-sostituti jvarjaw minn kważi perfetti (jew perfetti) (prodotti li l-konsumaturi mill-ewwel iduru għalihom fil-każ ta', per eżempju, anki żieda żgħira fil-prezz tal-prodott imsemmi) għal sostituti kważi imperfetti (jew imperfetti) (prodotti li l-konsumaturi jduru għalihom biss fil-każ ta' żieda kbira ħafna fil-prezz tal-prodott imsemmi). Meta tkun qed tfisser is-suq rilevanti, u tikkalkula l-ishma tas-suq, il-Kummissjoni tqis biss sostituti ekonomiċi mill-qrib biss tal-prodotti msemmija. Sostituti ekonomiċi mill-qrib huma dawk li l-konsumaturi jduru għalihom fil-każ ta' żieda żgħira iżda sinifikanti fil-prezz tal-prodott imsemmi (per eżempju 5 %). Dan jgħin lill-Kummissjoni biex tivvaluta s-saħħa tas-suq tal-kumpanniji li jinnotifikaw fil-kuntest ta' suq rilevanti magħmul minn dawk il-prodotti kollha li l-konsumaturi tal-prodotti msemmija jduru għalihom mill-ewwel u faċilment.Iżda, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni tonqos milli tqis ir-restrizzjonijiet fuq l-imġiba kompetittiva tal-partijiet imsemmija li jġibu magħhom is-sostituti imperfetti (dawk li konsumatur idur għalihom jekk ikun hemm żieda żgħira imma sinifikanti fil-prezz (per eżempju 5 % għall-prodotti msemmija). Dawn l-effetti jitqiesu la darba s-suq jiġi mfisser, u l-ishma tas-suq determinati.Huwa għalhekk importanti għall-Kummissjoni biex ikollha l-informazzjoni rigward kemm is-sostituti ekonomiċi mill-qrib għall-prodotti msemmija, kif ukoll sostituti inqas perfetti.Per eżempju, assumi żewġ kumpanniji attivi fis-settur lussuż ta' l-arloġġi jilħqu ftehim dwar riċerka u żvilupp. Huma t-tnejn jiffabbrikaw arloġġi li jqumu bejn ECU 1800 u 2000. Sostituti ekonomiċi mill-qrib x'aktarx li jkunu arloġġi ta' fabbrikanti oħra fl-istess kategorija ta' prezzijiet jew f'kategorija simili, u dawn jitqiesu meta jkun qed jitfisser is-suq rilevanti tal-prodott. Arloġġi irħas, u b'mod partikolari arloġġi tal-plastik li jintremew, se jkunu sostituti imperfetti, minħabba li mhux probabbli li xerrej potenzali ta' arloġġ li jiswa ECU 2000 idur għal wieħed li jqum ECU 20 jekk l-arloġġ l-għoli żdied fil-prezz b'5 %.

    [24] Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala sostituti parzjali: prodotti u servizzi li jistgħu jieħdu post xulxin biss f'ċerti żoni ġeografiċi, biss waqt parti mis-sena jew biss għal ċerti użi.

    [25] jiġifieri Fejn is-suq ġeografiku rilevanti ġie mfisser bħala madwar id-dinja, dawn il-figuri jridu jingħataw fir-rigward taż-ŻEE, il-Komunità, it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA, u kull Stat Membru ta' l-KE u Stat ta' l-EFTA. Fejn is-suq ġeografiku rilevanti ġie mfisser bħala l-Komunità, dawn il-figuri jridu jingħataw għaż-ŻEE, it-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA, u kull Stat Membru tal-KE u Stat ta' l-EFTA. Fejn is-suq ġie mfisser bħala nazzjonali, dawn il-figuri jridu jingħataw għaż-ŻEE, il-Komunità u t-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA.

    [26] Applikazzjonijiet u notifiki li ma ġewx iffirmati huma invalidi.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    TEST TA' L-ARTIKOLI 85 U 86 DWAR IT-TRATTAT TA' L-KE, L-ARTIKOLI 53, 54 U 56 TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE, U TA' L-ARTIKOLI 2, 3 U 4 TAL-PROTOKOLL 22 GĦAL DAK IL-FTEHIM

    L-ARTIKOLU 85 TAT-TRATTAT 1 TA' L-KEE.

    1. Dan li ġej għandu jkun projbit bħala inkompatibbli mas-suq komuni: il-ftehim kollu bejn l-intrapriżi, deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi u prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li għandhom bħala l-għan tagħhom jew effett il-prevenzjoni, restrizzjoni jew tidwir tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni, u b'mod partikolari dawk li:

    (a) direttament jew indirettament jistabbilixxu prezzijiet tal-bejgħ jew xiri jew xi kondizzjonijiet oħra ta' kummerċ;

    (b) jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq, l-iżvilupp tekniku, jew l-investiment;

    (ċ) l-ishma tas-suq jew sorsi ta' provvista;

    (d) iħaddnu kondizzjonijiet mhux simili għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra li qed jinnegozjaw, b'hekk iqegħduhom fi żvantaġġ kompetittiv;

    (e) jagħmlu l-għeluq ta' kuntratti dipendenti fuq aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligi supplimentari li, minħabba n-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali tagħhom, m'għandhom l-ebda rabta mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

    2. Kull ftehim jew deċiżjonijiet projbiti skond dan l-Artikolu se jkunu awtomatikament nulli.

    3. Il-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu, iżda, ikunu dikjarati li ma jgħoddux fil-każ ta':

    - xi ftehim jew kategorija ta' ftehim bejn l-intrapriżi,

    - kull deċiżjoni jew kategorija ta' deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet jew mill-intrapriżi,

    - kull ħidma għalenija jew kategorija ta' prattiki miftiehma,

    (a) jimponix fuq l-intrapriżi konċernati restrizzjonijiet li m'humiex indispensabbli biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

    (b) jagħtu lok biex dawk l-intrapriżi jkollha l-possibiltà li jneħħu l-kompetizzjoni fil-każ ta' parti sostanzjali tal-prodotti msemmija.

    L-ARTIKOLU 86 TAT-TRATTAT TAL-KE

    Kull abbuż minn waħda jew aktar mill-intrapriżi ta' pożizzjoni dominanti fis-suq komuni jew parti sostanzjali minnu se tkun projbita bħala inkompatibbli mas-suq komuni minħabba li tista' taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    Dak l-abbuż jista', b'mod partikolari, ikun magħmul minn:

    (a) imposizzjoni diretta jew indiretta ta' prezzijiet ta' xiri jew bejgħ inġusti jew xi kondizzjonijiet oħra inġusti ta' negozju;

    (b) jillimitaw il-produzzjoni, is-swieq jew l-iżvilupp tekniku għall-preġudizzju tal-konsumaturi;

    (ċ) iħaddnu kondizzjonijiet mhux simili għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra li qed jinnegozjaw, b'hekk iqegħduhom fi żvantaġġ kompetittiv;

    (d) jagħmlu l-għeluq ta' kuntratti dipendenti fuq aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligi supplimentari li, minħabba n-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali tagħhom, m'għandhom l-ebda rabta mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

    L-ARTIKOLU 53 TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE.

    1. Dan li ġej għandu jitqies ipprojbit bħala inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim: il-ftehim kollu bejn l-intrapriżi, deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi u prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet li jidħlu f'Kuntratt u li għandhom bħala l-għan tagħhom jew effett il-prevenzjoni, restrizzjoni jew tidwir tal-kompetizzjoni fi ħdan it-territorju kopert b'dan il-Ftehim, u b'mod partikolari dawk li:

    (a) direttament jew indirettament jistabbilixxu prezzijiet tal-bejgħ jew xiri jew xi kondizzjonijiet oħra ta' kummerċ;

    (b) jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq, l-iżvilupp tekniku, jew l-investiment;

    (ċ) l-ishma tas-suq jew sorsi ta' provvista;

    (d) iħaddnu kondizzjonijiet mhux simili għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra li qed jinnegozjaw, b'hekk iqegħduhom fi żvantaġġ kompetittiv;

    (e) jagħmlu l-għeluq ta' kuntratti dipendenti fuq aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligi supplimentari li, minħabba n-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali tagħhom, m'għandhom l-ebda rabta mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

    2. Kull ftehim jew deċiżjonijiet projbiti skond dan l-Artikolu għandhom ikunu awtomatikament nulli.

    3. Il-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu, iżda, ikunu dikjarati li ma jgħoddux fil-każ ta':

    - xi ftehim jew kategorija ta' ftehim bejn l-intrapriżi,

    - kull deċiżjoni jew kategorija ta' deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi,

    - kull ħidma għalenija jew kategorija ta' prattiki miftiehma,

    (a) li jimponu fuq l-intrapriżi konċernati restrizzjonijiet li m'humiex indispensabbli biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

    (b) jagħtu lok biex dawk l-intrapriżi jkollhom il-possibbiltà li jneħħu l-kompetizzjoni fil-każ ta' parti sostanzjali tal-prodotti msemmija.

    L-ARTIKOLU 54 TAT-TRATTAT TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

    Kull abbuż minn waħda jew aktar mill-intrapriżi ta' pożizzjoni dominanti fi ħdan it-territorju kopert b'dan il-ftehim jew f'parti sostanzjali minnu għandha tkun projbita bħala inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim minħabba li tista' taffetwa l-kummerċ bejn il-Partijiet f'Kuntratt.

    Dak l-abbuż jista', b'mod partikolari, ikun magħmul minn:

    (a) direttament jew indirettament imposizzjoni ta' prezzijiet ta' xiri jew bejgħ inġusti jew xi kondizzjonijiet oħra inġusti ta' negozju;

    (b) jillimitaw il-produzzjoni, is-swieq jew l-iżvilupp tekniku għall-preġudizzju tal-konsumaturi;

    (ċ) iħaddnu kondizzjonijiet mhux simili għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra li qed jinnegozjaw, b'hekk iqegħduhom fi żvantaġġ kompetittiv;

    (d) jagħmlu l-konkluzjoni ta' kuntratti dipendenti fuq aċċettazzjoni mill-partijiet l-oħra ta' obbligi supplimentari li, minħabba n-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali tagħhom, m'għandhom l-ebda rabta mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

    L-ARTIKOLU 56 TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

    1. Każijiet individwali li jaqgħu taħt l-Artikolu 53 se jkunu deċiżi mill-Awtoritajiet dwar is-sorveljanza skond il-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) każijiet individwali fejn il-kummerċ biss bejn l-Istati ta' l-EFTA huwa affetwat għandhom ikunu deċiżi mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA;

    (b) mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (ċ), l-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA tiddeċiedi, kif hemm imsemmi fil-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 58, Protokoll 21 u r-regoli adottati għat-tħaddim tiegħu, il-Protokoll 23 u l-Anness XIV, dwar każijiet fejn it-turnover ta' l-intrapriżi konċernati fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA huwa 33 % jew aktar mill-qligħ tagħhom fit-territorju kopert b'dan il-Ftehim;

    (ċ) il-Kummissjoni ta' l-KE tiddeċiedi dwar il-każijiet l-oħra kif ukoll dwar każijiet skond (b) fejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-KE huwa affetwat, billi tqis il-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 58, il-Protokoll 21, il-Protokoll 23 u l-Anness XIV.

    2. Każijiet individwali li jaqgħu taħt l-Artikolu 54 għandhom ikunu deċiżi mill-Awtorità dwar is-sorveljanza fit-territorju li tinsab pożizzjoni dominanti. Ir-regoli mogħtija fil-paragrafu 1 (b) u (ċ) għandhom jgħoddu biss jekk id-dominanza teżisti fi ħdan it-territorji taż-żewġ Awtoritajiet tas-sorveljanza.

    3. Każijiet individwali li jaqgħu taħt il-paragrafu 1 (ċ), li l-effetti tagħhom fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ta' l-KE jew fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità ma jinħassux, se jkunu deċiżi mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA.

    4. Il-kliem "intrapriża" u "turnover" huma, għall-iskop ta' dan l-Artikolu, imfissra fil-Protokoll 22.

    ARTIKOLI 2, 3 U 4 TAL-PROTOKOLL 22 TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

    Artikolu 2

    "Turnover" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 56 tal-Ftehim għandha tinkludi l-ammonti miksuba mill-intrapriża konċernata, fit-territorju kopert b'dan il-Ftehim, fis-sena finanzjarja ta' qabel mill-bejgħ ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi li huma parti mill-iskop ordinarju ta' l-attivitajiet ta' l-intrapriża wara t-tnaqqis ta' ħlas lura fuq il-bejgħ u tat-taxxa miżjuda u taxxi oħra direttament marbuta mat-turnover.

    Artikolu 3

    Minflok it-turnover dan li ġej għandu jintuża':

    (a) għall-istituzzjonijiet li jagħtu kreditu u istituzzjonijiet oħra finanzjarji, il-beni kollha tagħhom multiplikati bil-proporzjon bejn is-self u l-għotjiet lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u konsumaturi fi transazzjonijiet mar-residenti fit-territorju kopert b'dan il-Ftehim u s-somma totali ta' dak is-self u l-għotjiet;

    (b) għall-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni, il-valur tal-premiums sħaħ irċevuti mir-residenti fit-territorju kopert b'dan il-Ftehim, li għandu jinkludi l-ammonti kollha rċevuti u li se jirċievu fil-każ tal-kuntratti ta' l-assigurazzjoni maħruġa minn jew f'isem l-intrapriżi ta' l-assigurazzjoni, li se jinkludu l-premiums ta' l-assigurazzjoni mill-ġdid li joħorġu, u wara t-tnaqqis ta' taxxi u kontribuzzjonijiet parafiskali jew imposti miġbura b'referenza għall-premiums individwali jew il-valur totali tal-premiums.

    Artikolu 4

    1. B'deroga għat-tifsira tat-turnover rilevanti għat-tħaddin ta' l-Artikolu 56 tal-Ftehim, kif jidher fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll, it-turnover rilevanti għandu jkun imwaqqaf:

    (a) fir-rigward tal-ftehim, deċiżjonijiet ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi u prattiki miftiehma marbuta mat-tqassim u l-ftehim tal-provvista bejn intrapriżi li ma jikkompetux, ta' l-ammonti miksuba mill-bejgħ ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi li huma l-qofol tal-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma, u mill-prodotti l-oħra jew servizzi li huma meqjusa minn min jużahom biex ikunu ekwivalenti minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz u l-użu intenzjonat;

    (b) rigward il-ftehim, deċiżjonijiet ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-intrapriżi u prattiki miftiehma marbuta ma' l-arranġamenti tat-trasferiment tat-teknoloġija bejn intrapriżi li ma jikkompetux, ta' l-ammonti miksuba mill-bejgħ ta' prodotti jew il-provvediment ta' servizzi li ġġib magħha t-teknoloġija li huwa l-qofol tal-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma, u l-ammonti miksuba mill-bejgħ ta' dawk il-prodotti jew il-provvediment ta' dawk is-servizzi li dik it-teknoloġija hi maħsuba li ttejjeb jew tieħu post.

    2. Iżda, fejn meta jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti kif deskritti fil-paragrafu 1 (a) u (b) it-turnover rigward il-bejgħ ta' prodotti jew il-provista ta' servizzi ma jidhirx, għandha tgħodd id-dispożizzjoni ġenerali li hemm fl-Artikolu 2.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    LISTA TA' ATTI RILEVANTI

    (ta' l-1 ta' Marzu 1995)

    (Jekk taħseb li possibbli li l-arranġamenti tiegħek m'għandhomx għalfejn ikunu notifikati permezz ta' xi wħud minn dawn ir-regolamenti jew avviżi jkun jaqbillek takkwista kopja.)

    REGOLAMENTI TA' IMPLIMENTAZZJONI [1]

    Regolament tal-Kunsill Nru tas-6 ta' Frar 1992: L-Ewwel Regolament li jħaddem l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62, Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż 1959-1962, Novembru 1972, p. 87) kif emendata (ĠU C 58, ta' l-10.7.1962, p. 1655/62; ĠU C 162, tas-7.11.1963, p. 2696/63; ĠU L 285, tad-29.12.1971, p. 49; ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 92; ĠU L 291, tad-19.11.1979, p. 94 and ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 165).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3385/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar il-forma, kontenut u dettalji oħra ta' l-applikazzjonijiet u n-notifiki mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill Nru 17.

    REGOLAMENTI LI JAGĦTU EŻENZJONI SĦIĦA FIL-KAŻ TA' FIRXA WIESA' TA' FTEHIM

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1983/83 tat-22 Ġunju 1983 dwar it-tħaddin ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim ta' tqassim esklussiv (ĠU L 173, tat-30.6.1983, p. 1, kif ikkoreġut f'ĠU L 281, tat-13.10.1983, p. 24), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (Ara punt 2 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83 tat-22 Ġunju 1983 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim ta' xiri esklussiv (ĠU L 173, tat-30.6.1983, p. 5, kif ikkoreġut f'ĠU L 281, tat-13.10.1983, p. 24), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara punt 3 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE).

    Ara ukoll l-avviżi tal-Kummissjoni rigward ir-Regolamenti (KEE) Nru 1983/93 u (KEE) Nru 1984/83 (ĠU C 101, tat-13.4.1984, p. 2 u ĠU C 121, tat-13.5.1992, p. 2).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2349/84 tat-23 ta' Lulju 1984 dwar it-tħaddin ta' l-Artikolu 85(5) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim ta' liċenzi (ĠU L 219, tas-16.8.1984, p. 15, kif ikkoreġut f'ĠU L 113, tas-26.4.1983, p. 34), kif emendat (ĠU L 12, tat-18.1.1995, p. 13), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara punt 5 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament jaħseb għall-proċedura ta' opposizzjoni.

    Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 123/85 tat-12 ta' Diċembru 1984 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim dwar distribuzzjoni u manutenzjoni ta' vetturi li jaħdmu b'magna (ĠU L 15, tat-18.1.1985, p. 16); kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara l-punt 4 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). Ara wkoll l-avviżi tal-Kummissjoni li jolqtu dan ir-Regolament (ĠU C 17, tat-18.1.1985, p. 4 u ĠU C 329, tat-18.12.1991, p. 20).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 417/85 tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim speċjalizzat (ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 1), kif emendat (ĠU L 21, tad-29.1.1993, p. 8), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara punt 6 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament jaħseb għall-proċedura ta' opposizzjoni.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 418/85 tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar it-tħaddin ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim ta' kooperazzjoni dwar riċerka u żvilupp (ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 5), kif emendat (ĠU L 21, tad-29.1.1993, p. 8), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara punt 7 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jaħseb għall-proċedura ta' opposizzjoni.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4087/88 tat-30 ta' Novembru 1988 dwar it-tħaddin ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim franchise (ĠU L 359, tat-28.12.1988, p. 46), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara il-punt 8 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament jaħseb għall-proċedura ta' opposizzjoni.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 556/89 tat-30 ta' Novembru 1988 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim dwar liċenzi ta' sengħa (ĠU L 61, ta' l-4.3.1989, p. 1), kif emendat (ĠU L 21, tad-29.1.1993, p. 8), kif ukoll dan ir-Regolament kif adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE (ara punt 9 ta' l-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE). L-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament jaħseb għall-proċedura ta' opposizzjoni.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3932/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 dwar it-tħaddin ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fis-settur ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 398, tal-31.12.1992, p.7) Dan ir-Regolament għandu jkun adattat għall-iskopijiet taż-ŻEE.

    AVVIŻI TAT-TIP ĠENERALI [2]

    Avviż tal-Kummissjoni dwar kuntratti ta' trattati esklussivi ma' l-aġenti kummerċjali (ĠU C 139, ta' l-24.12.1962, p. 2921/62). Dan jgħid li l-Kummissjoni ma tqisx ħafna minn dak il-ftehim li jaqa' taħt il-projbizzjoni ta' l-Artikolu 85(1).

    Avviż tal-Kummissjoni li jolqot il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma fil-qasam tal-koperazzjoni bejn l-intrapriżi (ĠU C 75, tad-29.7.1968, p. 3, kif ikkoreġut f'ĠU C 84, tat-28.8.1968, p. 14). Dan ifisser it-tipi ta' koperazzjoni fl-istudji tas-suq, il-kontijiet, riċerka u żvilupp, l-użu konġunt tal-produzzjoni, il-ħżin jew il-ġarr, konsorzji ad hoc, servizz tal-bejgħ jew wara l-bejgħ, reklamar jew twaħħil ta' tabelli ta' kwalità li l-Kummissjoni tqis li ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni ta' l-Artikolu 85(1).

    Avviż tal-Kummissjoni li jolqot l-valutazzjoni tagħha ta' ċertu ftehim ta' sottokuntratti marbuta ma' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat (ĠU C 1, tat-3.1.1979, p. 2).

    Avviż tal-Kummissjoni dwar ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' importanza żgħira li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 85(1) tat-Trattat (ĠU C 231, tat-12.9.1986, p. 2) kif emendat mill-avviż tal-Kummissjoni (ĠU C 368, tat-23.12.1994, p. 20) - fil-qofol, dawk fejn il-partijiet għandhom inqas minn 5 % tas-suq bejniethom, u t-turnover imħallat fl-aħħar tas-sena ta' inqas minn ECU 300 miljun.

    Linji ta' gwidi tal-Kummissjoni dwar it-tħaddin tar-regoli tal-kompetizzjoni ta' l-KEE fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU C 233, tas-6.9.1991, p. 2). Dawn il-linja ta' gwida għandhom l-għan li jiċċaraw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità għall-parteċipant fis-suq fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet.

    Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn qrati nazzjonali u l-Kummissjoni meta tapplika l-Artikolu 85 u 86 (ĠU C 39, tat-13.2.1993, p. 6). Dan l-avviż jistabbilixxi l-prinċipji li fuqhom isseħħ dik il-kooperazzjoni.

    Avviż tal-Kummissjoni li jolqot l-valutazzjoni ta' ħidmiet ta' koperazzjoni konġunti skond l-Artikolu 85 tat-Trattat ta' l-KE (ĠU C 43, tas-16.2.1993, p. 2). Dan l-avviż jistabbilixxi l-prinċipji ta' l-valutazzjoni ta' assoċjazzjonijiet konġunti.

    Kollezzjoni ta' dawn it-testi (tal-31 ta' Diċembru 1989) kienet ippubblikata mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (referenzi Vol I: ISBN 92-826-1307-0, Nru tal-katalgu: CV-42-90-001-EN-C). Qed issir kollezzjoni aġġornata.

    Bis-saħħa tal-Ftehim, dawn it-testi jkopru wkoll iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    [1] Rigward ir-regoli dwar proċedura mħaddna mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA, ara l-Artikolu 3 tal-Protokoll 21 tal-Ftehim taż-ŻEE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità li tagħmel Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja

    [2] Ara anki l-avviżi korrispondenti ppubblikati mill-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    LISTA TA' L-ISTATI MEMBRI U L-ISTATI TA' L-EFTA, INDIRIZZ TAL-KUMMISSJONI U TA' L-AWTORITÀ DWAR IS-SORVELJANZA TA' L-EFTA, LISTA TA' L-UFFIĊĊJI TA' L-INFORMAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FIL-KOMUNITÀ U FL-ISTATI TA' L-EFTA U L-INDIRIZZI TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI TA' L-ISTATI TA' L-EFTA

    L-Istati Membri bħak fid-data ta' dan l-Anness huma: L-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

    L-Istati ta' l-EFTA li se jkunu l-Partijiet f'Kuntratt fil-Ftehim taż-ŻEE, bħal fid-data ta' dan l-Anness huma: l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

    L-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni huwa:

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Direttorat Ġenerali dwar il-Kompetizzjoni

    200 rue de la Loi

    B-1049 Brussel

    Tel. (322) 299 11 11

    L-indirizz tad-Direttorat tal-Kompetizzjoni ta' l-Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA huwa:

    Awtorità dwar is-Sorveljanza ta' l-EFTA

    Direttorat dwar il-Kompetizzjoni

    1-3 rue Marie-Thérèse

    B-1040 Brussel

    Tel. (322) 286 17 11

    L-indirizzi ta' l-Uffiċċji ta' l-Informazzjoni tal-Kummissjoni fil-Komunità huma:

    IL-BELĠJU 73 rue Archimède B-1040 Bruxelles Tel. (322) 299 11 11 ID-DANIMARKA Hoejbrohus OEstergade 61 Postboks 144 DK-1004 Koebenhavn K Tel. (4533) 14 41 40 REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA Kurfuerstendamm 102 D-10711 Berlin 31 Tel. (4930) 896 09 30 Erhardtstrasse 27 D-80331 Muenchen Tel. (4989) 202 10 11 IL-GREĊJA 2 Vassilissis Sofias Case Postale 11002 GR-Athina 10674 Tel. (301) 724 39 82/83/84 SPANJA Calle de Serrano 41 5a Planta E-28001 Madrid Tel. (341) 435 17 00 | Av. Diagonal, 407 bis 18 Planta E-08008 Barcelona Tel. (343) 415 81 77 FRANZA 288, boulevard Saint-Germain F-75007 Paris Tel. (331) 40 63 38 00CMCI 2, rue Henri Barbusse F-13241 Marseille, Cedex 01 Tel. (3391) 91 46 00 L-IRLANDA 39 Molesworth Street IRL-Dublin 2 Tel. (3531) 71 22 44 L-ITALJA Via Poli 29 I-00187 Roma Tel. (396) 699 11 60 Corso Magenta 61 I-20123 Milano Tel. (392) 480 15 05 LUSSEMBURGU Bâtiment Jean-Monnet rue Alcide de Gasperi L-2920 il-Lussemburgu Tel. (352) 430 11 |

    L-OLANDA Postbus 30465 NL-2500 GL Den Haag Tel. (3170) 346 93 26 L-AWSTRIJA Hoyosgasse 5 A-1040 Wien Tel. (431) 505 33 79 IL-PORTUGALL Centro Europeu Jean Monnet Largo Jean Monnet, 1-10o P-1200 Lisboa Tel. (3511) 54 11 44 IL-FINLANDJA 31 Pohjoisesplanadi 00100 Helsinki Tel. (3580) 65 64 20 | L-ISVEZJA PO Box 16396 Hamngatan 6 11147 Stockholm Tel. (468) 611 11 72 IR-RENJU UNIT 8 Storey's Gate UK-London SW1P 3AT Tel. (4471) 973 19 92 Windsor House 9/15 Bedford Street UK-Belfast BT2 7EG Tel. (44232) 24 07 08 4 Cathedral Road UK-Cardiff CF1 9SG Tel. (44222) 37 16 31 9 Alva Street UK-Edinburgh EH2 4PH Tel. (4431) 225 20 58 |

    L-indirizzi ta' l-Uffiċċji ta' l-Informazzjoni tal-Kummissjoni fl-Istati ta' l-EFTA huma:

    IN-NORVEĠJA

    Postboks 1643 Vika 0119 Oslo 1

    Haakon's VII Gate No 6

    0161 Oslo 1

    Tel. (472) 83 35 83

    Il-formoli għan-notifiki u l-applikazzjonijiet, kif ukoll iktar informazzjoni dettaljata dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni taż-ŻEE, jistgħu jinkisbu wkoll minn dawn l-uffiċċji li ġejjin:

    L-AWSTRIJA

    Ministeru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi

    Tel. (431) 71 100

    IL-FINLANDJA

    L-Uffiċċju dwar il-Kompetizzjoni Ħielsa

    Tel. (3580) 73 141

    L-ISLANDA

    Direttorat tal-Kompetizzjoni u l-Kummerċ Ġust

    Tel. (3541) 27 422

    LIECHTENSTEIN

    Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali

    Diviżjoni ta' l-Ekonomija u l-Istatistika

    Tel. (4175) 61 11

    IN-NORVEĠJA

    Direttorat tal-Prezzijiet

    Tel. (4722) 40 09 00

    L-ISVEZJA

    Awtorità dwar il-Kompetizzjoni

    Tel. (468) 700 16 00

    --------------------------------------------------

    Top