EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3382

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3382/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar ċertI proċeduri li japplikaw għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra

ĠU L 368, 31.12.1994, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3382/oj

31994R3382



Official Journal L 368 , 31/12/1994 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0284
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0284


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3382/94

tad-19 ta' Diċembru 1994

dwar ċertI proċeduri li japplikaw għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ;

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mill-Kummissjoni

Billi l-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra, minn hawn il'quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim", kien iffirmat fi Brussel fl-1 ta' Frar 1993;

Billi qabel jidħol fis-seħħ il-Ftehim Ewropew, id-disposizzjonijiet dwar kummerċ u materja relatata mal-kummerċ qed jingħataw b'effett mill-1 ta' Mejju 1993 bi Ftehim Interim dwar kummerċ u materja relatata mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa waħda, u r-Rumanija, fuq il-parti l-oħra (1), iffirmata fi Brussel fl-1 ta' Frar 1993 [1];

Billi wara l-konklużjonijiet tal-laqgħa f'Kopenhagen tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 rigward il-konċessjonijiet ġodda għall-pajjiżi Ewropej taċ-Ċentru u tal-Lvant, Protokoll Addizjonali għall-Ftehim Interim kien konkluż fl-20 ta' Diċembru 1993 [2] bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa waħda, u r-Rumanija, fuq in-naħa l-oħra;

Billi huwa meħtieġ li jitqiegħdu l-proċeduri sabiex jiġu applikati ċertu disposizzjonijiet tal-Ftehim;

Billi, fir-rigward ta' miżuri protettivi tan-negozju, huwa xieraq, fejn id-disposizzjonijiet tal-Ftehim jagħmluha neċessarja, li jitqiegħdu disposizzjonijiet speċifiċi rigward ir-regoli ġenerali kif provdut b'mod partikolari fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 518/94 tas-7 ta' Marzu 1994 fuq regoli komuni ta' importazzjoni [3] u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/94 tas-7 ta' Marzu 1994 fuq protezzjoni ta' importazzjoni mormijja jew sussidjata minn pajjiżi mħux membri tal-Komunità Ewropea [4];

Billi għandu jittieħed rendikont ta' l-intrapriża kif imfassal fil-Ftehim meta jkun mistħarreġ jekk miżura protettiva għandiex tkun introdotta;

Billi l-proċeduri li jirrigwardaw klawsoli ta' protezzjoni provduti għalihom fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huma wkoll applikabbli;

Billi disposizzjonijiet speċifiċi kienu addotati bħala miżuri protettivi fir-rigward ta' prodotti ta' tessuti koperti fl-Protokoll 1 tal-Ftehim;

Billi ċertu proċeduri speċjali għandhom ikunu introdotti għat-twettiq ta' miżuri protettivi fis-setturi agrikoli,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

Prodotti Agrikoli

Artikolu 1

Id-disposizzjonijiet għat-twettiq ta' l-Artikolu 21(2) u (4) tal-Ftehim rigward prodotti agrikoli li jaqgħu fl-Anness II tat-Trattat u bla ħsara tal-qafas ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni dwar skeda ta' dazji, u partikolarment dwar prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 07119050 u 20031010 jiġu adottati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) 1766/92 [5] jew fid-disposizzjonijiet li jikkorispondu ta' regolamenti oħra li jwaqqfu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Dawn id-disposizzjonijiet jistgħu jipprovdu għall-introduzzjoni ta' sistema ta' ċertifikati ta' importazzjoni f'dawk is-setturi fejn ċertifikati bħal dawn mhumiex provduti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

TITOLU II

Miżuri Protettivi

Artikolu 2

Il-Kunsill jista', skond il-proċeduri provduti fl-Artikolu 113 tat-Trattat, jiddeċiedi li jirrikorri għand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim rigward il-miżuri provduti fl-Artikolu 29 u 119 (2) tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kunsill jadotta dawn il-miżuri skond l-istess proċedura.

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tippreżenta l-proposti neċessarji għal dawn il-fini.

Artikolu 3

1. Fil-każ ta' passi li tista' tiġġustifika t-twettieq mill-Komunità tal-miżuri skond il-provvediment fl-Artikolu 64 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li tkun stħarrġet il-każ fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tiddeċiedi jekk passi bħal dawn humiex kompatibbli mal-Ftehim. Fejn meħtieġ, tipproponi l-adozzjoni ta' miżuri protettivi lill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 113 tat-Trattat, ħlief f'każijiet ta' għajnuna li għalih ir-Regolament (KE) Nru 521/94 japplika, meta miżuri jittieħdu skond il-proċeduri mqiegħda f'dan ir-Regolament. Miżuri għandhom jittieħdu biss skond il-kondizzjonijiet mqiegħda fl-Artikolu 64 tal-Ftehim.

2. F'każ ta' passi fejn jitwettqu miżuri lill-Komunità mir-Rumanija fuq il-bażi ta' l-Artikolu 64 tal-Ftehim, il-Kummissjoni wara li tistħarreġ il-każ, tiddeċiedi jekk il-prattika hijiex kompatibbli mal-prinċipji mqiegħda fil-Ftehim. Fejn meħtieġ, tieħu dawk id-deċiżjonijiet xierqa fuq bażi ta' kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85, 86 u 92 tat-Trattat.

Artikolu 4

Fil-każ ta' passi li jeħtieġu l-infurzar tat-twettieq, mill-Komunità, tal-miżuri provduti fl-Artikolu 30 tal-Ftehim, l-introduzzjoni ta' miżuri kontra r-rimi jiġu deċiżi skond id-disposizzjonijiet mqiegħda f'Regolament (KE) Nru 521/94 u l-proċedura provduta fl-Artikolu 34(2) u (3) (b) jew (d) tal-Ftehim.

Artikolu 5

1. Fejn kull Stat Membru jitlob il-Kummissjoni sabiex jadotta l-miżuri ta' protezzjoni skond l-Artikoli 31 jew 32 tal-Ftehim, jissottometti lill-Kummissjoni, b'appoġġ għat-talba tiegħu, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġġustifika. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma twettaqx miżuri ta' protezzjoni, għandha tinforma l-Kunsill u l-Istati Membri kollha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba mill-Istat Membru.

Kull Stat Membru jista' jirreferi din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 t'ijiem ta' xogħol minn notifika tagħha.

Jekk il-Kunsill, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jindika l-intenzjoni tiegħu sabiex jaddotta deċiżjoni differenti, il-Kummissjoni tinforma lir-Rumanija ta' dan minnufih u tavża bil-ftuħ ta' konsultazzjonijiet mal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni skond l-Artikolu 34(2) u (3) tal-Ftehim.

Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien 20 ġurnata ta' xogħol mit-tmiem tal-konsultazzjonijiet mar-Rumanija fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-kumitat stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 3491/93 [6] (minn hawn il'quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

Il-Kumitat għandu jiltaqa' meta msejjaħ mill-President tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jikkomunika kwalunkwe informazzjoni xierqa lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr.

3. Fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha, tiddeċiedi li l-miżuri ta' protezzjoni, imsemmija fl-Artikoli 31 jew 32 tal-Ftehim għandhom jitwettqu:

- għandha tinforma lill-Istati Membri minnufih jekk qed taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess jew, jekk hux qed tirrispondi għal talba ta' Stat Membru, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba,

- għandha tikkonsulta l-Kumitat,

- fl-istess żmien għandha tinforma lir-Rumanija u tavża l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar bidu ta' konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 34(2) u (3) tal-Ftehim,

- fl-istess żmien għandha tipprovdi l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawn il-konsultazzjonijiet.

4. Fi kwalunkwe każ, il-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jitqies li jkunu konklużi 30 jum wara n-notifika msemmija fir-raba' sub-paragrafu ta' paragrafu 1 u ta' paragrafu 3.

Fit-tmiem il-konsultazzjonijiet jew meta jagħlaq il-perjodu ta' 30 jum, u sakemm arranġament ieħor mhux possibbli, il-Kummissjoni, wara li tirrikorri għand il-Kumitat, tista' tieħu miżuri xierqa sabiex timplimenta l-Artikoli 31 u 32 tal-Ftehim.

5. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 tkun notifikata minnufih lill-Kunsill, l-Istati Membri u r-Rumanija; Hija tkun referuta wkoll lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Id-deċiżjoni tkun applikabbli minnufih.

6. Kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kunsill fi żmien 10 t'ijiem ta' xogħol minn meta jkun irċieva d-deċiżjoni mħabbra.

7. Jekk il-Kummissjoni ma ħaditx deċiżjoni fl-ambitu ta' tifsira tat-tieni sub-paragrafu ta' paragrafu 4 fi żmien 10 t'ijiem ta' xogħol fit-tmiem il-perjodu ta' konsultazzjonijiet mal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni jew, fi tmiem il-perjodu ta' 30 jum, kull Stat Membru li rrefera l-każ quddiem il-Kummissjoni skond paragrafu 3 jista' jirreferih lill-Kunsill.

8. Fil-każijiet imsemmija fl-paragrafi 6 u 7 il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikattiva, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn.

Artikolu 6

1. Fejn iqumu ċirkostanzi eċċezzjonali fl-ambitu ta' l-Artikolu 34 (3) (d) tal-Ftehim, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' protezzjoni mmedjati fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 31 u 32 tal-Ftehim.

2. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuq din fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba.

Il-Kummissjoni għandha tavża l-Kunsill u l-Istati Membri ta' din id-deċiżjoni.

3. Kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill skond il-proċedura mogħtija fl-Artikolu 5 (6).

Il-proċedura mfassla fl-Artikolu 5 (7) u (8) tkun applikabbli.

Kemm-il darba l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru li rrefera l-każ quddiem il-Kummissjoni jista' jirreferih quddiem il-Kunsill skond il-proċeduri mfassla fl-ewwel u fit-tieni sub-paragrafi ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 7

Il-proċeduri mfassla fl-Artikoli 5 u 6 m'għandhomx japplikaw għal prodotti koperti fi Protokoll 1 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Bħala mezz ta' deroga mill-Artikoli 5 u 6, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu li għandhom jittieħdu miżuri rigward prodotti agrikoli fuq il-bażi ta' l-Artikoli 22 jew 31 tal-Ftehim jew fuq bażi tad-disposizzjonijiet fl-Annessi koperti b'dawn il-prodotti, miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu skond proċeduri, provduti mir-regoli li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, jew f'disposizzjonijiet speċifiċi adottati taħt l-Artikolu 235 tat-Trattat u applikabli għall-prodotti li jirriżultaw minn proċessar ta' prodotti agrikoli, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 34(2) u (3) tal-Ftehim.

Artikolu 9

In-notifika lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif meħtieġ skond il-Ftehim ikun ir-responsabbilità tal-Kummissjoni, li tidher f'isem il-Komunità.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament ma jċaħħadx it-twettieq ta' miżuri protettivi provduti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari fl-Artikoli 109 H u 109 I, skond il-proċeduri mqiegħda hemm.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim Ewropa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] ĠU L 81, tat-2.4.1993, p. 2.

[2] ĠU L 25, tad-29.1.1994, p. 21.

[3] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 77.

[4] ĠU L 66, ta' l-10.3.1994, p. 7.

[5] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[6] ĠU C 319, tal-21.12.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

Top