This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R2389
Commission Regulation (EC) No 2389/94 of 30 September 1994 amending Regulation (EC) No 1431/94 laying down detailed rules for the application in the poultrymeat sector of the import arrangements provided for in Council Regulation (EC) No 774/94
Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2389/94 tat-30 ta' Settembru 1994 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti dwar l-importazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94
Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2389/94 tat-30 ta' Settembru 1994 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti dwar l-importazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94
ĠU L 255, 1.10.1994, p. 104–105
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1385
Official Journal L 255 , 01/10/1994 P. 0104 - 0105
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0041
Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2389/94 tat-30 ta' Settembru 1994 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti dwar l-importazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tat-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarji għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi tan-nuħħala, il-frak iebes tal-qamħ u fdalijiet oħra [1], u b'mod partikolari Artiklu 7 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1574/93 [3], u b'mod partikolari Artikolu 15 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1431/94 [4] jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata, fis-settur tal-laħam tat-tjur, is-sistema ta' l-importazjoni pprovvduta bir-Regolament (KE) Nru 774/94; Billi, bil-ħsieb li tiġi pprevenuta l-ispekulazzjoni, iridu jiġu aġġustati l-kondizzjonijiet sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema; Billi, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba, il-perjodu taż-żmien li fih iridu jiġu ddepożitati ċ-ċertifikati tal-liċenzji jrid jitressaq xahar ’il quddiem hekk illi l-kwoti jkunu jistgħu jintużaw mill-bidu ta' kull wieħed mill-perjodi taż-żmien minflok mit-tmiem ta' l-ewwel xahar ta' kull wieħed mill-perjodi taż-żmien, kif inhu l-każ bħalissa; Billi trid tkun magħrufa l-oriġini tal-prodotti importati skond ir-Regolament (KE) Nru 1431/94; Billi dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiddaħħlu malajr kemm jista’ jkun, għalkemm ċerti miżuri ma jistgħux jiġu applikati minnufih; Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta'Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Artikolu 3(a) jiġi mibdul b'dan li ġej: "(a) L-applikanti għal-liċenzji ta' l-importazzjoni jridu jkunu persuni naturali jew legali li, meta jiġu ssottomessi l-applikazzjonijiet, jistgħu jġibu prova li tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jkunu importaw jew esportaw mhux inqas minn 25 tunnellata metrika (piż tal-prodott) tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 0207, 160231 jew 160239 fiż-żewġ snin kalendarji ta' qabel is-sena li fiha tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għall-liċenzja. Madanakollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-aħħar konsumaturi huma esklużi mil-benefiċċji ta' din is-sistema"; 2. l- ewwel subparagrafu ta' Artikolu 4(1) jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. L-applikazjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu ddepożitati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta' kull wieħed mix-xhur li jiġi qabel kull wieħed mill-perjodi taż-żmien speċifikat f'Artikolu 2."; 3. Anness III mar- Regolament (KE) Nru 1431/94 jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 1994. Madanakollu, Artikolu 1(2) għandu jibda japplika mill-1 ta' Marzu 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Settembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 91, tat-8.4.1994, p. 1. [2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77. [3] ĠU L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1. [4] ĠU L 156, tat-23.6.1994, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS III L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1431/94 +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------