Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994Q0707

    Statuti tal-fond ta' l-investimenti Ewropej (adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti fil-25 ta' Mejju 1994)

    ĠU L 173, 7.7.1994, p. 1–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    31994Q0707



    Official Journal L 173 , 07/07/1994 P. 0001 - 0011


    Statuti tal-fond ta' l-investimenti Ewropej

    (adottati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti fil-25 ta' Mejju 1994)

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    Fond ta' l-Investiment Ewropew, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"FOND", qiegħed hawnhekk ikun stabbilt b' personalità legali u awtonomija finanzjarja.

    Artikolu 2

    Kompitu

    Il-kompitu tal-FOND għandu jkun biex jikkontribwixxi għall-insegwiment ta' l-għanijiet tal-Komunità. Għal dan il-għan, il-FOND għandu jappoġġa:

    - l-iżvilupp tar-rettikolat trans-Ewropew fl-oqsma infrastrutturali tat-trasport, telekomunikazzjonijiet u enerġija,

    - l-iżvilupp ta' l-intrapriżi ż-żgħar u l-medji.

    Artikolu 3

    Attivitajiet

    1. L-attivitajiet tal-FOND, billi japplikaw prinċipji bankarji sani, għandhom ikunu li jappoġġaw l-iżvilupp tar-rettikolat trans-Ewropew u ta' l-intraprizi ż-żgħar u l-medji.

    - billi jipprovdi l-garanzija tiegħu għal self f'kwalunkwe forma li hija permessa mir-regoli tal-liġi applikabbli,

    - mid-data ta' sentejn wara d-data tal-bidu fis-seħħ ta' dawn l-Istatuti u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13 tiegħu, bl-akkwist, ażjendar u maniġġjar ta' parteċipazzjonijiet ta' l-ekwità fi kwalunkwe impriża.

    2. Il-FOND jista', wkoll, jeżerċita kwalunkwe operazzjonijiet oħra anċillari konnessi mal-kompitu tiegħu u li jidhru li jiffavorixxu l-akkwist tiegħu.

    Artikolu 4

    Sede

    Is-sede tal-FOND għandha tkun stabbilita fl-istess post tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"BANK".

    Artikolu 5

    Membri

    1. Il-membri fundaturi tal-FOND għandhom ikunu:

    - Il-Komunità Ewropea, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa il-"KOMUNITÀ", rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa l-"KUMMISSJONI",

    - il-BANK,

    - l-istituzzjonijiet finanzjarji, li l-lista tagħhom hija annessa ma' dawn l-Istatuti (L-Anness I), hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa l-"ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI".

    2. Fuq it-talba tagħhom, u fuq it-termini u l-kondizzjonijiet definiti mill-Bord ta' Sorveljanza li jaġixxi fuq deċiżjoni tal-Laqgħa Ġenerali, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem ukoll imsejjħa "ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI", ta' l-Istati Membri tal-KOMUNITÀ li huma mpenjati f'attivitajiet kkalkulati li jissapportjaw l-oġġettivi segwiti mill-FOND jistgħu jsiru membri tal-FOND.

    Artikolu 6

    Kapital

    1. Il-kapital awtorizzat tal-FOND fil-bidu għandu jkun ta' żewġ biljun ecus, diviżi f'2000share b'valur nominali ta' miljun ecu, dawn l-ishma jkunu miftuħa għas-sottoskrizzjoni mill-membri tal-FOND skond l-Artikolu 7 ta' dawn l-Istatuti, sitt mitt miljun ecu li jkunu riservati għas-sottoskrizzjoni mill-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI.

    2. L-unità tal-kontijiet għandha tkun definita bħala l-ecu wżat mill-KOMUNITÀ.

    3. Il-kapital awtorizzat jista' jkun miżjud kull meta jkun hemm bżonn skond iċ-ċirkostanzi.

    4. Fil-każ ta' żieda fil-kapital, kull membru għandu jkun intitolat, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Laqgħa Ġenerali, li jissottoskrivi għal frazzjoni miż-żieda li tikkorispondi għar-rata li teżisti bejn l-ishma sottoskritti minn dak il-membru u l-kapital tal-FOND qabel iż-żieda. Madankollu, l-ebda membru m'għandu jkun obbligat li jissottoskrivi għal kwalunkwe parti taż-żieda fil-kapital.

    5. Il-membri tal-FOND għandhom ikunu responsabbli, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-FOND, għall-obbligazzjonijiet tal-FOND sa l-ammont biss tas-sehem tal-kapital sottoskritt taggħom u li mhux imħallas.

    Artikolu 7

    Sottoskrizzjoni ta' l-Ishma

    1. Il-membri fundaturi tal-FOND għandhom jissottoskrivu bil-prezz oriġinali man-numru ta' l-ishma stipulati fl-Anness II ta' dawn l-Istatuti.

    2. Kwalunkwe membru ġdid għandu jissottoskrivi għall-ishma f'ammont u fuq it-termini stabbiliti mill-Laqgħa Ġenerali; il-prezz ta' dawn l-ishma ma jistax ikun inqas mill-prezz oriġinali.

    Artikolu 8

    Shares

    1. L-ishma fil-kapital tal-bidu li hu sottoskritt għandu jitħallas bħala 20 % f'erbgħa pagamenti ta' kull sena ta' 5 % kull wieħed.

    2. F'kaz ta' zieda fil-kapital sottoskritt, l-arranġamenti biex jitħallsu f'ishma għandu jkun is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Laqgħa Ġenerali.

    3. Il-Laqgħa Ġenerali, fuq proposta tal-Bord ta' Sorveljanza, jista' jeħtieġ ħlas, f'total jew parti, tal-bilanċ tal-kapital sottoskritt sa l-estrem meħtieġ għall-FOND biex jipprovdi għar-responsabbiltajiet tiegħu lejn il-kredituri.

    4. Pagamenti għandhom isiru f'ecus jew f'muniti konvertibbli oħra.

    5. L-ishma hekk imseħħja għandhom jitħallsu fi żmien 90 ġurnata wara n-notifikazzjoni lill-membri tas-sejħa għall-fondi.

    6. B'eċċezzjoni ta' ftehim minn qabel bil-miktub mill-Bord ta' Sorveljanza, l-ishma ma jistgħux ikunu ppleġġjati jew mgħobbija b'piżijiet bl-ebda mod.

    7. Bla ebda ħsara għall-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 6 ta' dawn l-Istatuti, l-ebda membru m' għandu, peress li hu membru, jieħu fuqu reponsabbiltajiet għal obbligazzjonijiet tal-FOND.

    8. Kwalunkwe riżorsi disponibbli li għalihom il-FOND m'għandux użu immedjat għall-operazzjonijiet tiegħu jistgħu jkunu investiti fuq is-swieq finanzjarji. Fl-immaniġġjar ta' dawn l-investimenti, il-FOND m'għandux jidħol f'xi arbitraġġ dwar il-munita li mhux meħtieġ biex direttament iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu jew biex iwettaq rabtiet li jkun daħal fihom.

    Artikolu 9

    Drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Ishma

    Fuq it-termini stabbiliti fl-Artikoli 31 u 38 ta' dawn l-Istatuti, kull sehem għandu jagħti drittijiet fir-rigward tal-pussess ta' l-assi tal-FOND, il-qsim tal-profit nett u, fejn xieraq, id-dħul mil-likwidazzjoni pro rata għan-numru ta' l-ishma eżistenti.

    Artikolu 10

    Maniġġjar u Amministrazzjoni tal-FOND

    Il-FOND għandu jkun immaniġġjat u amminstrat mit-tlett entitajiet li ġejjin:

    - il-Laqgħa Ġenerali

    - il-Bord ta' Sorveljanza

    - il-Kumitat Finanzjarju.

    Artikolu 11

    Laqgħa Ġenerali

    1. Il-Laqgħa Ġenerali tal-membri tal-FOND għandha tittella mill-inqas darba fis-sena meta msejjħa mill-President tal-Bord ta' Sorveljanza Il-Laqgħat Ġenerali għandhom jittellgħu jew fis-sede tal-FOND jew inkella f'post ieħor kif indikat fl-avviż li jsejjaħ din il-laqgħa.

    2. Il-Laqgħat Ġenerali jistgħu wkoll ikunu msejjħa fuq l-inizzjattiva ta' wieħed mill-membri tal-FOND u wara deċizjoni tal-Bord ta' Sorveljanza.

    Artikolu 12

    Parteċipazzjoni – Rappreżentazzjoni – Quorum – Maġġoranza

    1. Il-membri kollha tal-FOND għandhom ikunu ntitolati li jattendu l-Laqgħat Ġenerali.

    2. Il-KOMUNITÀ għandha tkun rappreżentata minn wieħed mill-membri tal-KUMMISSJONI, nominat minn din ta' l-aħħar.

    3. Il-BANK għandu jkun rappreżentat mill-President tiegħu jew, fejn ma jkunx jista' jattendi, mill-Viċi-President.

    4. L-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI għandhom ikunu rappreżentati minn persuna waħda għal kull ISTITUZZJONI FINANZJARJA.

    5. Kull membru tal-FOND għandu jkollu numru ta' voti ugwali għan-numru ta' ishma sottoskritti minnu.

    6. Il-membri jistgħu jivvotaw bil-posta jew ikunu rappreżentati minn membru ieħor.

    7. Il-quorum meħtieġ għall-Laqgħat Ġenerali għandu jkun kostitwit meta r-rappreżentanti tal-KUMMISSJONI, il-BANK, u l-maġġoranza tad-drittijiet tal-voti miżmuma mill-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI huma preżenti jew rappreżentati.

    8. Id-deċiżjonijiet tal-Laqgħa Ġenerali għandhom jottjenu l-voti tal-KUMMISSJONI, tal-BANK u l-maġġoranza tal-voti ta' l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI preżenti jew rappreżentati.

    Artikolu 13

    Poteri tal-Laqgħa Ġenerali

    1. Il-Laqgħa Ġenerali għandu jkollha l-poteri kollha fuq l-immaniġġjar, l-operat u l-amministrazzjoni tal-FOND.

    2. Il-Laqgħa Ġenerali tista' tiddelega l-poteri tagħha b'mod totali jew in parti, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija hawn taħt, lill-Bord ta' Sorveljanza u l-Kumitat Finanzjarju.

    3. Fi ħdan il-qafas tal-poteri taħgħa, il-Laqgħa Ġenerali għandha:

    - tieħu kull deċiżjoni li tawtorizza l-FOND biex imexxi operazzjonijiet ta' parteċipazzjoni kif stabbiliti fit-tieni inċiż tal-paragrafu1 ta' l-Artikolu 3 ta' dawn l-Istatuti;

    - tistabbilixxi d-direttivi ġenerali għall-attivitajiet tal-FOND;

    - tapprova r-Regoli ta' Proċedura tal-FOND;

    - tassigura l-implimentazzjoni ta' dawk id-direttivi u l-konformità mar-Regoli tal-Proċedura;

    - tiddeċiedi fuq l-ammissjoni ta' membri ġodda;

    - tapprova r-rapport annwali tal-Bord ta' Sorveljanza;

    - tapprova l-balance sheet annwali u l-kont ta' qligħ u telf;

    - tistabilixxi l-ammonti ta' riżervi u l-approprjazzjoni u d-distribuzzjoni tal-profitt nett tal-FOND;

    - taħtar il-membri tal-Bord ta' l-Awdituri tal-FOND;

    - teserċita l-poteri stabbiliti fl-Artikolu 39 ta' dawn l-Istatuti biex jiġu adottati kwalunkwe emendi fihom;

    - tiddeċiedi dwar iż-żidiet fil-kapital awtorizzat tal-FOND, u kwalunkwe sejħa għal kapital sottoskritt li mhux imħallas;

    - skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30 ta' dawn l-Istatuti, tiddeċiedi kwalunkwe żieda fil-limitu tar-rabtiet tal-FOND;

    - tieħu deċiżjonijiet biex tissospendi jew tkeċċi l-membri;

    - tieħu deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-waqfien permanenti ta' l-operazzjonijiet tal-FOND u d-distribuzzjoni ta' l-assi tiegħu;

    - tapprova n-nomina tal-membri tal-Bord ta' Sorveljanza u l-Kumitat Finanzjarju.

    4. Il-proċeduri operattivi tal-Laqgħa Ġenerali għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

    Artikolu 14

    Presidenza tal-Laqgħa Generali

    1. Il-Laqgħat Ġenerali għandhom ikunu preseduti minn rappreżentant minn kull kategorija ta' membri li jżomm l-uffiċċju ta' president għal perjodu ta' sena, u fl-iskadenza ta' dan, il-presidenza għandha tgħaddi għand ir-rappreżentant ta' kategorija oħra ta' membri, fl-ordni segwenti sa mid-data ta' l-ewwel Laqgħa Ġenerali: BANK, KUMMISSJONI, ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI.

    2. Fl-isfond tal-ħatra tiegħu mill-Laqgħa Ġenerali, il-president li jirrapreżenta l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI għandu jkun nominat b' deċiżjoni tal-membri ta' din il-kategorija li jirrapreżentaw il-maġġoranza assoluta tad-drittijiet tal-vot tagħha.

    Artikolu 15

    Minuti – Estratti

    Il-minuti tal-Laqgħa Ġenerali għandhom ikunu magħmula u kopji jew estratti tagħhom li huma ċertifikati u ppubblikati mis-Segretarjat tal-FOND li għandhom ikunu pprovduti mill-BANK.

    Artikolu 16

    Bord ta' Sorveljanza

    1. Il-Bord ta' Sorveljanza għandu jikkonsisti f'seba' membri nominati li jkunu:

    żewġ membri li jirrapreżentaw lill-KUMMISSJONI,

    tlett membri li jirrapreżentaw lill-BANK,

    żewġ membri li jirrapreżentaw l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI.

    2. Kull membru tal-Bord ta' Sorveljanza għandu jkun assistit minn sostitut li, fin-nuqqas tiegħu, għandu jagixxi f'ismu.

    3. Il-membri li jirrapreżentaw lill-BANK għandhom ikunu l-President li preżentement ikun fl-uffiċċju tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-BANK jew, meta' ma jkunx jista' jattendi, Viċi-President, Direttur mill-pajjiż li għandu l-presidenza tal-Bord tad-Diretturi tal-BANK u Direttur mill-pajjiż li għandu jieħu l-presidenza tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BANK għas-sena finanzjarja li jmiss. Is-sostituti għal dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu d-Diretturi tal-BANK maħtura mill-Bord tad-Diretturi u kemm jista' jkun għandu jkun hemm firxa ġeografika wiesa.

    4. Il-membri li jirrapreżentaw il-KUMMISSJONI għandhom ikunu il-persuni maħtura minnha bħala l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-BANK. Is-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-KUMMISSJONI.

    5. Il-membri li jirrapreżentaw l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura minn din il-kategorija ta' membri skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

    6. Is-sostituti għall-membri tal-Bord ta' Sorveljanza jistgħu jattendu l-laqgħat tiegħu.

    7. Bla ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-membri tal-Bord ta' Sorveljanza għandhom ikunu maħtura għal perjodu ta' sentejn li jista' jiġġeded.

    8. Il-proċeduri operattivi tal-Bord ta' Sorveljanza għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

    Artikolu 17

    Poteri tal-Bord ta' Sorveljanza

    Minbarra l-poteri mogħtija lilu mid-disposizzjonijiet l-oħra ta' dawn l-Istatuti, Il-Bord ta' Sorveljanza għandu:

    - jagħmel proposti biex ikunu sottomessi quddiem il-Laqgħa Ġenerali;

    - – jiddeċidi fuq:

    - operazzjonijiet ta' garanziji li jlaħħqu għal ammont ta' aktar minn tletin miljun ecu;

    - operazzjonijiet ta' parteċipazzjoni ta' ekwità għal ammont li jaqbeż lil dak stabbilit bid-deċiżjoni tal-Laqgħa Ġenerali li tawtorizza din it-tip ta' operazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti;

    l-ammonti msemmija hawn fuq jistgħu, sa mit-tmiem tat-tieni sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn l-Istatuti, jkunu emendati bid-deċiżjoni tal-Laqgħa Ġenerali,

    - jistabbilixxi r-rata tal-qliegħ fuq operazzjonijiet ta' garanziji skond ir-riskji li jappartjenu lilu;

    - jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għal parteċipazzjonijiet ta' ekwità;

    - jassigura illi l-FOND huwa mmaniġġjat skond id-disposizzjonijiet ta' dawn l-Istatuti u skond id-direttivi ġenerali stabbiliti mil-Laqgħa Ġenerali;

    - jagħti rapport ta' kull sena fuq l-attivitajiet tal-FOND lill-Laqgħa Ġenerali;

    - isejjaħ il-Laqħat Ġenerali tal-FOND;

    - isejjaħ l-attivitajiet tal-Kumitat Finanzjarju.

    Artikolu 18

    Presidenza tal-Bord ta' Sorveljanza

    Il-Bord ta' Sorveljanza għandu jkun presedut mill-President tal-BANK jew, fejn ma jkunx jista' jattendi, minn wieħed mill-Viċi-Presidenti.

    Artikolu 19

    Bord ta' Sorveljanza- Laqgħat – Quorum

    1. Il-Bord ta' Sorveljanza għandu jiltaqa ta' spiss kemm hu meħtieġ mill-interessi tal-FOND u ta' l-anqas darba kull kwart tas-sena. Il-laqgħat tiegħu għandhom jittellgħu jew fis-sede tal-FOND jew fi kwalunkwe post ieħor meta' msejjħa mill-President. Il-laqgħat għandhom jissejħu u l-agendi għandhom ikunu magħmula skond ir-Regoli tal-Proċedura.

    2. Il-proċeduri tal-Bord tas-Sorveljanza għandhom ikunu validi biss jekk ta' l-anqas rappreżentant wieħed minn kull kategorija ta' membri tal-FOND ikun preżenti.

    3. Id-Deċiżjonijiet tal-Bord ta' Sorveljanza għandhom jiksbu l-voti tal-membri tiegħu li jirrapreżentaw il-KUMMISSJONI u l-BANK u minn ta' l-anqas membru wieħed tal-Bord ta' Sorveljanza li jirrapreżenta l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI.

    Artikolu 20

    Minuti

    Il-minuti tal-proċeduri tal-Bord ta' Sorveljanza għandhom ikunu magħmula u l-kopji u l-estratti tagħhom iċċertifikati u maħruġa mis-Segretarjat tal-FOND.

    Artikolu 21

    Kumitat Finanzjarju

    1. Il-FOND għandu jkun immaniġġjat minn Kumitat Finanzjarju li jikkonsisti f'rappreżentant tal-BANK, rappreżentant tal-KUMMISSJONI u rappreżentant ta' l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI.

    2. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jkun maħtur għal perjodu ta' tlett snin. Il-membri tiegħu għandhom ikunu eliġibbli indefinittivament biex jerġgħu jinħatru.

    3. Kull membru tal-Kumitat Finanzjarju għandu jkun megħjun minn sostitut li, fl-assenza tiegħu, għandu jaġixxi f'ismu.

    4. Il-proċeduri biex ikunu maħtura l-membri tal-Kumitat Finanzjarju u s-sostituti tagħhom u għall-operazzjonijiet tal-Kumitat Finanzjarju għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

    Artikolu 22

    Presidenza

    1. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jkun presedut mill-membru li jirrapreżenta l-BANK.

    2. Il-President tal-Kumitat Finanzjarju għandu jirrapreżenta l-FOND fir-relazzjonijiet tiegħu mal-partijiet terzi.

    3. Bla ħsara għal qbil mill-membri l-oħra tal-Kumitat Finanzjarju, huwa jista' jiddelega l-poteri tiegħu tar-rappreżentazzjoni għal membri oħra li huma impjegati tal-BANK.

    4. Id-dokumenti dwar il-FOND u r-rabtiet kollha tiegħu magħmula f'ismu għandhom ikunu iffirmati mill-President tal-Kumitat Finanzjarju jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat b'mod xieraq mill-Kumitat Finanzjarju.

    Artikolu 23

    Laqgħat tal-Kumitat Finanzjarju

    1. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jiltaqa ta' spiss kemm ikun hemm bżonn mill-attivitajiet tal-FOND, meta' msejjaħ mill-President.

    2. Il-laqgħat għandhom ikunu mtella jew fis-sede tal-FOND jew fi kwalunkwe post ieħor imsemmi fin-notifika tas-sejħa.

    3. Il-Kumitat Finanzjarju għandu, fejn xieraq, jaħtar Segretarju li jista' jkun magħżul minn barra l-Kumitat.

    4. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Finanzjarju għandhom ikunu adottati mill-maġġoranza tal-membri tiegħu, minbarra fil-każ tad-deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjonijiet fil-garanziji u l-ekwita' li għandhom ikunu adottati b'mod unanimu. Jekk din l-unanimità ma tintlaħaqx, id-deċiżjoni konċernata tista' tkun mogħtija lill-Bord ta' Sorveljanza, fuq proposta mill-President tal-Kumitat Finanzjarju.

    5. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Finanzjarju għandhom ikunu reġistrati fil-minuti ffirmati mill-President u minn ta' l-anqas membru ieħor tal-Kumitat Finanzjarju.

    6. Il-kopji jew l-estratti tal-minuti tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Finanzjarju għandhom ikunu ċertifikati minn wieħed mill-membri tiegħu jew minn rappreżentant awtorizzat b'mod xieraq.

    Artikolu 24

    Poteri tal-Kumitat Finanzjarju

    1. Bla ħsara għall-poteri mogħtija b'mod espress lill-Laqgħa Ġenerali u lill-Bord ta' Sorveljanza minn dawn l-Istatuti u r-Regoli tal-Proċedura, il-Kumitat Finanzjarju għandu jkun mogħti l-aktar poteri vasti biex jaġixxi f'isem il-FOND. Għandu jeżerċita dawn il-poteri fil-qafas tal-kompiti u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' dawn l-Istatuti.

    2. Il-Kumitat Finanzjarju jista' jafda lill-wieħed jew aktar mill-membri tiegħu kif ukoll kwalunkwe persuna oħra maħtura minnu b'dawn il-missjonijiet speċjali li hu jiddeċidi u jiddelega lilhom għal raġuni waħda jew aktar minn waħda, bid-dritt jew mingħajr id-dritt tas-sottodelegazzjoni, dawk il-poteri li hija tqis xierqa.

    3. Il-Kumitat Finanzjarju għandu jopera taħt il-kontroll tal-Bord ta' Sorveljanza fuq it-termini stabbiliti f'dawn l-Istatuti.

    4. Għandu partikolarment:

    - jagħti, minn ta' l-anqas darba kull kwart tas-sena, rapport fuq l-attivitajiet tal-FOND lill-Bord ta' Sorveljanza,

    - jagħti, fi żmien tlett xhur wara kull tmiem ta' kull sena finanzjarja, il-kontijiet annwali tal-FOND lill-Bord ta' Sorveljanza.

    Artikolu 25

    Verifika

    Il-kontijiet tal-FOND għandhom ikunu verifikati ta' kull sena minn bord ta' żewġ awdituri maħtura mill-Laqgħa Ġenerali skond it-termini stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura u li jaġixxu skond l-istandards konswetudinarji tal-professjoni tagħhom. Huma għandhom jikkonfermaw li l-balance sheet u l-kont ta' qligħ u telf u l-operazzjonijiet tal-FOND huma skond il-kontijiet tal-FOND u jirriflettu b'mod fidil il-posizzjoni tal-FOND fir-rigward ta' l-attiv u l-passiv tiegħu.

    Artikolu 26

    Operazzjonijiet

    Fil-qafas ta' dawn l-Istatuti, il-FOND għandu jwettaq parteċipazzjoni ta' garanzija u ekwità u operazzjonijiet simili għall-proġetti ta' investiment li għandhom ikunu implimentati fit-territorju ta' l-Istati Membri tal-KOMUNITÀ jew fil-pajjiżi ta' ħdejhom sa fejn il-proġetti tal-qsim tal-fruntiera huma nvoluti u f'dan il-każ l-operazzjonijiet għandhom jeħtieġu deċiżjoni tal-Bord ta' Sorveljanza li jaġixxi b'mod unanimu.

    Artikolu 27

    Rimunerazzjoni tal-FOND

    1. Rimunerazzjoni li l-ħlas tagħha jiġi ordnat mill-FOND għall-operazzjonijiet tiegħu għandha tkun stabbilita b'tali mod li tkopri l-ispejjeż operattivi tagħha, biex tirrifletti r-riskji varji li rriżultaw, biex tippermetti illi riżerva tkun stabbilita proporzjonalment ma' dawk ir-riskji u biex tassigura ritorn xieraq fuq ir-risorżi tagħha.

    2. Il-prinċipji t'hawn fuq għandhom ikunu bla ħsara għar-Regoli tal-Proċedura.

    Artikolu 28

    Parteċipazzjonijiet ta' l-Ekwità

    Il-parteċipazzjonijiet ta' l-ekwità li l-FOND jista' jikseb f'impriżi skond l-Artikolu 3 ta' dawn l-Istatuti jridu jkunu ta' natura minoritarja u temporanja.

    Artikolu 29

    Limiti fuq l-Operazzjonijiet tal-FOND

    Fir-rigward tad-disposizzjoni tal-garanziji, l-limiti fuq l-obbligazzjonijiet tal-FOND fir-rigward ta' kwalunkwe individwu, stabbiliment jew istituzzjoni finanzjarja, jew għal kwalunkwe impriża jew proġett individwali għandhom ikunu stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

    Il-limiti korrispondenti fuq l-obbligazzjonijiet tal-FOND meta' jkun qed jikseb parteċipazzjonijiet ta' ekwità għandhom ikunu stabbiliti fid-deċiżjonijiet relevanti msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti.

    Artikolu 30

    Limiti fuq l-obbligazzjonijiet totali tal-FOND

    L-obbligazzjonijiet totali tal-FOND ma jistgħux jaqbżu:

    - għal operazzjonijiet ta' garanzija: tlett darbiet l-ammont tal-kapital sottoskritt; dan il-limitu jista' jiżdied b'deċiżjonijiet suċċessivi tal-Laqgħa Ġenerali mingħajr madankollu ma jaqbeż ħames darbiet il-kapital sottoskritt. Wara li riżerva tkun mibnija li tkun ekwivalenti għal 7.5 % ta' l-ammont tal-kapital sottoskritt, dan il-limitu jista' jiżdied sa tmien darbiet il-kapital sottoskritt;

    - għal parteċipazzjonijiet ta' ekwità: l-ammont deċiż mil-Laqgħa Ġenerali skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti.

    Artikolu 31

    Approprjazzjoni u Distribuzzjoni tad-Dħul Nett

    1. Il-Laqgħa Ġenerali għandha tiddetermina minn ta' l-anqas darba fis-sena liema parti mid-dħul nett tal-FOND għandu jkun approprjat għar-riżervi jew għal raġunijiet oħra, jew imqassam.

    Madankollu, qabel kull approprjazzjoni, għandu jkun imnaqqas kull sena mill-introjtu nett tal-FOND ammont minn ta' l-anqas daqs 20 % ta' dan l-introjtu u li għandu jkun approprjat biex tinbena riżerva. Dan it-tnaqqis għandu jitwaqqaf meta' ladarba r-riżerva tammonta għal 10 % tal-kapital sottoskritt u għandu jkun applikat mill-ġdid hekk kif il-kondizzjoni ta' l-aħħar ma tkunx aktar sodisfatta.

    2. Kif stabbilit fl-Artikolu 9, id-distribuzzjoni msemmija aktar ‘il fuq għandha tkun magħmula in proporzjon man-numru ta' ishma miżmuma minn kull membru.

    Artikolu 32

    Kooperazzjoni ma' Partijiet Terzi

    1. Il-FOND jista' jaċċetta l-kompiti li jamministra r-riżorsi speċjali fdati minn terzi partijiet, iżda għandhom ikunu kompattibli mal-kompitu tiegħu, li huma mdaħħla f'kontijiet separati u li jirrendu remunerazzjoni li hija suffiċjenti.

    2. Il-FOND għandu jikkopera ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha li jeserċitaw l-attivitajiet tagħhom f'oqsma simili ma' dawk tiegħu.

    3. Il-FOND għandu jikkonkludi ftehim ma' dawn l-organizzazzjonijiet kif ukoll ma' l-organizzazzjonijiet nazzjonali u sieħba bankarji fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi li mhumiex membri tal-KOMUNITÀ bil-għan li jsegwi l-għanijiet tiegħu jew li jikseb il-kompiti tiegħu.

    Artikolu 33

    L-Għażla tal-Membri biex Jirtiraw

    Kull membru tal-FOND li jappartjeni għall-kategorija ta' l-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI jista' jirtira mill-FOND f'kull ħin billi jbiegħ l-ishma tagħha lill-ISTITUZZJONI FINANZJARJA oħra, membru tal-FOND, jew lill-istituzzjoni li mhijiex membru. Dan il-bejgħ għandu jkun bla ħsara għall-ftehim ta' qabel tal-Laqgħa Ġenerali.

    Artikolu 34

    Sospensjoni jew Tkeċċija tal-Membri

    1. Jekk membru tal-FOND jonqos milli jwettaq kwalunkwe mill-obbligazzjonijiet tiegħu bħala membru skond dawn l-Istatuti, jista' jkun sospiż bid-deċiżjoni tal-Laqgħa Ġenerali.

    2. Fiż-żmien li jkun sospiż, il-membru għandu jibqa marbut bl-obbligazzjonijiet tiegħu bħala membru tal-FOND; m'għandux madankollu jeserċita kwalunkwe mid-drittijet tiegħu stabbiliti f'dawn l-Istatuti minbarra għad-dritt ta' l-irtirar kopert mill-Artikolu 33.

    3. Jekk, wara perjodu ta' sitt xhur wara d-deċiżjoni meħuda mill-Laqgħa Ġenerali biex ikun sospiż membru, din ta' l-aħħar ma tkunx wettqet l-obbligazzjonijiet tagħha li taw lok għal din id-deċiżjoni, il-Laqgħa Ġenerali tista' tiddikjara dan il-membru imkeċċi.

    Artikolu 35

    Għeluq ta' kontijiet mal-Membri mkeċċija mill-FOND

    1. Tmiem tas-sħubija għandu jinvolvi għeluq parzjali tal-kontijiet mal-membru in kwistjoni.

    2. L-ishma tal-membru li kien imkeċċi għandhom ikunu offruti għal xiri mill-ġdid lill-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI l-oħra, lill-membri tal-FOND, jew lill-istituzzjonijiet oħra li mhumiex membri, f'liema każijiet l-operazzjoni tax-xiri mill-ġdid għandha teħtieġ approvazzjoni minn qabel milll-Laqgħa Ġenerali.

    Fil-każ li l-ishma ma jergħux jinxtraw mill-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI oħra jew minn istituzzjonijiet oħra li mhumix membri, huma għandhom jinxtraw mill-ġdid mill-FOND.

    3. Fil-każ ta' l-ishma ta' membru li kien imkeċċi li jerġgħu jintxraw mill-FOND, il-prezz tagħhom għandu jkun il-valur muri mill-kotba tal-FOND fid-data li fiha s-sħubija tal-fond kienet mitmuma, għalkemm dan il-prezz ma jistax ikun aktar mill-valur nominali ta' l-ishma in kwistjoni.

    Minkejja t-tkeċċija mill-FOND, dak li qabel kien membru għandu jibqa marbut bl-obbligazzjonijiet diretti tiegħu u bir-responsabbilitajiet kontinġenti għall-FOND sakemm kwalunkwe parti mill-parteċipazzjoni ta' garanzija jew ta' ekwità miftiehma qabel ma ntemmet l-isħubija tibqa mhux imwettqa. M'għandux madankollu ikun marbut bl-obbligazzjonijiet li jiġu mill-parteċipazzjonijiet ta' garanzija jew ekwità miftiehma minn hemm ‘il quddiem mill-FOND u m'għandux jaqsam jew fid-dħul jew fl-ispejjeż tal-FOND.

    4. Pagamenti għal ishma mixtrija mill-ġdid mill-FOND mill-membru li tkeċċa għandhom ikunu magħmula fuq it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    - l-ebda pagament m'għandu jkun magħmul qabel ma jintemm il-perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' tmiem tas-sħubija. Il-pagament għandu jkun limitat għall-ammont li bih il-prezz tax- xiri mill-ġdid jaqbeż is-somma tar-responsabbilitajiet lejn il-FOND mill-parti ta' dak li qabel kien membru li tirriżulta mill-operazzjonijiet tal-FOND;

    - jekk il-FOND sostna telf fuq kwalunkwe parteċipazzjonijiet ta' garanzija jew ekwità tal-FOND li kienu għadhom mhux mitmuma fid-data tat-tmiem ta' sħubija u l-ammont ta' dan it-telf jaqbeż l-ammont tad-disposizzjonijiet kontra telf fid-data tat-tmiem tas-sħubija, dan li qabel kien membru għandu jħallas, fuq talba mill-FOND, l-ammont li bih il-prezz ta' xiri mill-ġdid ta' l-ishma tiegħu kienu mnaqqsa jekk it-telf kien meħud in konsiderazzjoni meta' l-prezz tax-xiri mill-ġdid kien determinat. Minbarra dan, dak li qabel kien membru għandu jibqa marbut li jirrispondi għal kwalunkwe sejħa għal sottoskrizzjonijiet li ma kienux imħallsa sal-limitu li kieku kien ikun meħtieġ li jirrispondi li kieku l-waqfien tal-kapital tal-FOND tfaċċa u s-sejħa kienet magħmula fi żmien meta' l-prezz tax-xiri mill-ġdid ta' l-ishma tiegħu kien determinat.

    Artikolu 36

    Tmiem ta' l-Operazzjonijiet

    1. Il-Bord ta' Sorveljanza jista', jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, temporanjament jissospendi l-operazzjonijet tal-FOND. Għandu jirreferi din id-deċiżjoni lill-Laqgħa Ġenerali għal aktar konsiderazzjoni. Il-Laqgħa Ġenerali tista' tiddeċidi li ttemm l-operazzjonijet tal-FOND b'mod permanenti li imbagħad għandu jwaqqaf l-attivitajiet kollha tiegħu minbarra għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-likwidazzjoni tal-FOND.

    2. Waqfien permanenti mill-operazzjonijiet tal-FOND għandhom jinvolvu l-likwidazzjoni tiegħu. Il-Laqgħa Ġenerali għandha taħtar il-likwidaturi li għandhom jagħmlu l-operazzjoni meħtieġa mil-likwidazzjoni.

    Artikolu 37

    Responsabbilità tal-Membri tal-FOND

    1. Fil-każ ta' waqfien permanenti ta' l-operazzjonijiet tal-FOND, talbiet fuq il-FOND li għadhom ma ntlaqawx għandhom ikunu onorati permezz tar-risorżi li ġejjin fl-ordin mogħtija hawn taħt:

    - assi tal-FOND

    - somom li għandhom jingħataw lill-FOND fir-rigward ta' l-ishma li għandhom jitħallsu.

    2. Il-Bord ta' Sorveljanza għandu jieħu miżuri xierqa biex jassigura t-tqassim bejn id-detenturi ta' talbiet diretti u d-detenturi ta' talbiet kontinġenti pro rata skond id-drittijiet legali rispettivi tagħhom.

    Artikolu 38

    Distribuzzjoni ta' l-Assi

    1. Fil-każ ta' waqfien ta' l-attivitajiet tal-FOND, l-assi m'għandhomx ikunu mqassma fost il-membri tiegħu minħabba s-sottoskrizzjoni tagħhom għall-kapital tal-FOND sakemm:

    - kull responsabbilità lejn il-kredituri tal-FOND tkun magħmula b'mod totali,

    - il-Laqgħa Ġeneral tiddeċidi li tagħmel tqassim ta' l-assi.

    2. L-assi għandhom ikunu mqassma bejn il-membri tal-FOND fil-proporzjon għal kull kontribuzzjoni ta' kull membru għall-kapital tal-FOND.

    3. Il-Bord ta' Sorveljanza għandu jistabbilixxi l-proċeduri għal dan it-tqassim.

    Artikolu 39

    Emendi

    1. Dawn l-emendi għal dawn l-Istatuti li jidhru neċessarji mill-attivitajiet tal-FOND jistgħu jkunu magħmula fuq proposta mill-Bord ta' Sorveljanza.

    2. L-emendi proposti wara li tkun riċevuta l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BANK li jaġixxu unanimament għandhom ikunu deċiżi mill-Laqgħa Ġenerali.

    3. Sakemm il-Laqgħa Ġenerali ma tiddeċidix mod ieħor, l-emendi deċiżi b'dan il-mod għandhom ikunu effettivi għall-membri kollha tal-FOND tlett xhur wara li l-membri kienu avżati b'dan.

    Artikolu 40

    Liġi u Ġurisdizzjoni

    1. Disgwidi bejn il-FOND fuq in-naħa waħda, u l-benefiċjarji ta' l-operazzjonijiet tiegħu fuq in-naħa l-oħra, kemm jekk ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI fil-kapaċità tagħhom ta' benefiċjarji jew benefiċjarji oħra, għandhom ikunu deċiżi mill-qrati nazzjonali kompetenti.

    2. Għal dan il-għan, il-FOND għandu jkollu indirizz għas-servizz f'kull Stat Membru tal-KOMUNITÀ. Huwa jista', madankollu, fi kwalunkwe kuntratt, jispeċifika indirizz partikolari għas-servizz jew jipprovdi għall-arbitraġġ.

    3. Kif previst u fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 30(6) ta' l-Istatut tal-BANK, disgwidi dwar miżuri adottati mill-entitajiet tal-FOND għandhom ikunu soġġetti għal ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 41

    Privileġġi u Immunitajiet

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu wkoll japplika għall-FOND, għall-membri ta' l-entitajiet tiegħu u għall-impjegati tiegħu fuq it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(5) ta' l-Istatut tal-BANK.

    Artikolu 42

    Dħul fis-Seħħ

    Dawn l-Istatuti għandhom jidħlu fis-seħħ meta' d-disposizzjonijiet tagħhom ikunu aċċettati u l-formalitajiet kompletati mill-membri li s-sottoskrizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-porzjoni tal-kapital riżervat għall-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI, kif maqsuma bejn ta' l-inqas sitt Stati Membri tal-KOMUNITÀ, jammontaw għal 50 % ta' dan il-porzjon.

    Madankollu, jekk, f'perjodu ta' mhux aktar minn tlett xhur wara r-ratifika mill-Istati Membri ta' l-Att li jemenda l-Protokoll fuq l-Istatut tal-BANK, din il-kondizzjoni ma kienetx rispettata, Il-Bord tal-Gvernaturi tal-BANK, li jaġixxi b'mod unanimu, jista' jiddeċidi illi:

    - l-FOND huwa maqsum fi tlett partijiet b'mod sodisfaċenti;

    - dawn l-Istatuti għandhom sussegwentement jidħlu fis-seħħ.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    LISTA PROVIŻORJA TA' L-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI LI GĦANDHOM ISIRU MEMBRI FUNDATURI TAL-FOND

    - Ir-Renju tal-Belġju

    Kredietbank S.A.

    Société Nationale de Crédit à l'Industrie (SNCI)

    Générale de Banque

    Crédit Professionnel

    - Ir-Renju tad-Danimarka

    Finansieringsinstituttet for Industri og Haandvaerk A/S

    - Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Kreditanstalt fuer Wiederaufbau

    WestLB Girozentrale

    Deutsche Girozentrale-Deutsche Kommunalbank

    Landeskreditbank Baden-Wuerttemberg

    Suedwest LB

    Bayerische Landesanstalt fuer Aufbaufinanzierung

    Landesbank Rheinland-Pfalz

    - Ir-Repubblika Ħellenika (Greċja)

    Ionian Bank

    Commercial Bank of Greece

    - Ir-Renju ta' Spanja

    Instituto de Crédito Oficial

    Banco de Negocios Argentaria

    Banco Central Hispano Americano

    Banco Bilbao Vizcaya

    Banco Español de Crédito

    Caja de Ahorros de Madrid

    - Ir-Repubblika ta' Franza

    Crédit National

    Crédit Local de France

    Caisse Nationale de Crédit Agricole

    Groupe des Banques Populaires

    Groupe Crédit Coopératif

    Crédit Mutuel

    - L-Irlanda

    AIB Group

    - Ir-Repubblika Taljana

    Crediop/San Paolo

    IMI S.p.A.

    Banca di Roma

    Banco di Napoli

    Banca Nazionale del Lavoro

    Cassa di Risparmio delle Province Lombarde

    Banca Commerciale Italiana

    Credito Italiano

    Istituto di Credito delle Casse di Risparmio Italiane

    Ambroveneto

    Società Finanziaria di Partecipazione S.p.A.

    - Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Bacob Bank Lussemburgu S.A.

    Kredietbank Lussemburgu S.A.

    Banque et Caisse d'Epargne de l'Etat

    Banque Générale du Lussemburgu S.A.

    Banque Internationale à Lussemburgu

    - Ir-Renju ta' l-Olanda

    ABN-AMRO

    De Nationale Investeringsbank

    - Ir-Repubblika Portugiża

    Caixa Geral de Depositos

    Banco Comercial Portugues

    Banco de Fomento e Exterior

    Banco Portugues de Investimento

    - Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    Nikko Bank (UK) PLC

    Barclays Bank PLC

    N.B.:

    Aktar banek jistgħu jissieħbu

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    LISTA PROVIŻORJA TAS-SOTTOSKRIZZJONIJIET INIZZJALI TA' L-ISHMA FIL-KAPITAL AWTORIZZAT

    N.B.:

    Aktar ishma jistgħu jkunu allokati.

    | Numru ta' ishma | Sottoskrizzjoni fil-kapital |

    Il-Komunità Ewropea | 600 | 600000000 |

    Il-Bank Ewropew ta' l-Investimenti | 800 | 800000000 |

    Ir-Renju tal-Belġju | 13 | 13000000 |

    Kredietbank S.A. | 4 | 4000000 |

    Société Nationale de Crédit à l'Industrie (SNCI) | 3 | 3000000 |

    Générale de Banque | 3 | 3000000 |

    Crédit Professionnel | 3 | 3000000 |

    Ir-Renju tad-Danimarka | 3 | 3000000 |

    Finansieringsinstituttet for Industri og Haandvaerk A/S | 3 | 3000000 |

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | 63 | 63000000 |

    Kreditanstalt fuer Wiederaufbau | 30 | 30000000 |

    WestLB Girozentrale | 10 | 10000000 |

    Deutsche Girozentrale-Deutsche Kommunalbank | 5 | 5000000 |

    Landeskreditbank Baden-Wuerttemberg | 5 | 5000000 |

    Südwest LB | 5 | 5000000 |

    Bayerische Landesanstalt fuer Aufbaufinanzierung | 5 | 5000000 |

    Landesbank Rheinland-Pfalz | 3 | 3000000 |

    Ir-Repubblika Ħellenika (Greċja) | 6 | 6000000 |

    Ionian Bank | 3 | 3000000 |

    Commercial Bank of Greece | 3 | 3000000 |

    Ir-Renju ta' Spanja | 20 | 20000000 |

    Instituto de Crédito Oficial | 5 | 5000000 |

    Banco de Negocios Argentaria | 3 | 3000000 |

    Banco Central Hispano Americano | 3 | 3000000 |

    Banco Bilbao Vizcaya | 3 | 3000000 |

    Banco Español de Crédito | 3 | 3000000 |

    Caja de Ahorros de Madrid | 3 | 3000000 |

    Ir- Repubblika ta' Franza | 44 | 44000000 |

    Crédit National | 15 | 15000000 |

    Crédit Local de France | 10 | 10000000 |

    Caisse Nationale de Crédit Agricole | 10 | 10000000 |

    Groupe des Banques Populaires | 3 | 3000000 |

    Groupe Crédit Coopératif | 3 | 3000000 |

    Crédit Mutuel | 3 | 3000000 |

    L-Irlanda | 3 | 3000000 |

    AIB Group | 3 | 3000000 |

    Ir-Repubblika Taljana | 63 | 63000000 |

    Crediop/San Paolo | 10-20 | 10000000 |

    IMI S.p.A. | 10 | 10000000 |

    Banca di Roma | 5 | 5000000 |

    Banco di Napoli | 5 | 5000000 |

    Banca Nazionale del Lavoro | 5 | 5000000 |

    Cassa di Risparmio delle Province Lombarde | 5 | 5000000 |

    Banca Commerciale Italiana | 5 | 5000000 |

    Credito Italiano | 5 | 5000000 |

    Istituto di Credito delle Casse di Risparmio Italiane | 5 | 5000000 |

    Ambroveneto | 5 | 5000000 |

    Società Finanziaria di Partecipazione S.p.A. | 3 | 3000000 |

    Il-Gran Dukat ta l-Lussemburgu | 18 | 18000000 |

    Bacob Bank Luxembourg S.A. | 5 | 5000000 |

    Kredietbank Luxembourg S.A. | 4 | 4000000 |

    Banque et Caisse d'Epargne de l'Etat | 3 | 3000000 |

    Banque Générale du Luxembourg S.A. | 3 | 3000000 |

    Banque Internationale à Luxembourg | 3 | 3000000 |

    Ir-Renju ta' l-Olanda | 13 | 13000000 |

    ABN-AMRO | 10 | 10000000 |

    De Nationale Investeringsbank | 3 | 3000000 |

    Ir- Repubblika Portugiża | 12 | 12000000 |

    Caixa Geral de Depositos | 3 | 3000000 |

    Banco Comercial Portugues | 3 | 3000000 |

    Banco de Fomento e Exterior | 3 | 3000000 |

    Banco Portugues de Investimento | 3 | 3000000 |

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq | 13 | 13000000 |

    Nikko Bank (UK) PLC | 10 | 10000000 |

    Barclays Bank PLC | 3 | 3000000 |

    Ishma mhux allokati | (329) | (329000000) |

    TOTAL: | 2000 | 2000000000 |

    --------------------------------------------------

    Top