This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R1759
Commission Regulation (EEC) No 1759/93 of 1 July 1993 concerning the operative events determining the agricultural conversion rates to be applied in the beef and veal sector
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1759/93 tal-1 ta’ Lulju 1993 dwar il-fatti operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli li għandhom jiġu applikati fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1759/93 tal-1 ta’ Lulju 1993 dwar il-fatti operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli li għandhom jiġu applikati fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella
ĠU L 161, 2.7.1993, p. 59–61
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1913
Official Journal L 161 , 02/07/1993 P. 0059 - 0061
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0209
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0209
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1759/93 tal-1 ta’ Lulju 1993 dwar il-fatti operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli li għandhom jiġu applikati fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità ta’ kont u r-rati ta’ konverżjoni li ghandhom jiġu applikati għall-għanijiet tal-politika komuni agrikola [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 (2) tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 3813/92 jintroduċi arranġamenti agrimonetarji ġodda mill-1 ta’ Jannar 1993; billi, taħt dawk l-arranġamenti, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/93 tat-30 ta’ April 1993 dwar regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tar-rati ta’ konverżjoni agrikoli [2] li jistabbilixxu il-fatti operattivi għar-rati ta’ konverzjoni agrikoli applikabbli wara l-miżuri tranżitorji mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3820/92 [3], mingħajr preġudizzju għal xi regoli speċjali jew derogi li għandhom jitniżżlu fejn jixraq taħt ir-regoli fis-seħħ fis-setturi involuti u fuq il-bażi tal-kriterji elenkati fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92; billi, għalhekk, l-emendi tal-fatti operattivi li jistabbilixxu r-rati ta’ konverżjoni agrikoli applikabbli fis-settur taċ-ċanga u l-vitella wara li l-miżuri tranżitorji mniżżla fl-Artikolu 1 tar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3820/92 għandhom jiġu stabbiliti u miġjuba flimkien f’Regolament wieħed; Billi l-fatt operattiv li għalih jipprovdi t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru No 1068/93 jinvolvi r-riskju li l-kunsinna ta’ kwantitajiet mogħtija bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 859/89 [4], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3831/92 [5], jiddewwem mill-operaturi għal raġunijiet ta’ spekulazzjoni; billi, peress li l-laħam jitwassal frisk, dawk il-prattiċi x’aktarx ikollhom effett ħażin fuq il-kwalità tal-laħam; billi, għalhekk, għandha ssir disposizzjoni għall-fatt operattiv wiehed li jirrelata ma’ l-ewwel jum li fih il-prodotti mogħtija jistgħu jittieħdu mill-aġenzija ta’ intervent taħt il-kondizzjonijiet tas-sejħa għall-offerta in kwistjoni; Billi, biex jiġu evitati operazzjonijiet ta’ konverzjoni mhux meħtieġa, il-prezzijiet offruti taħt il-proċeduri ta’ l-offerta li għalihom jirreferi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2173/79 [6], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru No 1809/87 [7], għandhom ikunu espressi f’ECUs; Billi l-offerti li jsiru bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2173/79 huma miktuba b’mod illi l-prodotti mibjugħin ma jistgħux jittieħdu minn min jakkwisthom qabel il-prezz tal-offerta għall-kuntratt in kwistjoni ikun tħallas; billi, biex jiġi speċifikat il-fatt operattiv applikabbli għal dan kif provdut fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru No 1068/93, ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fid-data ta’ l-ewwel ħlas għandha tintgħażel; Billi l-għan ta’ kull waħda mill-garanziji li għalihom jirreferi r-Regolament (KEE) Nru 2173/79 huwa li jiżgura konformità mal-obbligazzjonijiet kollha li jirrelataw mas-sottomissjoni u l-eżekuzzjoni ta’ l-offerti; billi, f’dak il-każ, ir-rata ta’ konverżjoni fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tibda sseħħ tkun applikabbli, skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 10 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93; billi, biex il-jum in kwistjoni jkun jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwita’, dan għandu jkun il-jum li fih issir il-garanzija jew il-jum li fih tinġieb prova li l-garanzija tkun saret; billi, biex tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni, l-istess regola għandha tapplika għall-garanziji li għalihom jirreferu r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3807/92 [9], (KEE) Nru 985/81 [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3807/92, (KEE) Nru 2539/84 [11] u (KEE) Nru 2848/89 [12]; Billi l-fatti operattivi l-oħra fis-seħħ fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella m’għandhomx il-ħtieġa li jiġu aġġustati għall-prinċipji ta’ l-arranġamenti agrimonetarji ġodda; billi, għalhekk, għandhom jiġu kkonfermati fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 859/89 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 16 Ir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għall-ammonti li għalihom jirreferi l-Artikolu 12 għandha tkun ir-rata valida fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jiffissa l-prezz massimu tax-xiri u l-kwantitajiet ta’ laħam taċ-ċanga mixtrija f’iintervent dwar l-offerta in kwistjoni." 2. L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3445/90 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 8 Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata: - għall-ammonti ta’ għajnuna għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li għalih jirreferi l-Artikolu 9 (2), - għall-ammonti ta’ garanziji għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tinġieb prova taghha, lill-aġenzija ta’ iintervent." 3. Ir-Regolament (KEE) Nru 2173/79 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej. (a) L-Artikolu 2 (2) (ċ) huwa komplut bi 'u espress f’ECUs'; (b) L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 5 Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata għall-prezzijiet ta’ bejgħ iffissati bil-quddiem għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih l-aġenzija ta’ iintervent tirċievi l-ewwel ħlas dwar il-kuntratt in kwistjoni" (ċ) L-Artikolu 8 (2) (ċ) huwa mibdul b'dan li ġej: "(ċ) il-prezz offrut ghal kull tunnellata, espress f’ECUs;" (d) L-Artikolu 9 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 9 Fid-dawl ta’ l-offerti riċevuti, il-prezzijiet minimi ta’ bejgħ espressi f’ECUs għandhom ikunu ffissati għall-prodotti in kwistjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68."; (e) L-Artikolu 12 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 12 Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata biex tikkonverti offerti fil-munita nazzjonali għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih l-aġenzija ta’ intervent tirċievi l-ewwel ħlas dwar il-kuntratt in kwistjoni."; (f) Il-paragrafu li ġej qiegħed jigi mizjud ma’ l-Artikolu 15: "5. Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata għall-ammonti ta’ garanziji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tinġieb prova taghha, lill-aġenzija ta’ intervent." 4. Ir-Regolament (KEE) Nru 2182/77 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej: (a) Is-subparagrafu li ġej qiegħed jigi mizjud ma’ l-Artikolu 4 (1): "Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata għall-ammonti ta’ garanziji li għalihom jirreferi dan il-paragrafu għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tingieb prova tagħha, lill-aġenzija ta’ intervent."; (b) L-Artikolu 8 huwa mħassar. 5. Is-subparagrafu li ġej qiegħed jigi mizjud ma’ l-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 985/81: "Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata għall-ammonti ta’ garanziji għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tingieb prova tagħha, lill-aġenzija ta’ intervent." 6. Il-paragrafu li ġej qiegħed jigi mizjud ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2539/84: "4. Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tkun applikata għall-ammonti ta’ garanziji li għalihom jirreferu l-paragrafi 2 u 3 għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tinġieb prova tagħha, lill-aġenzija ta’ intervent." 7. Is-subparagrafu li ġej qiegħed jigi mizjud ma’ l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2848/89: "Ir-rata ta’ konverżjoni li għandha tiġi applikata għall-ammont ta’ din il-garanzija għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni agrikola fis-seħħ fil-jum li fih il-garanzija tintbagħat, jew tinġieb prova tagħha, lill-aġenzija ta’ intervent." Artikolu 2 Id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-fatti operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli applikabbli fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella li għalihom m’hemmx referenza fl-Artikolu 1 jibqgħu japplikaw. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Lulju 1993. L-Artikolu 1 (1) għandu japplika mill-ewwel offerta għax-xiri f’iintervent miftuħ matul is-sena tas-suq 1993/94.L-Artikoli 1 (2) sa (7) għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet konnessi mal-kuntratti konklużi mill-5 ta’ Lulju 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 1 ta’ Lulju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 387, 31. 12. 1992, p. 1. [2] ĠU Nru L 108, 1. 5. 1993, p. 106 [3] ĠU Nru L 387, 31. 12. 1992, p. 22 [4] ĠU Nru L 91, 4. 4. 1989, p. 5 [5] ĠU Nru L 387, 31. 12. 1992, p. 47 [6] ĠU Nru L 251, 5. 10. 1979, p. 12. [7] ĠU Nru L 170, 30. 6. 1987, p. 23 [8] ĠU Nru L 251, 1. 10. 1977, p. 60. [9] ĠU Nru L 99, 10. 4. 1981, p. 38 [10] ĠU Nru L 384, 30. 12. 1992, p. 33 [11] ĠU Nru L 238, 6. 9. 1984, p. 13 [12] ĠU Nru L 274, 23. 9. 1989, p. 9 --------------------------------------------------