Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1727

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/93 tat- 30 ta’ Ġunju 1993 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 388/92, (KEE) Nru 1727/92 u (KEE) Nru 1728/92 tat- 30 ta’ Ġunju 1993 li jistabilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall- fornitura ta’ prodotti taċ-ċereali lid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores u Madeira u l-Gżejjer Kanarji rispettivament u li jistabbilixxu l-bilanċi rispettivi tal-fornitura prevista

    ĠU L 160, 1.7.1993, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1727/oj

    31993R1727



    Official Journal L 160 , 01/07/1993 P. 0001 - 0003
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0166
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0166


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/93

    tat- 30 ta’ Ġunju 1993

    li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 388/92, (KEE) Nru 1727/92 u (KEE) Nru 1728/92 tat- 30 ta’ Ġunju 1993 li jistabilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall- fornitura ta’ prodotti taċ-ċereali lid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores u Madeira u l-Gżejjer Kanarji rispettivament u li jistabbilixxu l-bilanċi rispettivi tal-fornitura prevista

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jintroduċi miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3714/92 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Azores u Madeira li jirrelataw għal ċerti prodotti agrikoli [3], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3714/92, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92, u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi l-kwantitajiet tal-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ fornitura għandhom jiġu determinati fil-kwadru ta’ bilanċi perjodiċi ta’ fornitura mbassra li jistgħu jiġu aġġustati abbażi tal- ħtiġiet essenzjali tas-swieq u b’ kont meħud tal-produzzjoni lokali u l-flussi tradizzjonali tal-kummerċ; billi sabiex tiġi assigurata kopertura ta’ ħtiġiet fejn jidħlu kwantità, prezz u kwalità u sabiex jiġi assigurat li l-proporzjon ta’ prodotti forniti mill-Komunità huwa ppreservat, l-għajnuna li għandha tingħata għall-prodotti li joriġinaw fil-bqija tal-Komunità għandha tiġi determinata fuq termini ekwivalenti, għall-utent aħħari, għall-vantaġġ li jirriżulta minn eżenzjoni mid-dazji ta’ l-importazzjoni fuq importazzjonijiet ta’ prodotti minn pajjiżi terzi;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 388/92 [5] kif l- aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1497/93 [6], jistabilixxi, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91, il- bilanċ tal-fornitura mbassar għall-prodotti taċ-ċereali għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej; billi dan il-bilanċ jippermeti għall-interskambju tal-kwantitajiet determinati għal xi prodotti kkonċernati u, jekk neċessarju, għal żieda matul is-sena fil-kwantità totali determinata; billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza u sabiex jintlaħħqu l-bżonnijiet tad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, huwa neċessarju li jiġi aġġustat il-bilanċ tal-fornitura mbassar; billi l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 388/92 għandu għalhekk jiġi emendat;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1727/92 [7], kif l- aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1497/93, jistabilixxi, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1600/92, il-bilanċ tal-fornitura mbassar għall-prodotti taċ-ċereali għall-Azores u Madeira għall-1992/93; billi l- l-bilanċ tal-fornitura mbassar għas-sena tas-suq 1993/94 għandu għalhekk jiġi stabbilit;

    Billi r-Regolament tal- Kummissjoni (KEE) Nru 1728/92 [8], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1497/93, jistabilixxi, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92, il-bilanċ tal-fornitura mbassar għal prodotti taċ-ċereali għall-Gżejjer Kanarju għall-1992/93; billi l-bilanċ tal-fornitura mbassar għas-sena tas-suq 1993/94 għandu għalhekk jiġi stabbilit;

    Billi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna u l-ammont tat-titolu li għandu jiġi alloġġat stabbilit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 388/92 u (KEE) Nru 1727/92 rispettivament huma ffissati bħala l-ewwel ħamest ijiem utli ta’ kull xahar fil-każ tal-limitu taż-żmien u 25 ECU/tunnellata fil-każ ta’ l-ammont tat-titolu; billi l-limitu taż-żmien u t-titolu huma ffissati bħala l-ewwel 10 jiem utli u 25 ECU/tunnellata rispettivament bl-istess Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 1738/92; billi sabiex jittieħed kont tal-prattiki tal-kummerċ speċifiċi għal ċerti prodotti pproċessati fis-settur taċ-ċereali għandha ssir proviżjoni minn naħa waħda għall-għażla tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet fi kwalunkwe ġurnata tax-xahar u, min naħa l-oħra, għat-tnaqqis fuq l-ammont tat-titolu;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-¬ereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(2) tar- Regolamenti (KEE) Nru 388/92, (KEE) Nru 1727/92 u (KEE) Nru 1728/92 hu hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

    "2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żieda matul is-sena finanzjarja fil-kwantità globali ffissata għaċ-ċereali, il-kwantitajiet rispettivi ffissati għal wieħed jew ieħor miċ-ċereali in kwistjoni jistgħu jiġu maqbuża b’ massimu ta’ 20 %, sakemm ikun hemm konformità mal-kwantità globali. ‘Is-Sorgu’ għandu jiġi ttratat bħala majż għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament’."

    .

    Artikolu 2

    L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 388/92 huwa hawnhekk sostitwit bl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

    L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1727/92 huwa hawnhekk sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

    L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1728/92 huwa hawnhekk sostitwit bl-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    1. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 388/92 hu hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

    "1. Applikazzjonijiet għal liċenzji u ċertifikati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti matul l-ewwel ħames ijiem utli ta’ kull xahar. Madankollu, l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għall- fornitura tal-prodotti taċ-ċereali li jaqgħu fil-kodiċi NM 1103 u 1107 kif ukoll prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053, ta’ oriġini Komunitarja, kif ukoll applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ għajnuna għall- fornitura ta’ ċereali lid-dipartiment tal-Guiana Franċiża, jistgħu jiġu sottomessi f’kwalunkwe jum utli ta’ kull xahar. Liċenza jew ċertifikat ta’ applikazzjoni għandom jiġu amessi biss jekk:

    (a) ma jaqbżux il-kwantità massima disponibbli għal kull perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati;

    (b) qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni ta’ liċenzji u ċ-ċertifikati ta’ applikazzjoni, tkun ingħatat prova li l-parti konċernata ppreżentat titolu ta’ 23 ECU għal kull tunnellata.’"

    2. L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1727/92 hu hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

    "1. L-applikazzjonijiet għal liċenzi u ċ-ċertifikati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti matul l-ewwel ħamest ijiem utli ta’ kull xahar. Madankollu, l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għall-fornitura ta’ prodotti taċ-ċereali ta’ oriġini Komunitarja li jaqgħu fil-kodiċi NM 1107 jistgħu jiġu sottmessi fi kwalunkwe jum utli ta’ kull xahar. Liċenza jew ċertifikat ta’ applikazzjoni għandhom ikunu ammessibbli biss jekk:

    (a) ma jeċċedux il-kwantità massima disponibbli għal kull perjodu li matulu l-applikazjonijiet għandhom jiġu ppreżentati;

    (b) qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni ta’ liċenzi u ċ-ċertifikati ta’ applikazzjoni, tkun ingħatat prova li l-parti kkonċernata ppreżentat titolu ta’ 23 ECU għal kull tunnellata.’"

    3) 3.L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1728/92 hu hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

    "1. L-Applikazzjonijiet għal liċenzi u ċ-ċertifikati għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti tul l-ewwel 10 jiem utli ta’ kull xahar. Madankollu, applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ l-għajnuna għall-fornitura tal-prodotti taċ-ċereali ta’ oriġini Komunitarja li jaqgħu fil-kodiċi NM 1103 u 1107 jstgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe ġurnata utli ta’ kull xahar. Liċenza jew ċertifikat għandhom ikunu ammessibbli biss jekk:

    (a) ma jeċċedux il-kwantità massima disponibbli għal kull perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati;

    (b) qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien stabbilit għas-sottomissjoni ta’ liċenza u ċertifikati ta’ applikazzjoni, tkun ingħatat prova li l-parti kkonċernata ppreżentat titolu ta’ 23 ECU għal kull tunnellata.’".

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1993.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 23.

    [3] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

    [5] ĠU L 43, tad-19.2.1992, p. 16.

    [6] ĠU L 148, tat-18.6.1993, p. 13.

    [7] ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 101.

    [8] ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 104.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    IL-BILANĊ TAL-FORNITURA TAĊ-ĊEREALI GĦAD-DIPARTIMENTI FRANĊIŻI EXTRA EWROPEJ GĦAT-TIENI NOFS TA' L-1993

    (tunnellati) |

    Ċereali li joriġinaw f' pajjiżi terzi (ACP/pajjiżi żviluppanti jew il-KEE) | Qamħ komuni | Qamħ durum | Qamħirrum | Majż | Frak u żerriegħa mitħuna ta' qamħ durum | Malt |

    Il-Gwadelupp | 40000 | 0 | 5000 | 10000 | - | 750 |

    Martinique | 5000 | 0 | 2000 | 13000 | 1500 | 500 |

    I-Guiana Franċiża | 1000 | 0 | 500 | 1000 | - | - |

    Réunion | 20000 | 0 | 10000 | 80000 | - | 1000 |

    Total | 66000 | 0 | 17500 | 104000 | 1500 | 2250 |

    Total ġenerali | 191250 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    IL-BILANĊ TAL- FORNITURA TAĊ-ĊEREALI GĦALL-AZORES U MADEIRA GĦAS-SENA TAS-SUQ 1993/94

    (tunnellati) |

    Prodott | Azores | Madeira |

    Qamħ komuni ta' kwalità biex isir il-ħobż | 34000 | 23000 |

    Qamħ għall-għalf | 4000 | 8000 |

    Qamħirrum | 12000 | 6000 |

    Qamħ durum | 3000 | 7000 |

    Majż | 96000 | 30000 |

    Malt | 1000 | 2200 |

    Total | 150000 | 76200 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    IL-BILANĊ TAL-FORNITURA TAĊ-ĊEREALI GĦALL-GÆEJJER KANARJI GĦAS-SENA TAS-SUQ 1993/94

    (tunnellati) |

    Prodott | Kodiċi NM | Il-Gżejjer Kanarji |

    Qamħ komuni | 1001 | 124000 |

    Qamħ durum | 100110 | 4000 |

    Qamħirrum | 1003 | 19000 |

    Ħafur | 1004 | 1000 |

    Majż | 1005 | 180000 |

    Żerriegħa mitħuna ta' qamħ durum | 11031150 | 4300 |

    Żerriegħa mitħuna tal-majż | 110313 | 20000 |

    Żerriegħa mitħuna ta' ċereali oħra | 110319 | 1200 |

    ċapep | 110321 sa110329 | 1500 |

    Malt | 1107 | 16500 |

    --------------------------------------------------

    Top