Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R2334

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2334/92 tas-7 ta' Awissu 1992 li jemenda r- Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Islovenja

ĠU L 227, 11.8.1992, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/2334/oj

31992R2334



Official Journal L 227 , 11/08/1992 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0268
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0268


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2334/92

tas-7 ta' Awissu 1992

li jemenda r- Regolament (KEE) Nru 3906/89 sabiex jestendi l-għajnuna ekonomika lill-Islovenja

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3], jipprovdi għal għajnuna ekonomika w umanitarja biex tassisti l-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali f'numru ta' pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant;

Billi l-pajjiżi li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna huma elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi, minħabba li s-Slovenja kisbet l-indipendenza, dan l-istat ġdid imissu jkun inkluż fil-lista ta' pajjiżi eliġibbli biex tħallih ikompli jirċievi għajnuniet taħt il-ftehim magħmul b’ Regolament (KEE) Nru 3906/89 li ġie estiż, mis-17 ta' Settembru 1990, biex jinkludi l-Jugoslavja,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-pajjiż li ġej għandu jkun inkluż fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89:

"Is-SLOVENJA"

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li ssegwi l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Awissu 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Lamont

[1] ĠU C 120, tat-12.5.1992, p. 26.

[2] Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 3800/91 (ĠU L 357, tat-28.12.1991, p. 10).

--------------------------------------------------

Top