This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992D0014
92/14/EEC: Commission Decision of 17 December 1991 amending Council Decision 79/542/EEC to establish a list of third countries from which Member States authorize imports of equidae
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 1991 li temenda d-Deċiżjoni 79/542/KEE biex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 1991 li temenda d-Deċiżjoni 79/542/KEE biex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel
ĠU L 8, 14.1.1992, p. 12–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477
Official Journal L 008 , 14/01/1992 P. 0012 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0052
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 1991 li temenda d-Deċiżjoni 79/542/KEE biex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel (92/14/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE [1] tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha, Billi d-Deċizjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 91/361/KEE [3], il-Kunsill stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-annimali tal-fart, il-majjali u l-laħam frisk, inklużi l-prodotti tal-laħam; Billi huwa neċessarju li tkun immodifikata din id-Deċizjoni issa biex tieħu akkont ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/15/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċizjoni 91/487/KEE [5]; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE hija emendata kif ġej: 1. It-Titolu hu mibdul b’dan li ġej: "Id-Deċiżjoni Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali, u tar-razza taż-żwiemel, laħam frisk u prodotti tal-laħam" ; 2. Fl-Artikolu 1 il-paragrafu li ġej huwa miżjud: "3. (a) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel minn pajjiżi terzi li jidhru fil-parti I tal-kolonna speċjali għar-razza taż-żwiemel ta’ l-Anness. (b) L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati jew id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati fir-territorju tal-Komunità wara li jkunu esportati temporanjament minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fil-parti II tal-kolonna speċjali għar-razza taż-żwiemel ta’ l-Anness. (ċ) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/426/KEE u sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi permezz ta’ l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva jkunu adottati, l-Istati Membri m’għandhomx jimportaw annimali tar-razza taż-żwiemel li jkunu ġejjin mill-pajjiżi segwenti: - Il-Brażil - Il-Kolumbja - Il-Kosta Rika - L-Eġittu - L-Ekwador - Il-Marokk - Il-Perù - L-Afrika t’Isfel - It-Turkija - Il-USSR - Il-Venezwela." 3. L-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE hu mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mill-1 ta’ Jannar 1992. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. [2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. [3] ĠU L 195, tat-18.7.1991, p. 43. [4] ĠU L 8, tal-11.1.1989, p. 11. [5] ĠU L 260, tas-17.9.1991, p. 15. -------------------------------------------------- L-ANNESS F : Tal-Fart (jinkludi l-bufli) N/M : Nagħaġ u mogħoż M : Majjali D/W : B’difer wieħed D/M : B’difer maqsum fi tnejn × : Awtorizzata Pajjiż | Laħam frisk u prodotti tal-laħam | Laħam frisk | Annimali ħajjin | Rimarki Speċjali | Domestiċi | Ferjali | F | M | Laħam frisk | Prodotti tal-laħam | F | N/M | M | D/W | D/M | L-Albanija | | × | × | × | | L-Arġentina | × | × | | × | | × | × | | | L-Awstralja | × | × | × | × | × | × | × | | | L-Awstrija | × | × | × | × | × | × | × | | | Il-Beliże | × | | | × | | | | | | Il-Botswana | × | × | | × | × | | | | | Il-Brażil | × | × | | × | | | | | | Il-Bulgarija | × | × | × | × | × | × | × | | | Il-Kanada | × | × | × | × | × | × | × | | | Iċ-Ċilì | × | × | | × | × | | | | | Ir-Repubblika taċ-Ċina | | | × | × | × | | | | | Il-Kolombja | × | | | × | | | | | | Il-Kosta Rika | × | | | × | | | | | | Kuba | × | | | × | | | | | | Ċipru | × | × | × | × | × | | × | | | Iċ-Ċekoslovakkja | × | × | × | × | × | × | × | | | El Salvador | × | × | | × | | | | | | L-Etjopja | | | | | | | | | | Il-Finlandja | × | × | × | × | × | × | × | | | Greenland | × | × | | × | × | | | | | Il-Gwatemala | × | | | × | | | | | | Il-Ħonduras | × | | | × | | | | | | Hong Kong | | | | | | | | | | L-Ungerija | × | × | × | × | × | × | × | | | L-Islanda | × | × | × | × | × | × | × | | | L-Indja | | | | | | | | | | L-Iżrael | | | | × | | | | | | Il-Kenja | | | | | | | | | | Il-Madagaskar | × | × | | × | | | | | | Malta | × | | × | × | | × | × | | | Il-Mawrizju | | | | | | | | | | Il-Messiku | × | | | × | | | | | | Il-Marokk | | | | × | | | | | | In-Namibja | × | × | | × | × | | | | | In-Nova Żelanda | × | × | × | × | × | × | × | | | In-Norveġja | × | × | × | × | × | × | × | | | In-Nikaragwa | × | | | × | | | | | | Il-Panama | × | | | × | | | | | | Il-Paragwaj | × | × | | × | | | | | | Il-Polonja | × | × | × | × | × | × | × | | | Ir-Rumanija | × | × | × | × | × | × | × | | | Singapore | | | | | | | | | | L-Afrika t’Isfel | × | × | × | × | × | | | | | Sważiland | × | | | × | × | | | | | L-Isvezja | × | × | × | × | × | × | × | | | L-Isvizzera | × | × | × | × | × | × | × | | | It-Tajlandja | | | | | | | | | | It-Turkija | | | | × | | | | | | It-Tuniżja | | | | | | | | | | L-Istati Uniti ta’ l-Amerika | × | × | × | × | × | × | × | | | L-Urugwaj | × | × | | × | | | | | | L Unjoni Sovjetika tar-Repubbliki Soċjalisti | × | × | × | × | × | × | × | | | Il-Jugoslavja | × | × | × | × | × | × | × | | | Iż-Żimbabwe | × | | | | | | | | | KOLONNA SPEĊJALI GĦAR-RAZZA TAŻ-ŻWIEMEL PARTI 1 Pajjiż Razza taż-żwiemel L-Arġentina | × | L-Alġerija | × | L-Awstralja | × | L-Awstrija | × | Il-Brażil | × | Il-Bulgarija | × | Il-Kanada | × | Iċ-Ċilì | × | Il-Kolombja | × | Ċipru | × | Iċ-Ċekoslovakkja | × | Il-Finlandja | × | Greenland | × | L-Ungerija | × | L-Islanda | × | L-Iżrael | × | Malta | × | Il-Mawrizju | × | Il-Messiku | × | Il-Marokk | × | In-Nova Żelanda | × | In-Norveġja | × | Il-Paragwaj | × | Il-Polonja | × | Ir-Rumanija | × | L-Afrika t’Isfel | × | L-Isvezja | × | L-Isvizzera | × | It-Tuniżija | × | L-Istati Uniti ta’ l-Amerika | × | L-Urugwaj | × | L-Unjoni Sovjetika tar-Repubbliki Soċjalisti | × | PARTI II Pajjiż Żwiemel irreġistrati Il-Baħrejn | × | Il-Barbados | × | Il-Bermuda | × | Il-Bolivja | × | Il-Kosta Rika | × | Kuba | × | L-Eġittu | × | L-Ekwador | × | Il-Ħong Kong | × | Il-Ġamajka | × | Il-Ġappun | × | Il-Ġordan | × | Il-Kuwajt | × | Il-Libja | × | L-Oman | × | Il-Perù | × | It-Turkija | × | L-Emirati Għarab Magħquda | × | Il-Venezwela | × | --------------------------------------------------