This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R3918
Council Regulation (EEC) No 3918/91 of 19 December 1991 amending Regulation (EEC) No 2603/69 establishing commun rules for exports
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3918/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2603/69 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjonijiet
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3918/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2603/69 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjonijiet
ĠU L 372, 31.12.1991, p. 31–34
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 26/11/2009
Official Journal L 372 , 31/12/1991 P. 0031 - 0034
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0036
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 19 P. 0036
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3918/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2603/69 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjonijiet IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u l-istrumenti li jikkonċernaw prodotti agrikoli pproċessati adottati skond l-Artikolu 235 tat-Trattat, b'mod partikolari d-disposizzjonijiet ta' dawk l-istrumenti li jħallu lok għall-deroga mill-prinċipju ġenerali li jipprojbixxi r-restrizzjonijiet jew il-miżuri kollha kwantitattivi li għandhom effett ekwivalenti, bl-eċċezjoni tal-miżuri waħdanija provduti f'dawk l-istess strumenti, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 2603/69 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1934/82 [2], l-esportazzjonijiet mill-Komunità għall-pajjiżi terzi huma b'xejn, jiġifieri, mhux soġġetti għal ebda restrizzjonijiet kwantitattivi, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet provduti f'dak ir-Regolament u mniżżla fl-Anness t'hawnhekk; Billi, mill-adozzjoni ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri neħħew il-biċċa l-kbira mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta' xi prodotti mniżżla f'dak l-Anness; Billi għandu jitqies dan l-iżvilupp u r-Regolament jiġi aġġornat kif jixraq; Billi, wara l-31 ta' Diċembru 1992, iż-żamma mill-Istati Membri ta' restrizzjonijiet kwantitattivi kien ikun inkompatibbli mas-suq waħdieni, li jimplika t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-merkanzija fil-fruntieri interni tal-Komunità; Billi l-Artikolu 30(5) ta' l-Att Ewropew Waħdieni jiddetermina li l-politiki esterni tal-Komunità Ewropea u l-politiki miftiehma fil-Koperazzjoni Politika Ewropea għandhom ikunu konsistenti; billi għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jitħallew iżommu xi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 1992, b'mod partikolari fuq dawk l-esportazzjonijiet li għalihom ir-restrizzjonijiet ġew miftiehma fil-Koperazzjoni Politika Ewropea; Billi hu neċessarju li jiġu awtorizzati l-Istati Membri li huma marbuta b'impenji internazzjonali li jwaqqfu, f'każijiet ta' diffikultajiet attwali jew potenzali ta' fornitura, sistema għall-allokazzjoni ta' prodotti taż-żejt bejn il-partijiet kontraenti biex jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw fir-rigward il-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet Komunitarji adottati bl-istess għan; billi din l-awtorizzazzjoni għandha tapplika sa l-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri xierqa skond l-impenji li jidħlu fihom il-Komunità jew l-Istati Membri kollha; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2603/69 għandu jiġi emendat bħala riżultat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2603/69 hu hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 10 għandu jinbidel b' li ġej: "Artikolu 10 1. Sal-31 ta' Diċembru 1992, il-prinċipju tal-libertà ta' l-esportazzjoni preskritt fl-Artikolu 1 m'għandux japplika: - għal dawk il-prodotti elenkati fl-Anness I għall-Istati Membri msemmija hemmhekk, - lanqas għall-esportazzjonijiet li huma fil-preżent ristretti mill-Istati Membri skond deċiżjoni meħuda fil-Koperazzjoni Politika Ewropea. 2. Fejn jidħlu l-prodotti elenkati fl-Anness II, saż-żmien meta l-Kunsill jadotta miżuri xierqa skond l-impenji internazzjonali li jidħlu fihom il-Komunità jew l-Istati Membri kollha tagħha, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimplimentaw, mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati mill-Komunità f'dan is-settur, is-sistema ta' tqassim ta' emerġenza li tintroduċi obbligazzjoni ta' allokazzjoni vis-a-vis il-pajjiżi terzi provduti fl-impenji internazzjonali li jidħlu fihom qabel l-infurzar ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kumissjoni bil-miżuri li fi ħsiebhom li jadottaw. Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Istati Membri l-oħrajn."; 2. L-Anness għandu jinbidel bl-Annessi I u II ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1991. Għall-Kunsill Il-President P. Dankert [1] ĠU L 324, tas-27.12.1969, pġ. 25. [2] ĠU L 211, ta' l-20.7.1982, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Prodotti msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 10 (1) Kodiċi NM | Deskrizzjoni | L-Istat Membru li japplika r-restrizzjoni | ex410110 | Ġlud sħaħ ta' annimali bovini, ta' piż għal kull ġilda li ma jeċċedix 8 kg meta mnixxef b'mod sempliċi, 10 kg meta mmelħa fuq in-niexef, jew 14 kg meta friski, mmelħa fuq l-imxarrab jew ippreservati xort'oħra | L-Italja | ex4102 | Ġlud mhux ipproċessati tan-nagħaġ jew tal-ħrejjef (friski jew immelħa, mnixxfa, mogħtija l-kalċju, mqiegħda fis-salmura jew ippreservati xort'oħra, iżda mhux ikkunzati, mogħtija l-lamtu jew ippreparati xort'oħra), kemm jekk bis-suf jew mingħajru jew maqsuma, ta' xort'oħra minn dawk esklużi min-nota 1 (ċ) ma' dan il-kapitolu | L-Italja | ex410210 | Bis-suf | Franza | ex41021090 | Bis-suf, oħrajn | Franza | ex41022900 | Mingħajr is-suf, oħrajn | Franza | ex410310 | Ġlud oħra mhux ipproċessati tal-mogħoż jew tal-gidjien (friski, jew immelħa, imnixxfa, mogħtija l-kalċju, mqiegħda fis-salmura jew ippreparati xort'oħra, iżda mhux ikkunzati, mogħtija l-lamtu jew ippreparati iktar), kemm jekk imqaxxra jew maqsuma, ta' xort'oħra minn dawk esklużi min-nota 1 (b) jew 1 (ċ) ma' dan il-kapitolu | L-Italja | ex43012000 | Ġlud tal-fur mhux ipproċessati (inklużi r-ras, id-denb, is-saqajn u bċejjeċ jew tqattiegħ ieħor, adattati għal użu minn persuni fl-industrija tal-pelliċċi), ta' xort' oħra minn ġlud mhux ipproċessati ta' l-intestatura Nru 4101, 4102 jew 4103 jew ta' fniek jew tal-liebru, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew mingħajrhom | L-Italja | -------------------------------------------------- ANNESS II Prodotti msemmija fl-Artikolu 10 (2) Kodiċi NM | Deskrizzjoni | 270900 | Żjut tal-petroleum u żjut ottenuti minn minerali bitumiużi, krudi | 271000 | Żjut tal-petroleum u żjut ottenuti minn minerali bituminużi, ta' xort'oħra minn krudi; preparati mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, li jikkontjenu skond il-piż 70 % jew iktar ta' żjut tal-petroleum jew ta' żjut ottenuti minn minerali bituminużi, dawn iż-żjut bħala l-kostitwenti bażiċi tal-preparati: | 27100011 sa27100039 | Żjut ħfief | 27100041 sa27100059 | Żjut medji | 27100061 sa27100099 | Żjut tqal, ħlief żjut ta' lubrikazzjoni, wżati f'arloġġi u bħalhom, ippreżentati f'kontenituri żgħar li ma jikkontjenux iktar minn 250 g nett ta' żejt | ex27100091 saex27100099 | | 2711 | Gassijiet tal-petroleum u idrokarburi gassużi oħra: | | - Likwifikati | 271112 | - - Propan: | | - - - Propan ta' purità ta' mhux inqas minn 99 % | | - - - Oħrajn | 271113 | - - Butani | | - Fi stat gassuż: | ex27112900 | - - Oħrajn: | | - - - Propan | | - - - Butani | --------------------------------------------------