EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R2203

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2203/90 ta’ l-24 ta’ Lulju 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1581/86 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-intervent fis-suq taċ-ċereali u r-Regolamenti Nru 724/67/KEE u (KEE) Nru 2754/78 dwar l-intervent fis-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet

ĠU L 201, 31.7.1990, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/2203/oj

31990R2203



Official Journal L 201 , 31/07/1990 P. 0005 - 0006


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2203/90

ta' l-24 ta' Lulju 1990

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1581/86 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-intervent fis-suq taċ-ċereali u r-Regolamenti Nru 724/67/KEE u (KEE) Nru 2754/78 dwar l-intervent fis-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ([1]), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1340/90 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet ([3]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2902/89 ([4]), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(3) u 26(2) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi karatteristika tas-setturi tal-Komunità taċ-ċereali u taż-żjut taż-żebbuġa hi l-iżbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda; billi t-tfittxija għal modi ta' użu ġodda hija mezz xieraq biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni;

Billi, f'dawn iż-żewġ setturi u fis-settur taż-żerriegħa taż-żejt, it-tfittxija għal użu mhux għall-ikel hija mezz tajjeb sabiex jinfetħu prospetti ġodda għall-agrikoltura tal-Komunità;

Billi t-tfittxija għal swieq ġodda għaċ-ċereali u ż-żjut u x-xaħmijiet barra s-settur ta' l-ikel għandha b'hekk tiġi appoġġjata; billi dan l-appoġġ jista' jinvolvi li ċ-ċereali u ż-żjut u x-xaħmijiet miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent jitpoġġew għad-dispożizzjoni tar-riċerkaturi fuq termini favorevoli stabbiliti minn qabel għall-eżekuzzjoni tal-proġetti approvati skond proċedura li tiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Billi din il-kooperazzjoni tista' titwettaq taħt il-Kumitat Permanenti għar-Riċerka Agrikola;

Billi huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1581/86 ([5]), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 195/89 ([6]), ir-Regolament Nru 724/67/KEE ([7]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1230/89 ([8]), u r-Regolament (KEE) Nru 2754/78 ([9]),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1581/86 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 4

1. Iċ-ċereali għandhom jinxtraw mill-aġenzija ta' intervent bl-iskop li jitwettqu l-obbligi li jirriżultaw mill-għoti ta' kuntratti ta' forniment ta' għajnuna Komunitarja fir-rigward ta' l-ikel taħt ftehim internazzjonali jew taħt programmi supplimentari oħra, bi prezzijiet u skond ir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni stabbiliti minn qabel.

2. L-aġenziji ta' intervent jistgħu jiġu awtorizzati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1340/90 (*), sabiex ibiegħu, bi prezz stabbilit minn qabel b'rata standard, il-kwantitajiet taċ-ċereali meħtieġa biex jitwettqu proġetti sabiex jintwerew forom godda ta' użu ghal skopijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel u li jkunu approvati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1728/74 (**), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (***).

3. Jekk iċ-ċirkostanzi speċjali jkunu hekk jeħtiegu, il-Kunsill, waqt li jagixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jistabbilixxi proċeduri għall-bejgħ għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 3.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 27/27/75.

(*) ĠU L 134, tat-28.5.1990, p. 1.

(**) ĠU L 182, tal-5.7.1974, p. 1.

(***) ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8."

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2754/78:

"1a. L-aġenziji ta' intervent jistgħu jkunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2902/89 (*), sabiex ibiegħu, bi prezz stabbilit bir-rata standard bil-quddiem, il-kwantitajiet taż-żejt taż-żebbuġa meħtieġa biex jitwettqu l-proġetti sabiex jintwerew forom ġodda ta' użu għal skopijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel approvati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1728/74 (**), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (***).

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

(*) ĠU L 280, tad-29.9.1989, p. 2.

(**) ĠU L 182, tal-5.7.1974, p. 1.

(***) ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8."

3. Fl-Artikolu 2a tar-Regolament Nru 724/67/KEE, il-kliem preżenti għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"2. L-aġenziji ta' intervent jistgħu jiġu awtorizzati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2902/89 (*), biex ibiegħu, bi prezz stabbilit bir-rata standardbil-quddiem, il-kwantitajiet taż-żerriegħa taż-żejt meħtieġa biex jitwettqu l-proġetti biex juru forom ta' użu ġdid għal skopijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel u approvati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1728/74 (**), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (***).

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

(*) ĠU L 280, tad-29.9.1989, p. 2.

(**) ĠU L 182, tal-5.7.1974, p. 1.

(***) ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MANNINO

[1] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU L 134, tat-28.5.1990, p. 1.

[3] ĠU 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[4] ĠU L 280, tad-29.9.1989, p. 2.

[5] ĠU L 139, ta' l-24.5.1986, p. 36.

[6] ĠU L 25, tat-28.1.1989, p. 22.

[7] ĠU C 252, tad-19.10.1967, p. 10.

[8] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 23.

[9] ĠU L 331, tat-28.11.1978, p. 13.

Top