Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R3209

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3209/89 tat-23 ta’ Ottubru 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 234/79 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni tad-Dwana użata għall-prodotti agrikoli

    ĠU L 312, 27.10.1989, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/3209/oj

    31989R3209



    Official Journal L 312 , 27/10/1989 P. 0005 - 0005
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0184
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0184


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3209/89

    tat-23 ta’ Ottubru 1989

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 234/79 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni tad-Dwana użata għall-prodotti agrikoli

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati f’Anness II li jinsab mat-Trattat [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3911/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 6 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummisjoni [3],

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4],

    Billi n-nomenklatura magħquda ta’ l-oġġetti ntrodotti bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2886/89 [6], issa jlaħħaq mal-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Komuni tad-Dwana kif ukoll in-nomenklaturi ta’ l-istatistika tan-negozju estern;

    Billi Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jagħmel żejda d-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 234/79 [7];

    Billi Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jipprovdi li n-nomenklatur magħuda trid tiġi aġġornata kull sena mill-Kummisjoni; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet, b’mod partikolari meta jsiru dawk l-aġġustamenti, għad-deskrizzjonijiet u kodifiċi li jkunu jikkorrispondu mar-Regolamenti tal-Kunsill li għandhom ikunu aġġustati mill-Kummissjoni u għal Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru No 234/79 biex jiġu hekk adottati,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 234/79 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 2

    1. Id-deskrizzjoni tal-prodotti u r-riferenzi għall-intestaturi jew subintestaturi tan-nomenklaturi maqgħudin fir-Regolamenti tal-Kunsill jistgħu jiġu aġġustati skond il-proċeduri stipulati f’Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u fl-Artikolu li jikkorrispondi mar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq jekk dawk l-aġġustamenti jsiru minħabba emendi fin-nomenklaturi magħqudin.

    2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kumitat stabbilit b’Artikolu 37 tar-Regolament Nru 136/66/KEE qiegħed hawn jiġi dikjarat kompetenti dwar il-prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 827/68."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-23 ta’ Ottubru 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Nallet

    [1] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16.

    [2] ĠU L 370, tat-30.12.1987, p. 36.

    [3] ĠU C 199, ta’ l-4.8.1989, p. 8.

    [4] Opinjoni mwassla fit-13 ta’ Ottubru 1989 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [5] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [6] ĠU L 282, tat-2.10.1989, p. 1.

    [7] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top