EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R1808

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1808/89 tad-19 ta’ Ġunju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 dwar it-tħejjija tal-lista ta’ reġjuni tal-Komunità li fihom l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ ħops tingħata biss lill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti

ĠU L 177, 24.6.1989, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/1808/oj

31989R1808



Official Journal L 177 , 24/06/1989 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0181
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0181


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1808/89

tad-19 ta’ Ġunju 1989

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 dwar it-tħejjija tal-lista ta’ reġjuni tal-Komunità li fihom l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ ħops tingħata biss lill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-kummerċ tal-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3998/87 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna fuq il-produzjoni lill-gruppi ta’ produtturi fir-reġjuni tal-Komunità meta l-imsemmija gruppi jkunu kapaċi li jassiguraw li l-membri tagħhom jirċievu dħul xieraq u li jilħqu amministrazjoni razzjonali ta’ fornitura; billi dawk ir-reġjuni huma mniżżla fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1981/82 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4069/87 [4];

Billi l-Irlanda nnotifikat li hi m’għandhiex aktar grupp ta’ produtturi u li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lill-grupp ta’ produtturi msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1691/71 m’għadhomx imwettqa aktar mir-reġjun "Irlanda"; billi r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 għandu għalhekk ikun emendat sa mill-ħsad ta’ l-1988,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1981/82 ir-reġjun "Irlanda" huwa b’hekk imħassar mil-lista.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-ħsad 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Romero Herrera

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 40.

[3] ĠU L 215, tat-23.7.1982, p. 3.

[4] ĠU L 380, tal-31.12.1987, p. 32.

--------------------------------------------------

Top