Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R0358

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 358/89 tat-13 ta’ Frar 1989 li jdaħħal mill-ġdid id-dazju preferenzjali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet tal-ward tal-fjura kbira li joriġina fil-Marokk

ĠU L 42, 14.2.1989, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/358/oj

31989R0358



Official Journal L 042 , 14/02/1989 P. 0019 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 358/89

tat-13 ta’ Frar 1989

li jdaħħal mill-ġdid id-dazju preferenzjali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet tal-ward tal-fjura kbira li joriġina fil-Marokk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 ta’ l-21 ta’ Diċembru 1987 li jiffissa l-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati dazji preferenzjali tad-dwana fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fjuri li joriġinaw f’Ċipru, fil-Ġordan u fil-Marokk [1]), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3551/88 [2], u b’mod partikolari Artikolu 5(2)(b) tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 4088/87 jiffissa l-kondizzjonijiet sabiex jiġi applikat dazju preferenzjali tad-dwana fuq il-ward tal-fjura kbira, il-qronfol (tal-blanzun) bi fjura waħda u l-qronfol (ta’ firxa ta’ blanzuni) ta’ ħafna fjuri fil-limitu tal-kwoti tat-tariffa miftuħa kull sena għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-fjuri maqtugħa friski;

Billi r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3005/88 [3], (KEE) Nru 3175/88 [4], (KEE) Nru 3552/88 [5] u (KEE) Nru 4078/88 [6] jiftħu u jipprovdu sabiex jiġu amministrati l-kwoti tat-tariffa Komunitarja għall-fjuri maqtugħa u għall-blanzuni maqtugħa, friski, li joriġinaw f’Ċipru, fil-Ġordan, fil-Marokk u fl-Iżrael rispettivament;

Billi Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87 jistabbilixxi illi d-dazju preferenzjali Komunitarju għandu jerġa’ jiddaħħal għal prodott mogħti ta’ oriġini mogħtija jekk il-prezzijiet tal-prodott importat (mingħajr it-tnaqqis tar-rata sħiħa tad-dazju tad-dwana) ikunu, għal mill-inqas 70 % tal-kwantitajiet li l-prezzijiet tagħhom ikunu disponibbli fis-swieq rapprezentattivi Komunitarji ta’ l-importazzjoni, mhux inqas minn 85 % tal-prezz tal-produttur Komunitarju għal perjodu taż-żmien, ikkalkolat mid-data attwali tas-sospensjoni tad-dazju preferenzjali attwali tad-dwana,

- għal jumejn fuq xulxin tas-suq, wara s-sospensjoni skond Artikolu 2(2)(a) ta’ dan ir-Regolament,

- għal tlitt ijiem wara xulxin tas-suq, wara s-sospensjoni skond Artikolu 2(2)(b) ta’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3557/88 [7] iffissa l-prezzijiet tal-produttur Komunitarju għall-qronfol u għall-ward sabiex jiġu applikati l-arranġamenti għall-importazzjoni mill-pajjiżi fil-kwistjoni;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 700/88 [8], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3556/88 [9], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati dawn l-arranġamenti;

Billi sabiex jiġi permess li jiffunzjonaw l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-manjiera normali il-prezzijiet fil-ħin ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu kkalkolati billi tintuża

- għall-muniti miżmuma kontra xulxin ġewwa firxa massima f’kull waqt mogħti għar-rata tat-transazzjonijiet fuq il-post ta’ 2,25 %, rata tal-kambju bbażata fuq ir-rata ċentrali tagħhom immoltiplikata b’fattur tal-korrezzjoni pprovvdut fl-aħħar subparagrafu ta’ Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [11],

- għall-muniti l-oħra rata tal-kambju bbażata fuq il-medju aritmetiku tar-rata tas-suq fil-pront tal-munita, irreġistrata għal perjodu taż-żmien mogħti, kontra l-muniti tal-Komunità indikati fl-inċiż ta’ qabel u bil-koeffiċjnt imsemmi qabel;

Billi d-dazju preferenzjali tad-dwana ffissat għall-ward tal-fjura kbira li joriġina fil-Marokk skond ir-Regolament (KEE) Nru 3552/88 ġie sospiż bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 53/89 [12];

Billi fuq il-bażi tar-reġistrazzjonijiet tal-prezzijiet magħmula kif speċifikat fir Regolamenti (KEE) Nru 4088/87 u (KEE) Nru 700/88 irid jiġi konkluż illi tintlaħaq l-ħtieġa sabiex jiġi introdott mill-ġdid id-dazju preferenzjali tad-dwana stabbilit fl-ewwel inċiż ta’ Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87 għall-ward tal-fjura kbira li joriġina fil-Marokk; billi d-dazju preferenzjali tad-dwana għandu jiddaħħal mill-ġdid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-importazzjonijiet tal-ward tal-fjura kbira (kondiċi tan-NM bin-numru ex06031051) li joriġina fil-Marokk, id-dazju preferenzjali tad-dwana ffissat bir-regolament (KEE) Nru 3552/88 qiegħed jiġi imdaħħal mill-ġdid b’effett mill-14 ta’ Frar 1989.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Frar 1989.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,fit-13 ta’ Frar 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1987, p. 22.

[2] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 1.

[3] ĠU L 271, ta’ l-1.10.1988, p. 7.

[4] ĠU L 283, tat-18.10.1988, p. 1.

[5] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 2.

[6] ĠU L 359, tat-28.12.1988, p. 8.

[7] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 9.

[8] ĠU L 72, tat-18.3.1988, p. 16.

[9] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 8.

[10] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 1.

[11] ĠU L 153, tat-13.6.1987, p. 1.

[12] ĠU L 9, tat-12.1.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

Top