Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3207

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3207/88 tas-17 ta' Ottubru 1988 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd

    ĠU L 286, 20.10.1988, p. 2–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3207/oj

    31988R3207



    Official Journal L 286 , 20/10/1988 P. 0002 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0176
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 27 P. 0176


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3207/88

    tas-17 ta' Ottubru 1988

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u b'mod partikolari Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-Komunità hija Parti Kontrattanti tal-Konvenzjoni Internazzjoniali dwar id-Deskrizzjoni tal-Merkanzija u ta' Sistema Kodifikazzjoni Armonizzata, li minn issa' l quddiem hija msejħa bħala is-"sistema armonizzata", li tieħu post il-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-Nomenklatura għall-Klassifikazzjoni tal-Oġġetti fit-tariffi Doganali;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [3] stabbilixxa, mill-1 ta' Jannar 1988, nomenklatura magħquda għall-oġġetti li tilħaq il-ħtiġiet kemm tat-Tariffa Doganali Komuni kif ukoll ta' l-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità;

    Billi, bħala riżultat, huwa neċessarju li d-deskrizzjoni tal-oġġetti u l-intestaturi tan-numri tat-tariffi li jidhru fir-Regolament (KEE) Nru No 2771/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4000/87 [5], bi qbil mat-termini tan-nomenklatura magħquda ibbażata fuq is-sistema armonizzata;

    Billi bajd misjur bil-qoxra u prodotti tal-bajd iffurmati bħal "bajd twil" ċilindriku ġew ikklassifikati taħt subintestatura ta' l-intestatura Nru 21.07 (preparazzjoni ta' l-ikel li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor) tat-Tariffi Doganali Komuni li kienet fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1987; billi l-prodotti tal-bajd imsemmija ma kienux għalhekk ikkunsidrati li huma prodotti koperti b'Anness II tat-Trattat; billi, bl-introduzzjoni tan-nomenklatura magħquda, dawn il-prodotti huma issa ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 0407 (bajd tal-għasafar, bil-qoxra, friski, preservati jew imsajra) jew 0408 (bajd tal-għasafar, mhux bil-qoxra u l-isfar tal-bajd, frisk, imqadded, imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew b'mod ieħor preservati, kemm jekk għandhom iz-zokkor miżjud jew xi ħaġa oħra li tagħti l-ħlewwa u kemm jekk le); billi l-bajd misjur bil-qoxra u prodotti tal-bajd iffurmati jistgħu jintużaw bl-istess mod bħal, jew minflok, bajd ippreservat bil-qoxra jew mingħajr qoxra; billi l-bajd ippreservat hu inkluż fl-imsemmi Anness II u għalhekk hu speċifikat fir-Regolament (KEE) Nru 2771/75; billi huwa loġiku u meħtieġ li l-bajd imsajjar bil-qoxra u prodotti tal-bajd iffurmati għandhom ikunu ukoll imsemmija f'dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 4000/87 għandu jiġi mħassar;

    Billi Regolamenti numerużi fis-settur tal-bajd għandhom jiġu adattati biex jingħata każ ta' l-użu tan-nomenklatura magħquda; billi, permezz ta' Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jistgħu jsiru bidliet biss ta' natura purament teknika; billi, għalhekk, għandha tkun introdotta dispożizzjoni li biha kull aġġustament ieħor għandhu jsir skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, basta li tali aġġustamenti huma meħtieġa biss minħabba l-introduzzjoni tas-sistema armonizzata,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 hu emendat kif ġej:

    1. Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    | |

    (a) | 04070011 | Bajd tat-tjur bil-qoxra, friski, ippreservati jew imsajra |

    04070019 |

    04070030 |

    (b) | 04081110 | Bajd mhux bil-qoxra u isfra tal-bajd tajjeb għal konsum uman, frisk, imnixxef, imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffurmat, iffriżat jew b'mod ieħor ippriservat, kemm jekk għandu zokkor miżjud jew xi ħaġa oħra li tagħti l-ħlewwa u kemm jekk le |

    04081911 |

    04081919 |

    04089110 |

    04089910 |

    2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "bajd bil-qoxra" tfisser bajd tat-tjur bil-qoxra, frisk, ippreservat, jew imsajjar, apparti minn bajd għat-tfaqqis kif speċifikat fi (b);

    (b) "bajd għat-tfaqqis" tfisser bajd tat-tjur għat-tfaqqis;

    (ċ) "prodotti sħaħ" tfisser bajd ta' l-għasafar mhux bil-qoxra, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew ħaġa oħra li tagħti l-ħlewwa u kemm jekk le, tajbin għall-konsum uman;

    (d) "prodotti separati" tfisser l-isfra tal-bajd ta' l-għasafar, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew ħaġa oħra li tagħti l-ħlewwa u kemm le, tajbin għal konsum uman;

    (e) "kwart" tfisser perjodu ta' tlett xhur li jibda mill-1 ta' Frar, 1 ta' Mejju, 1 ta' Awissu jew 1 ta' Novembru."

    2. Anness I hu mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 4000/87 hu mħassar.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura li hemm provediment dwarha f'Artikolu 17 ta' Regolament (KEE) Nru 2771/75, għandha tagħmel l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa għar-Regolamenti tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' Artikolu 1.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1988.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Ottubru 1988.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Y. Pottakis

    [1] L-Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta' Ottubru 1988 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU C 237, tat-12.9.1988, p. 42.

    [3] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [4] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.

    [5] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 42.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    ANNESS I

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    ex0403 | Xorrox, ħalib mbaqqat u krema, yogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, sew jekk konċentrati jew li jkun fihom iz-zokkor jew ħaġa oħra li tagħti l-ħlewwa jew bit-togħma jew li fihom il-kawkaw |

    1806 | Ċikkulata u tħejjijiet oħra tal-ikel li fihom il-kawkaw |

    ex1901 | Tħejjijiet ta' l-ikel tal-oġġetti tal-kodiċi 0401 sa 0404, li fihom trab tal-kawkaw, mhux speċifikati jew inkluż x'imkien ieħor |

    19021100 | Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew imħejji b'mod ieħor, li fih il-bajd |

    ex1904 | Ikel ippreparat, miksub bin-nefħa jew xiwi taċ-ċerejali jew prodotti taċ-ċereali (bħal, corn flakes); ċereali, minbarra l-qamħirrun (qamħ), bħala qamħa, misjur minn qabel jew b'mod ieħor imhejji li jkun fih il-kawkaw |

    ex1905 | Ħobż, għaġina, kejkijiet, biskuttini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji, tipi ta' qxur vojta tajbin għal użu farmaċewtiku, wejfers tas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili: |

    190520 | — Ħobż tal-Ġinġer u affarijiet simili |

    190530 | — Gallettini ħelwin; waffles u wejfers |

    19054000 | — Biskutelli, ħobż mixwi u prodotti mixwijin oħra |

    19059040 | — Oħrajn |

    19059050 |

    19059060 |

    19059090 |

    ex210500 | Ġelati u silġiet oħra li jittieklu, li jkun fihom il-kawkaw |

    ex220890 | Spirti, likuri, u xorb ieħor li fih l-ispirtu li jkun fihom bajd jew l-isfar tal-bajd |

    ex350210 | Albumin tal-bajd: |

    | — — Oħrajn: |

    35021091 | — — — Imnixxef (f'folji, qxur, xrar, trab, eċċ.) |

    35021099 | — — — Oħrajn |

    --------------------------------------------------

    Top