Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R1609

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 1609/88 tad-9 ta’ Ġunju 1988 li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KEE) Nru 570/88

    ĠU L 143, 10.6.1988, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Imħassar b' 32005R1898

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/1609/oj

    31988R1609



    Official Journal L 143 , 10/06/1988 P. 0023 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0203
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0203


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) NRU 1609/88

    tad-9 ta’ Ġunju 1988

    li jesiġi l-aktar żmien tard tad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 3143/85 u (KEE) Nru 570/88

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organiżzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1109/88 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolamenet tal-Kunsill (KEE) Nru 985/68 tal-15 ta’ Lulju 1968 li jesiġi r-regoli ġenerali għall-intervent fis-suq ta’ butir u krema [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 842/88 [4], u partikolarment l-Artikolu 7a tiegħu,

    Billi skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezz imnaqqas ta’ intervent il-butir intenzjonat għal konsum dirett fil-għamla ta’ butir ikkonċentrat [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 775/88 [6], u permezz ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 570/88 tas-16 ta’ Frar 1988 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-għoti ta’ għajnuna għal butir u butir ikkonċentrat għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-ħelu, ġelati u oġġetti oħra ta’ l-ikel [7], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 949/88 [8], il-butir impoġġi għal bejgħ għandu jittieħed fil-ħażna qabel id-data li għandha tkun iddeterminata; billi din id-data hija esiġita fuq il-bażi tat-tendenza tal-ħażniet u l-kwantitajiet disponibbli;

    Billi wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 570/88 imsemmi hawn fuq, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1726/84 tat-18 ta’ Ġunju 1984 li jiddetermina l-limitu taż-żmien għad-dħul fil-ħażna ta’ butir mibjugħ skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 262/79 u (KEE) Nru 3143/85 [9], kif l-aħħat emendat bir-Regolament (KEE) Nru 685/88 [10], għandu jkun imħassar;

    Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-butir li hemm riferenza dwaru fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3143/85 kellu jkun ġie mdaħħal għal ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 1987.

    Il-butir li hemm riferenza dwaru fl-Artikolu 1 tar- Regolament (KEE) Nru 570/88 kellu jkun ġie mdaħħal għal ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 1987.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1726/84 huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Ġunju 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [2] ĠU L 110, tad-29.4.1988, p. 27.

    [3] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 1.

    [4] ĠU L 87, tal-31.3.1988, p. 4.

    [5] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9.

    [6] ĠU L 80, tal-25.3.1988, p. 31.

    [7] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 31.

    [8] ĠU L 92, tad-9.4.1988, p. 43.

    [9] ĠU L 163, tal-21.6.1984, p. 28.

    [10] ĠU L 71, tas-17.3.1988, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top