This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31988R1494
Council Regulation (EEC) No 1494/88 of 3 May 1988 on the conclusion of the Agreement between the European Economic Community and the Islamic Federal Republic of the Comoros on fishing off Comoros
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88 tat-3 ta' Mejju 1988 fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88 tat-3 ta' Mejju 1988 fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros.
ĠU L 137, 2.6.1988, p. 18–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 22/10/2006; Imħassar b' 32006R1563
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/1494/oj
Official Journal L 137 , 02/06/1988 P. 0018 - 0018
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1494/88 tat-3 ta' Mejju 1988 fl-għeluq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros. IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros innegozjaw u inizjalaw Ftehim dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros: billi dan jipprovdi opportunitajiet ta' sajd għas-sajjieda tal-Komunità f'ibħra li fuqhom ir-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros għandha sovranità u ġurisdizzjoni; Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim għas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-gżejjer Comoros dwar is-sajd lil hinn mix-xtut tal-gżejjer Comoros huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha l-jedd li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Komunità. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Mejju 1988. F'isem il-Kunsill Il-President M. Bangemann [1] ĠU C 73, tad-19.3.1988, pġ. 6. [2] ĠU C 122, tad-9.5.1988. --------------------------------------------------