This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31988R1098
Council Regulation (EEC) No 1098/88 of 25 April 1988 amending Regulation No 136/66/EEC on the establishment of a common organization of the market in oils and fats
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1098/88 tal-25 ta' April 1988 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1098/88 tal-25 ta' April 1988 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet
ĠU L 110, 29.4.1988, p. 10–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005
Official Journal L 110 , 29/04/1988 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0145
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0145
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1098/88 tal-25 ta' April 1988 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, għaż-żrieragħ tar-rapa minn naħa l-waħda u għaż-żrieragħ tal-ġirasol minn naħa l-oħra, huwa rakkomandabbli li tkun stabbilita l-kwantità garantita massima fl-istess waqt u żmien għal 1988/89, 1989/90 u 1990/91; billi għall-iskopijiet tas-sistema tal-kwantità massima garantita, huwa rakkomandabbli li tiġi stmata l-produzzjoni wara l-bidu tas-sena tas-suq sabiex isiru l-estimi kkonċernati biex jkunu aktar eżatti; billi Artikolu 27a tar-Regolament (KEE) Nru 136/66 KEE [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3994/87 [4], għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 27a tar-Regolament (KEE) Nru 136/66/KEE huwa emendat kif ġej: 1. Il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Il-Kunsill, li jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jiffissa, għal perijodi ta' tlett snin tas-suq, u li jibdew mis-snin tas-suq 1988/99, 1989/90 u 1990/91, kwantitajiet massimi iggarantiti taż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa tal-Komunità u għal żerriegħa tal-ġirasol tal-Komunità." 2. Il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Billi l-estimi tal-produzzjoni taż-żrieragħ tar-rapa u tal-ġirasol magħmula qabel it-tmiem tat-tieni xhar tas-sena tas-suq jeċċedu l-kwantità massima iggarantita għaż-żrieragħ ikkonċernati u li għas-sena tas-suq f'dan il-każ, l-ammont tal-għajnuna għal dik is-sena tas-suq għandu jkun imnaqqas bl-inċidenza tal-mira tal-prezz b'koeffiċjenti li jirrefletti l-estent tad-differenza. Billi l-applikar tas-subparagrafu preċedenti għall-produzzjoni attwali minflok il-produzzjoni stimata fil-bidu tas-sena tas-suq ikun jirriżulta fi tnaqqis differenti fl-ammont ta' l-għajnuna minn dak attwalment applikat, l-ammont ta' l-għajnuna għas-sena tas-suq segwenti għandu jkun aġġustat billi jittieħed akkont ta' dik is-sitwazzjoni." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun applikabbli għaż-żerriegħa tar-rapa mill-1 ta' Lulju 1988 u għaż-żerriegħa tal-ġirasol mill-1 ta' Awissu 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Mgħamul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 1988. Għall-Kunsill Il-President H.-D. Genscher [1] ĠU C 84, tal-31.3.1988, p. 10. [2] L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta'April 1988 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [4] ĠU L 377, tal-31.12.1987, p. 31. --------------------------------------------------